3.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/55


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2010

tat-12 ta’ Novembru 2019

li tistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aħjar metodi tekniċi disponibbli (il-BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għall-inċinerazzjoni tal-iskart

(notifikata bid-dokument C(2019) 7987)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(5) tagħha,

Billi:

(1)

Il-konklużjonijiet dwar l-aħjar metodi tekniċi disponibbli (il-BAT) huma l-punt ta’ referenza biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-permessi għall-installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE, u jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiffissaw valuri ta’ limitu li jiżguraw li f’kundizzjonijiet normali tat-tħaddim l-emissjonijiet ma jaqbżux il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aħjar metodi tekniċi disponibbli kif inhuma stabbiliti fil-konklużjonijiet dwar il-BAT.

(2)

Il-forum magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-industriji kkonċernati u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien tal-ambjent, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2011 (2), ta l-opinjoni tiegħu dwar il-kontenut propost tad-dokument ta’ referenza tal-BAT dwar l-inċinerazzjoni tal-iskart lill-Kummissjoni fis-27 ta’ Frar 2019. Dik l-opinjoni hija disponibbli għall-pubbliku.

(3)

Il-konklużjonijiet dwar il-BAT stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huma l-element ewlieni ta’ dak id-dokument ta’ referenza għall-BAT.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma adottati l-konklużjonijiet dwar l-aħjar metodi tekniċi disponibbli (il-BAT) għall-inċinerazzjoni tal-iskart kif stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2011 li tistabbilixxi forum għall-iskambju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU C 146, 17.5.2011, p. 3).


ANNESS

IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-AQWA TEKNIKI DISPONIBBLI (BAT) GĦALL-INĊINERAZZJONI TAL-ISKART

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jikkonċernaw l-attivitajiet segwenti speċifikati fl-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE:

5.2.

Ir-rimi jew l-irkupru tal-iskart fl-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart:

(a)

għall-iskart mhux perikoluż b’kapaċità li taqbeż it-3 tunnellati metriċi fis-siegħa;

(b)

għall-iskart perikoluż b’kapaċità li taqbeż l-10 tunnellati metriċi kull jum.

5.2.

Ir-rimi jew l-irkupru tal-iskart fl-impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart:

(a)

għall-iskart mhux perikoluż b’kapaċità li taqbeż it-3 tunnellati metriċi fis-siegħa;

(b)

għall-iskart perikoluż b’kapaċità li taqbeż l-10 tunnellati metriċi kull jum;

li l-iskop ewlieni tagħhom mhuwiex il-produzzjoni ta’ prodotti materjali u fejn tal-anqas hi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

jinħaraq biss l-iskart li mhuwiex dak iddefinit fl-Artikolu 3(31)(b) tad-Direttiva 2010/75/UE;

aktar minn 40 % tar-rilaxx tas-sħana li jirriżulta jiġi minn skart perikoluż;

jinħaraq skart muniċipali mħallat.

5.3.

(a)

Rimi ta’ skart mhux perikoluż b’kapaċità li taqbeż il-50 tunnellata metrika kull jum li jinvolvi t-trattament tal-gagazza u/jew ta’ rmied tal-qiegħ mill-inċinerazzjoni tal-iskart.

5.3.

(b)

Irkupru, jew taħlita ta’ rkupru u ta’ rimi, ta’ skart mhux perikoluż b’kapaċità li teċċedi l-75 tunnellata kull jum li jinvolvi t-trattament tal-gagazza u/jew tal-irmied tal-qiegħ mill-inċinerazzjoni tal-iskart.

5.1.

Rimi jew irkupru tal-iskart perikoluż b’kapaċità li taqbeż l-10 tunnellati metriċi kull jum li jinvolvi t-trattament tal-gagazza u/jew tal-rmied tal-qiegħ mill-inċinerazzjoni tal-iskart.

Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ma jindirizzawx dawn li ġejjin:

Il-pretrattament tal-iskart qabel l-inċinerazzjoni. Dan jista’ jkun kopert mill-konklużjonijiet tal-BAT għat-Trattament tal-Iskart (WT).

It-trattament tal-irmied li jtir mill-inċinerazzjoni u ta’ residwi oħra li jirriżultaw mit-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija (FGC). Dan jista’ jkun kopert mill-konklużjonijiet tal-BAT għat-Trattament tal-Iskart (WT).

L-inċinerazzjoni jew il-koinċinerazzjoni ta’ skart gassuż b’mod esklużiv, għajr dak li jirriżulta mit-trattament termali tal-iskart.

It-trattament tal-iskart f’impjanti koperti mill-Artikolu 42(2) tad-Direttiva 2010/75/UE.

Konklużjonijiet u dokumenti ta’ referenza oħra tal-BAT li jistgħu jkunu rilevanti għall-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet tal-BAT huma dawn li ġejjin:

L-Ekonomija u l-Efetti Transmedjali (ECM);

It-Trattament tal-Iskart (WT);

L-Emissjonijiet li Ġejjin mill-Ħażna (EFS);

L-Effiċjenza Enerġetika (ENE);

Is-Sistemi Industrijali tat-Tkessiħ (ICS);

Il-Monitoraġġ tal-Emissjonijiet fl-Arja u fl-Ilma mill-Installazzjonijiet IED (ROM);

L-Impjanti l-Kbar tal-Kombustjoni (LCP);

Is-Sistemi Komuni tagħat-Trattament/għall-Ġestjoni tal-Ilma Mormi u tal-Gass ta’ Skart fis-Settur tal-Kimika (CWW).

DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, japplikaw id-definizzjonijiet ġenerali li ġejjin:

Terminu

Definizzjoni

Termini ġenerali

L-effiċjenza tal-bojlers

Il-proporzjon bejn l-enerġija prodotta fil-bokka tal-bojlers (eż. fwar, ilma jaħraq) u l-input tal-enerġija tal-iskart u tal-fjuwil awżiljarju fil-forn (bħala valuri inferjuri tat-tisħin).

Impjant tat-trattament tal-irmied tal-qiegħ

Impjant li jittratta l-gagazza u/jew l-irmied tal-qiegħ li jifdal mill-inċinerazzjoni tal-iskart biex jissepara u jirkupra l-frazzjoni siewja u jippermetti li jsir l-użu ta’ benefiċċju tal-frazzjoni li jifdal.

Dan ma jinkludix biss is-separazzjoni unika tal-partikoli l-kbar tal-metalli fl-impjant tal-inċinerazzjoni.

Skart kliniku

Skart infettiv jew perikoluż għal xi raġuni oħra li jkun ġej minn istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa (eż. sptarijiet).

Emissjonijiet inkanalati

L-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa fl-ambjent permezz ta’ kwalunkwe tip ta’ kanal, pajp, ċumnija, lembut, tromba, eċċ.

Kejl kontinwu

Kejl li jsir bl-użu ta’ sistema tal-kejl awtomatizzata installata b’mod permanenti fuq is-sit.

Emissjonijiet diffużi

Emissjonijiet mhux inkanalati (eż. ta’ trab, komposti volatili, riħa) fl-ambjent, li jistgħu jirriżultaw minn sorsi “areali” (eż. tankers) jew sorsi “puntiformi” (eż. flanġi tal-pajpijiet).

Impjant eżistenti

Impjant li mhuwiex impjant ġdid.

Irmied li jtir

Partikuli mill-kamra tal-kombustjoni jew li jifformaw fil-fluss tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija li jinġarru fil-gass mit-tromba ta’ ċumnija.

Skart perikoluż

Skart perikoluż kif iddefinit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Inċinerazzjoni tal-iskart

Il-kombustjoni ta’ skart, waħdu inkella flimkien ma’ fjuwils, f’impjant tal-inċinerazzjoni.

Impjanti tal-inċinerazzjoni

Impjant tal-inċinerazzjoni tal-iskart kif iddefinit fl-Artikolu 3(40) tad-Direttiva 2010/75/UE jew impjant tal-koinċinerazzjoni tal-iskart kif iddefinit fl-Artikolu 3(41) tad-Direttiva 2010/75/UE, kopert mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT.

Aġġornament kbir tal-impjant

Bidla kbira fid-disinn jew fit-teknoloġija ta’ impjant b’aġġustamenti jew b’sostituzzjonijiet maġġuri tat-teknika/i tal-ipproċessar u/jew tat-tnaqqis u tat-tagħmir assoċjat.

Skart solidu muniċipali

Skart solidu mill-unitajiet domestiċi (imħallat jew miġbur b’mod separat) kif ukoll skart solidu minn sorsi oħra li hu komparabbli mal-iskart tal-unitajiet domestiċi fin-natura u fil-kompożizzjoni.

Impjant ġdid

Impjant li jingħata l-ewwel permess wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jew sostituzzjoni sħiħa ta’ impjant wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT.

Skart mhux perikoluż ieħor

Skart mhux perikoluż li la hu skart solidu muniċipali u lanqas ħama tad-dranaġġ.

Parti minn impjant tal-inċinerazzjoni

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-effiċjenza elettrika grossa jew tal-effiċjenza tal-enerġija grossa ta’ impjant tal-inċinerazzjoni, parti minnu tista’ tirreferi, pereżempju, għal:

linja tal-inċinerazzjoni u s-sistema ta’ fwar tagħha b’mod iżolat;

parti mis-sistema tal-fwar, imqabbda ma’ bojler wieħed jew aktar, li tgħaddi għal turbina tal-kondensazzjoni;

il-bqija tal-istess sistema tal-fwar li tintuża għal skop differenti, eż. il-fwar ikun esportat b’mod dirett.

Kejl perjodiku

Kejl f’intervalli ta’ żmien speċifikati bl-użu ta’ metodi manwali jew awtomatizzati.

Residwi

Kull skart likwidu jew solidu li jiġi ġġenerat minn impjant tal-inċinerazzjoni jew minn impjant tat-trattament tal-irmied tal-qiegħ.

Riċettur sensittiv

Żona li teħtieġ protezzjoni speċjali, bħal:

żoni residenzjali;

żoni fejn jitwettqu l-attivitajiet tal-bniedem (eż. il-postijiet tax-xogħol, l-iskejjel, il-crèches, iż-żoni ta’ rikreazzjoni, l-isptarijiet jew id-djar għall-anzjani li jinsabu fil-qrib).

Ħama tad-dranaġġ

Ħama residwa mill-ħżin, mill-immaniġġjar u mit-trattament tal-ilma mormi domestiku, urban jew industrijali. Għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, il-ħama residwa li tikkostitwixxi skart perikoluż hi eskluża.

Gagazza u/jew irmied tal-qiegħ

Residwi solidi mneħħija mill-fran ladarba jiġi inċinerat l-iskart.

Medja valida ta’ kull nofs siegħa

Medja ta’ kull nofs siegħa titqies bħala valida meta ma ssir ebda manutenzjoni tas-sistema tal-kejl awtomatizzata jew meta ma jkun hemm ebda ħsara fiha.


Terminu

Definizzjoni

Inkwinanti u parametri

As

Is-somma tal-arseniku u l-komposti tiegħu, espressa bħala As.

Cd

Is-somma tal-kadmju u l-komposti tiegħu, espressa bħala Cd.

Cd+Tl

Is-somma tal-kadmju, tat-tallju u l-komposti tagħhom, espressa bħala Cd+Tl.

CO

Monossidu tal-karbonju.

Cr

Is-somma tal-kromu u l-komposti tiegħu, espressa bħala Cr.

Cu

Is-somma tar-ram u l-komposti tiegħu, espressa bħala Cu.

PCBs simili għad-diossini

PCBs li juru tossiċità simili għal PCDD/PCDF 2,3,7,8-sostitwit skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Trab

Materja partikolata totali (fl-arja).

HCl

Klorur tal-idroġenu.

HF

Fluworur tal-idroġenu.

Hg

Is-somma tal-merkurju u l-komposti tiegħu, espressa bħala Hg.

Telf fit-tqabbid

Bidla fil-massa b’riżultat tat-tisħin ta’ kampjun f’kundizzjonijiet speċifikati.

N2O

Monossidu dinitroġenu (ossidu nitruż).

NH3

Ammonijaka.

NH4-N

Nitroġenu tal-ammonju, espress bħala N, jinkludi l-ammonijaka libera (NH3) u l-ammonju (NH4 +).

Ni

Is-somma tan-nikil u l-komposti tiegħu, espressa bħala Ni.

NOX

Is-somma tal-monossidu tan-nitroġenu (NO) u tad-diossidu tan-nitroġenu (NO2.), espressa bħala NO2.

Pb

Is-somma taċ-ċomb u l-komposti tiegħu, espressa bħala Pb.

PBDD/F

Dibenżo-p-diossini u furani polibromurati.

PCBs

Poliklorobifenili.

PCDD/F

Dibenżo-p-diossini u furani poliklorurati.

POPs

Pollutanti Organiċi Persistenti kif elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u l-emendi tiegħu.

Sb

Is-somma tal-antimonju u l-komposti tiegħu, espressa bħala Sb.

Sb+As+Pb+Cr+Co+Cu+Mn+Ni+V

Is-somma tal-antimonju, l-arseniku, iċ-ċomb, il-kromju, il-kobalt, ir-ram, il-manganiż, in-nikil, il-vanadju u l-komposti tagħhom, espressa bħala Sb+As+Pb+Cr+Co+Cu+Mn+Ni+V.

SO2

Dijossidu tal-kubrit.

Sulfat (SO4 2-)

Sulfat maħlul, espress bħala SO4 2-.

TOC

Karbonju organiku totali, espress bħala C (fl-ilma); jinkludi l-komposti organiċi kollha.

Kontenut ta’ TOC (f’residwi solidi)

Kontenut totali ta’ karbonju organiku. Il-kwantità ta’ karbonju li jiġi kkonvertit f’diossidu tal-karbonju mill-kombustjoni u li mhuwiex meħlus bħala doissidu tal-karbonju bit-trattament bl-aċidu.

TSS

Solidi totali sospiżi. Il-konċentrazzjoni f’massa tas-solidi sospiżi kollha (fl-ilma), imkejla permezz tal-filtrazzjoni minn ġo filtri tal-fibra tal-ħġieġ u permezz tal-gravimetrija.

Tl

Is-somma tat-tallju u l-komposti tiegħu, espressa bħala Tl.

TVOC

Karbonju organiku volatili totali, espress bħala C (fl-arja).

Zn

Is-somma taż-żingu u l-komposti tiegħu, espressa bħala Zn.

AKRONIMI

Għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, japplikaw l-akronimi li ġejjin:

Akronimu

Definizzjoni

EMS

Sistema ta’ ġestjoni ambjentali

FDBR

Fachverband Anlagenbau (mill-isem preċedenti tal-organizzazzjoni: Fachverband Dampfkessel-, Behälter- und Rohrleitungsbau)

FGC

Tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija

OTNOC

Kundizzjonijiet minbarra l-kundizzjonijiet normali tat-tħaddim

RKS

Riduzzjoni katalitika selettiva

RMKS

Riduzzjoni mhux katalitika selettiva

I-TEQ

Ekwivalenti internazzjonali ta’ tossiku skont l-iskemi tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO)

WHO-TEQ

Ekwivalenti ta’ tossiku skont l-iskemi tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO)

KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

L-Aqwa Tekniki Disponibbli

It-tekniki elenkati u deskritti f’dawn il-konklużjonijiet tal-BAT la huma preskrittivi u lanqas eżawrjenti. Jistgħu jintużaw tekniki oħrajn li jiżguraw mill-inqas livell ekwivalenti ta’ ħarsien tal-ambjent.

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, b’mod ġenerali japplikaw dawn il-konklużjonijiet tal-BAT.

Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-arja

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-arja mogħtija f’dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirreferu għall-konċentrazzjonijiet, espressi bħala massa tas-sustanzi emessi għal ċertu volum ta’ gass mit-tromba ta’ ċumnija jew ta’ arja estratta fil-kundizzjonijiet standard li ġejjin: gass niexef f’temperatura ta’ 273,15 K u pressjoni ta’ 101,3 kPa, u espress f’mg/Nm3, µg/Nm3, ng I-TEQ/Nm3 jew ng WHO-TEQ/Nm3.

Il-livelli ta’ referenza tal-ossiġenu li jintużaw biex jesprimu l-BAT-AELs f’dan id-dokument jidhru fit-tabella ta’ hawn taħt.

Attività

Livell ta’ referenza tal-ossiġenu (OR)

Inċinerazzjoni tal-iskart

11 volum xott-%

Trattament tal-irmied tal-qiegħ

Ebda korrezzjoni għal-livell ta’ ossiġenu

L-ekwazzjoni biex tiġi kkalkolata l-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet fil-livell ta’ referenza tal-ossiġenu hi:

Image 1

Fejn:

ER

:

il-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet fil-livell ta’ referenza tal-ossiġenu OR;

OR

:

il-livell ta’ referenza tal-ossiġenu f’% tal-volum;

EM

:

il-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet imkejla;

OM

:

il-livell imkejjel tal-ossiġenu f’% tal-volum.

Għall-perjodi li fuqhom tinħadem il-medja, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Tip ta’ kejl

Perjodu li fuqu tiġi kkalkolata l-medja

Definizzjoni

Kontinwu

Medja ta’ kull nofs siegħa

Valur medju tul perjodu ta’ 30 minuta

Medja ta’ kuljum

Medja fuq perjodu ta’ ġurnata bbażata fuq medji validi ta’ kull nofs siegħa

Perjodiku

Medja fuq il-perjodu ta’ kampjunar

Valur medju ta’ tliet kejliet konsekuttivi ta’ mill-anqas 30 minuta kull wieħed (3)

Perjodu ta’ kampjunar fit-tul

Valur fuq perjodu ta’ kampjunar ta’ ġimagħtejn sa 4 ġimgħat

Meta l-iskart jiġi koinċinerat flimkien ma’ fjuwils mhux idderivati mill-iskart, il-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-ajru mogħtija f’dawn il-konklużjonijiet tal-BAT japplikaw għall-volum sħiħ iġġenerat ta’ gass mit-tromba ta’ ċumnija.

Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-ilma

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-ilma mogħtija f’dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirreferu għall-konċentrazzjonijiet (il-massa tas-sustanzi mitfugħa għal kull volum ta’ ilma mormi), espressi f’mg/l jew ng I-TEQ/l.

Għall-ilma mormi mill-FGC, il-BAT-AELs jirreferu għall-kampjunar fuq il-post (għat-TSS biss) inkella għall-medji ta’ kuljum, jiġifieri kampjuni komposti proporzjonati skont il-fluss fuq 24 siegħa. Jista’ jintuża kampjunar aggregat proporzjonali għall-ħin dment li jintwera li l-fluss hu stabbli biżżejjed.

