26.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 268/20 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1606
tal-25 ta' Ottubru 2018
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509. |
(2) |
Fis-16 ta' Ottubru 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU iddeżinja tliet bastimenti għal projbizzjoni fuq id-dħul fil-port u għat-tneħħija tal-bandiera. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BOGNER-STRAUSS
ANNESS
1)
Fl-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509, taħt l-intestatura “B. Bastimenti li huma pprojbiti li jidħlu f'portijiet”, il-bastimenti li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' bastimenti:
|
L-isem tal-bastiment |
Numru tal-OMI |
Data tad-deżinjazzjoni min-NU |
“34. |
SHANG YUAN BAO Il-bastiment merkantili M/V SHANG YUAN BAO kien involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, mal-bastiment tar-RDPK iddeżinjat min-NU M/V PAEK MA fit-18 ta' Mejju, 2018. Ix-SHANG YUAN BAO kien involut ukoll fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, mal-bastiment tar-RDPK MYONG RYU 1 fit-2 ta' Ġunju, 2018. |
8126070 |
16.10.2018 |
35. |
NEW REGENT M/V NEW REGENT kien involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, mat-tanker taż-żejt tar-RDPK KUM UN SAN 3 fis-7 ta' Ġunju, 2018. |
8312497 |
16.10.2018 |
36. |
KUM UN SAN 3 It-tanker taż-żejt tar-RDPK KUM UN SAN 3 kien involut fi trasferiment minn vapur għal vapur, aktarx ta' żejt, ma' M/V NEW REGENT fis-7 ta' Ġunju, 2018. |
8705539 |
16.10.2018” |