7.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 276/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1654
tas-6 ta' Novembru 2018
li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509. |
(2) |
Fit-3 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (il-“Kumitat tal-KSNU”) iddeżinja erba' bastimenti għal projbizzjoni fuq id-dħul fil-port. |
(3) |
Fit-28 ta' Diċembru 2017, il-Kumitat tal-KSNU iddeżinja erba' bastimenti oħrajn għal projbizzjoni fuq id-dħul fil-port. |
(4) |
Fit-30 ta' Marzu 2018, il-Kumitat tal-KSNU iddeżinja 15-il bastiment għall-iffriżar tal-assi u 25 bastiment għal projbizzjoni fuq id-dħul fil-port. Dawk il-bastimenti huma elenkati fl-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509. |
(5) |
Aktar informazzjoni addizzjonali dwar xi wħud minn dawk il-bastimenti ġiet ippubblikata mill-Kumitat tal-KSNU fil-lista ta' bastimenti ddeżinjati. |
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li -Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
H. LÖGER
ANNESS
(1) |
Fl-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509, l-entrati 1 sa 15 taħt l-intestatura “A. Bastimenti soġġetti għal qbid”, huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
(2) |
Fl-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509, l-entrati 1 sa 33 taħt l-intestatura “B. Il-bastimenti pprojbiti milli jidħlu fil-portijiet”, huma sostitwiti b'dan li ġej:
|