Għall-ilma mormi mit-trattament tal-irmied tal-qiegħ, il-BAT-AELs jirreferu għal wieħed miż-żewġ każijiet li ġejjin:

fil-każ ta’ skariki kontinwi, il-valuri medji ta’ kuljum, jiġifieri kampjuni komposti proporzjonati għall-fluss fuq 24 siegħa;

fil-każ ta’ skariki f’lottijiet, il-valuri medji matul ir-rilaxx meħuda bħala kampjuni komposti proporzjonati għall-fluss jew, dment li l-effluwent ikun imħallat sew u omoġenju, jittieħed kampjun fuq il-post qabel l-iskariku.

Il-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-ilma japplikaw fil-punt li fih l-emissjoni tħalli l-installazzjoni.

Il-livelli ta’ effiċjenza enerġetika assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEELs)

Il-BAT-AEELs mogħtija f’dawn il-konklużjonijiet tal-BAT għall-inċinerazzjoni ta’ skart mhux perikoluż għajr il-ħama tad-dranaġġ u ta’ skart perikoluż tal-injam huma espressi bħala:

l-effiċjenza elettrika gross fil-każ ta’ impjant tal-inċinerazzjoni jew ta’ parti minn impjant tal-inċinerazzjoni li jipproduċu l-elettriku bl-użu ta’ turbina tal-kondensazzjoni;

l-effiċjenza enerġetika gross fil-każ ta’ impjant tal-inċinerazzjoni jew ta’ parti minn impjant tal-inċinerazzjoni li:

jipproduċu s-sħana biss, jew

jipproduċu l-elettriku billi jużaw turbina bil-kontropressjoni u sħana bil-fwar li jħalli t-turbina.

Din hi espressa kif ġej:

Effiċjenza elettrika gross

Image 2

Effiċjenza enerġetika gross

Image 3

Meta:

— We

:

il-potenza elettrika ġġenerata, f’MW;

— Qhe

:

l-enerġija termoelettrika fornita lill-iskambjaturi tas-sħana fin-naħa primarja, f’MW;

— Qde

:

l-enerġija termoelettrika esportata direttament (bħala fwar jew ilma jaħraq) nieqsa l-enerġija termoelettrika tal-fluss tar-ritorn, f’MW;

— Qb

:

l-enerġija termoelettrika prodotta mill-bojler, f’MW;

— Qi

:

l-enerġija termoelettrika (bħala fwar jew ilma jaħraq) li tintuża internament (eż. għat-tisħin mill-ġdid tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija), f’MW;

— Qth

:

l-input termali fl-unitajiet tat-trattament termali (eż. fran), inklużi l-iskart u l-fjuwils awżiljari li jintużaw kontinwament (eskluż pereżempju għax-xegħil), f’MWth espress bħala l-valur inferjuri tat-tisħin.

Il-BAT-AEELs mogħtija f’dawn il-konklużjonijiet tal-BAT għall-inċinerazzjoni tal-ħama tad-dranaġġ u ta’ skart perikoluż għajr l-iskart perikoluż tal-injam huma espressi bħala l-effiċjenza tal-bojler.

Il-BAT-AEELs jiġu espressi bħala perċentwal.

Il-monitoraġġ assoċjat mal-BAT-AEELs jingħata fil-BAT 2.

Kontenut ta’ sustanzi mhux maħruqa fl-irmied tal-qiegħ/gagazza

Il-kontenut tas-sustanzi mhux maħruqa fil-gagazza u/jew fl-irmied tal-qiegħ hu espress bħala perċentwal tal-piż xott, jew bħala t-telf mat-tqabbid jew bħala l-frazzjoni tal-massa tat-TOC.

1.   KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT

1.1.   Sistemi ta’ ġestjoni ambjentali

BAT 1. Biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hi li tiġi elaborata u implimentata sistema ta’ ġestjoni ambjentali (EMS) li tinkorpora l-karatteristiki kollha li ġejjin:

i.

l-impenn, it-tmexxija u r-responsabbiltà tal-maniġment, inkluż il-maniġment superjuri, għall-implimentazzjoni ta’ EMS effettiva;

ii.

analiżi li tinkludi d-determinazzjoni tal-kuntest tal-organizzazzjoni, l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-partijiet interessati, l-identifikazzjoni tal-karatteristiki tal-installazzjoni li huma assoċjati mar-riskji possibbli għall-ambjent (jew għas-saħħa tal-bniedem) kif ukoll tar-rekwiżiti legali applikabbli relatati mal-ambjent;

iii.

l-iżvilupp ta’ politika ambjentali li tinkludi t-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tal-installazzjoni;

iv.

