25.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/2


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1284

tal-24 ta' Settembru 2018

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Awwissu 2017 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

(2)

Fil-14 ta' Settembru 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU emenda l-annotazzjoni ta' bastiment wieħed soġġett għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BOGNER-STRAUSS


(1)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509, l-entrata 32 taħt l-intestatura “B. Bastimenti li huma pprojbiti jidħlu fil-portijiet” hija sostitwita b'dan li ġej:

“32.

Isem: WAN HENG 11

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8791667

M/V WAN HENG 11 involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, ma' M/V RYE SONG GANG 1 fit-13 ta' Frar 2018.

Wan Heng 11, bastiment li qabel kien itajjar il-bandiera ta' Belize, issa qed jopera bħala bastiment li jtajjar il-bandiera tar-RDPK msemmi KUMJINGANG3 jew Kum Jin Gang 3.”


  翻译: