15.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/21 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1534
tat-12 ta' Ottubru 2018
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2013 f'dak li għandu x'jaqsam mat-tnaqqis mill-kwoti tas-sajd allokati lil Spanja għall-2017 u għall-2018
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 105(4) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,
Billi:
(1) |
Fl-2013 il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 (2). Dan ir-Regolament stabbilixxa tnaqqis mill-kwota tal-kavalli fid-Diviżjoni 8c tal-ICES, fis-Subżoni 9 u 10 tiegħu u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF u tnaqqis mill-kwota tal-inċova fis-Subżona 8 tal-ICES. |
(2) |
Fl-2017, Spanja ma staditx għal 739 tunnellata ta' kavalli u għal 843 tunnellata ta' inċova mill-kwoti rispettivi għal dan il-ħut u b'hekk kien hemm inqas pressjoni tas-sajd fuq dawn l-istokkijiet meta mqabbel ma' dik massima permessa skont l-opportunitajiet tas-sajd għall-2017. Spanja talbet li tuża dawk il-kwantitajiet li ma ġewx mistada għat-tnaqqis għall-2017 u li tnaqqas it-tnaqqis għall-2018 kif xieraq. |
(3) |
Jenħtieġ li jiġu adattati l-kwantitajiet stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 għat-tnaqqis għall-2017 u għall-2018 u, għalhekk, jenħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2013 huwa sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013 tal-5 ta' Marzu 2013 li jipprevedi tnaqqis minn ċerti kwoti tas-sajd allokati lil Spanja fl-2013 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed ta' ċertu kwota tal-kavalli fl-2009 (ĠU L 62, 6.3.2013, p. 1).
ANNESS
Stokk |
Il-kwota inizjali għall-2009 |
Il-kwota adattata għall-2009 |
Il-qabdiet stabbiliti għall-2009 |
Id-differenza bejn il-qabdiet u l-kwota (is-sajd żejjed) |
It-tnaqqis għall-2013 |
It-tnaqqis għall-2014 |
It-tnaqqis għall-2015 |
It-tnaqqis għall-2016 |
It-tnaqqis għall-2017 |
It-tnaqqis għall-2018 |
It-tnaqqis għall-2019 |
It-tnaqqis għall-2020 |
It-tnaqqis għall-2021 |
It-tnaqqis għall-2022 |
It-tnaqqis għall-2023 |
MAC8C 3 411 |
29 529 |
25 525 |
90 954 |
– 65 429 |
100 |
100 |
100 |
5 544 |
6 283 |
4 805 |
5 544 |
5 544 |
5 544 |
5 544 |
269 |
ANE08 (1) |
|
|
|
|
|
|
|
3 696 |
4 539 |
2 853 |
3 696 |
3 696 |
3 696 |
3 696 |
180 |
(1) Għall-inċova, is-sena tfisser l-istaġun tas-sajd li jibda f'dik is-sena.