l-istabbiliment ta’ objettivi u ta’ indikaturi tal-prestazzjoni b’rabta ma’ aspetti ambjentali sinifikanti, inkluża s-salvagwardja tal-konformità mar-rekwiżiti legali applikabbli;

v.

l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-proċeduri u tal-azzjonijiet meħtieġa (inklużi l-azzjonijiet korrettivi u preventivi fejn meħtieġa), biex jinkisbu l-objettivi ambjentali u jiġu evitati r-riskji ambjentali;

vi.

id-determinazzjoni tal-istrutturi, tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet fir-rigward tal-aspetti u l-objettivi ambjentali u l-provvista tar-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa;

vii.

l-iżgurar tal-kompetenza u tas-sensibilizzazzjoni meħtieġa tal-persunal li l-ħidma tiegħu tista’ taffettwa l-prestazzjoni ambjentali tal-installazzjoni (eż. billi jingħataw l-informazzjoni u t-taħriġ);

viii.

il-komunikazzjoni interna u esterna;

ix.

it-trawwim tal-involviment tal-impjegati fi prattiki tajbin tal-ġestjoni ambjentali;

x.

l-istabbiliment u ż-żamma ta’ manwal tal-ġestjoni u ta’ proċeduri bil-miktub biex jiġu kkontrollati l-attivitajiet b’impatt ambjentali sinifikanti kif ukoll ir-rekords rilevanti;

xi.

l-ippjanar effettiv tat-tħaddim u l-kontroll tal-proċessi;

xii.

l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ manutenzjoni xierqa;

xiii.

it-tħejjija għall-emerġenzi u l-protokolli ta’ rispons, inkluż il-prevenzjoni u/jew il-mitigazzjoni tal-impatti (ambjentali) avversi tas-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

xiv.

meta titfassal (mill-ġdid) installazzjoni (ġdida) jew parti minnha, il-kunsiderazzjoni tal-impatti ambjentali tagħha tul ħajjitha, inkluż il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, it-tħaddim u d-dekummissjonar;

xv.

l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ monitoraġġ u ta’ kejl; jekk ikun meħtieġ, l-informazzjoni tista’ tinsab fir-Rapport ta’ Referenza dwar il-Monitoraġġ tal-Emissjonijiet fl-Arja u fl-Ilma mill-Installazzjonijiet tal-IED;

xvi.

l-applikazzjoni ta’ parametri referenzjarji settorjali fuq bażi regolari;

xvii.

l-awditjar intern indipendenti (sa fejn ikun fattibbli) perjodiku u l-awditjar estern indipendenti perjodiku biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni ambjentali u biex jiġi ddeterminat jekk l-EMS tikkonformax jew le mal-arranġamenti ppjanati u jekk tkunx ġiet implimentata u miżmuma kif suppost;

xviii.

l-evalwazzjoni tal-kawżi tan-nuqqas ta’ konformità, l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi bħala rispons għan-nuqqas ta’ konformità, ir-rieżami tal-effettività tal-azzjonijiet korrettivi, u d-determinazzjoni ta’ jekk jeżistix jew jekk jistax iseħħ nuqqas ta’ konformità simili;

xix.

ir-rieżami perjodiku, mill-maniġment superjuri, tal-EMS u l-idoneità, l-adegwatezza u l-effettività kontinwi tagħha;

xx.

is-segwitu u l-kunsiderazzjoni tal-iżvilupp ta’ tekniki aktar nodfa.

B’mod speċifiku għall-impjanti tal-inċinerazzjoni u, fejn rilevanti, l-impjanti tat-trattament tal-irmied tal-qiegħ, il-BAT hi wkoll li jiġu inkorporati l-karatteristiċi li ġejjin fl-EMS:

xxi.

għall-impjanti tal-inċinerazzjoni, ġestjoni tal-fluss tal-iskart (ara l-BAT 9);

xxii.

għall-impjanti tat-trattament tal-irmied tal-qiegħ, il-ġestjoni tal-kwalità tal-output (ara l-BAT 10);

xxiii.

pjan ta’ ġestjoni tar-residwi li jinkludi miżuri mmirati biex:

a.

jimminimizzaw il-ġenerazzjoni tar-residwi;

b.

jottimizzaw l-użu mill-ġdid, ir-riġenerazzjoni, ir-riċiklaġġ ta’, u/jew l-irkupru tal-enerġija mir-residwi;

c.

jiżguraw ir-rimi kif suppost tar-residwi;

xxiv.

għall-impjanti tal-inċinerazzjoni, pjan ta’ ġestjoni tal-OTNOC (ara l-BAT 18);

xxv.

għall-impjanti tal-inċinerazzjoni, pjan ta’ ġestjoni tal-aċċidenti (ara t-Taqsima 2.4);

xxvi.

għall-impjanti tat-trattament tal-irmied tal-qiegħ, il-ġestjoni tal-emissjonijiet diffużi tat-trab (ara l-BAT 23);

xxvii.

pjan ta’ ġestjoni tal-irwejjaħ fejn ikun mistenni u/jew ġie ssostanzjat fastidju mill-irwejjaħ fir-riċetturi sensittivi (ara t-Taqsima 2.4);

xxviii.

pjan ta’ ġestjoni tal-istorbju (ara wkoll il-BAT 37) fejn tkun mistennija u/jew ġiet issostanzjata inkonvenjenza mill-istorbju fir-riċetturi sensittivi (ara t-Taqsima 2.4).

Nota

Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jistabbilixxi l-iskema tal-Unjoni Ewropea ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS), li hi eżempju ta’ EMS konsistenti ma’ din il-BAT.

Applikabbiltà

Il-livell ta’ dettall u l-grad ta’ formalizzazzjoni tal-EMS ġeneralment ser ikunu relatati man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-installazzjoni, u mal-firxa ta’ impatti ambjentali li din jista’ jkollha (iddeterminati wkoll mit-tip u mill-ammont ta’ skart ipproċessat).

1.2.   Monitoraġġ

BAT 2. Il-BAT hi li tiġi ddeterminata l-effiċjenza elettrika gross, l-effiċjenza enerġetika gross, jew l-effiċjenza tal-bojlers tal-impjant tal-inċinerazzjoni kollu kemm hu jew tal-partijiet rilevanti kollha tal-impjant tal-inċinerazzjoni.

Deskrizzjoni

Fil-każ ta’ impjant tal-inċinerazzjoni ġdid jew wara kull modifika ta’ impjant tal-inċinerazzjoni eżistenti li tista’ taffettwa l-effiċjenza enerġetika b’mod sinifikanti, l-effiċjenza elettrika gross, l-effiċjenza enerġetika gross, jew l-effiċjenza tal-bojlers tiġi ddeterminata billi jsir test tal-prestazzjoni taħt tagħbija sħiħa.

Fil-każ ta’ impjant tal-inċinerazzjoni eżistenti li ma wettaqx test tal-prestazzjoni, jew meta ma jkunx jista’ jsir test tal-prestazzjoni taħt tagħbija sħiħa minħabba raġunijiet tekniċi, l-effiċjenza elettrika gross, l-effiċjenza enerġetika gross, jew l-effiċjenza tal-bojlers tista’ tiġi ddeterminata billi jitqiesu l-valuri tad-disinn fil-kundizzjonijiet tat-test tal-prestazzjoni.

Għat-test tal-prestazzjoni, ma hemm ebda standard EN disponibbli għad-determinazzjoni tal-effiċjenza tal-bojlers tal-impjanti tal-inċinerazzjoni. Għall-impjanti tal-inċinerazzjoni b’forn bil-gradilja, tista’ tintuża l-linja gwida RL 7 tal-FDBR.

BAT 3. Il-BAT hi li jiġu ssorveljati l-parametri ewlenin tal-proċess rilevanti għall-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma, inklużi dawk mogħtija hawn taħt.

Fluss/Post

Parametru/i

Monitoraġġ

Gass mit-tromba ta’ ċumnija mill-inċinerazzjoni tal-iskart

Fluss, kontenut ta’ ossiġenu, temperatura, pressjoni, kontenut ta’ fwar tal-ilma

Kejl kontinwu

Kompartiment tal-kombustjoni

Temperatura

Ilma mormi mill-FGC niedja

Fluss, pH, temperatura

Ilma mormi mill-impjanti tat-trattament tal-irmied tal-qiegħ

Fluss, pH, konduttività

BAT 4. Il-BAT hi li jiġu ssorveljati l-emissjonijiet inkanalati fl-arja tal-anqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt u b’konformità mal-istandards EN. Jekk ma jkunx hemm standards EN disponibbli, il-BAT hi li jintużaw l-istandards ISO, l-istandards nazzjonali jew standards internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.

Sustanza/

Parametru

Proċess

Standard(s) (4)

Frekwenza minima tal-monitoraġġ (5)

Monitoraġġ assoċjat ma’

NOX

Inċinerazzjoni tal-iskart

Standards EN ġeneriċi

Kontinwu

BAT 29

NH3

Inċinerazzjoni tal-iskart meta tintuża RMKS u/jew RKS

Standards EN ġeneriċi

Kontinwu

BAT 29

N2O

Inċinerazzjoni tal-iskart fi fran bis-sodda fluwidizzata

Inċinerazzjoni tal-iskart meta r-RMKS titħaddem bl-urea

EN 21258 (6)

Darba kull sena

BAT 29

CO

Inċinerazzjoni tal-iskart

Standards EN ġeneriċi

Kontinwu

BAT 29

SO2

Inċinerazzjoni tal-iskart

Standards EN ġeneriċi

Kontinwu

BAT 27

HCl

Inċinerazzjoni tal-iskart

Standards EN ġeneriċi

Kontinwu

BAT 27

HF

Inċinerazzjoni tal-iskart

Standards EN ġeneriċi

Kontinwu (7)

BAT 27

Trab

Trattament tal-irmied tal-qiegħ

EN 13284-1

Darba kull sena

BAT 26

Inċinerazzjoni tal-iskart

Standards EN ġeneriċi u EN 13284-2

Kontinwu

BAT 25

Metalli u metallojdi minbarra l-merkurju (As, Cd, Co, Cr, Cu, Mn, Ni, Pb, Sb, Tl, V)

Inċinerazzjoni tal-iskart

EN 14385

Darba kull sitt xhur

BAT 25

Hg

Inċinerazzjoni tal-iskart

Standards EN ġeneriċi u EN 14884

Kontinwu (8)

BAT 31

TVOC

Inċinerazzjoni tal-iskart

Standards EN ġeneriċi

Kontinwu

BAT 30

PBDD/F

Inċinerazzjoni tal-iskart (9)

Ebda standard EN disponibbli

Darba kull sitt xhur

BAT 30

PCDD/F

Inċinerazzjoni tal-iskart

EN 1948-1, EN 1948-2, EN 1948-3

Darba kull sitt xhur għal kampjunar fuq terminu qasir

BAT 30

Ebda standard EN disponibbli għall-kampjunar fit-tul,

EN 1948-2, EN 1948-3

Darba kull xahar għall-kampjunar fit-tul (10)

BAT 30

PCBs simili għad-Diossini

Inċinerazzjoni tal-iskart

EN 1948-1, EN 1948-2, EN 1948-4

Darba kull sitt xhur għall-kampjunar fuq terminu qasir (11)

BAT 30

Ebda standard EN disponibbli għall-kampjunar fit-tul,

EN 1948-2, EN 1948-4

Darba fix-xahar għall-kampjunar fit-tul (10)  (11)

BAT 30

Benżo[a]piren

Inċinerazzjoni tal-iskart

Ebda standard EN disponibbli

Darba fis-sena

BAT 30

BAT 5. Il-BAT hi li jiġu ssorveljati kif xieraq l-emissjonijiet inkanalati fl-arja mill-impjant ta’ inċinerazzjoni waqt l-OTNOC.

Deskrizzjoni

Il-monitoraġġ jista’ jitwettaq permezz ta’ kejliet diretti tal-emissjonijiet (eż. għall-inkwinanti li huma ssorveljati kontinwament) jew permezz ta’ monitoraġġ tal-parametri sostituti, jekk jiġi pprovat li dan ikun ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti jew aħjar mill-kejliet diretti tal-emissjonijiet. L-emissjonijiet waqt ix-xegħil u t-tifi filwaqt li ma jkun qed jinħaraq ebda skart, inklużi l-emissjonijiet ta’ PCDD/F, huma stmati fuq il-bażi ta’ kampanji ta’ kejliet, eż. kull tliet snin, imwettqa waqt l-operazzjonijiet ta’ xegħil/tifi ppjanati.

BAT 6. Il-BAT hi li jiġu ssorveljati l-emissjonijiet fl-ilma mit-trattament tal-FGC u/jew tal-irmied tal-qiegħ tal-anqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt u b’konformità mal-istandards EN. Jekk ma jkunx hemm standards EN disponibbli, il-BAT hi li jintużaw l-istandards ISO, l-istandards nazzjonali jew standards internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.

Sustanza/Parametru

Proċess

Standard(s)

Frekwenza minima tal-monitoraġġ

Monitoraġġ assoċjat ma’

Karbonju organiku totali (TOC)

FGC

EN 1484

Darba fix-xahar

BAT 34

Trattament tal-irmied tal-qiegħ

Darba fix-xahar (12)

Solidi totali sospiżi (TSS)

FGC

EN 872

Darba kull jum (13)

Trattament tal-irmied tal-qiegħ

Darba fix-xahar (12)

As

FGC

Diversi standards EN disponibbli (eż. EN ISO 11885, EN ISO 15586 jew EN ISO 17294-2)

Darba fix-xahar

Cd

FGC

Cr

FGC

Cu

FGC

Mo

FGC

Ni

FGC

Pb

FGC

Darba fix-xahar

Trattament tal-irmied tal-qiegħ

Darba fix-xahar (12)

Sb

FGC

Darba fix-xahar

Tl

FGC

Zn

FGC

Hg

FGC

Diversi standards EN disponibbli (eż. EN ISO 12846 jew EN ISO 17852)

Ammonju-nitroġenu (NH4-N)

Trattament tal-irmied tal-qiegħ

Diversi standards EN disponibbli (eż. EN ISO 11732, EN ISO 14911)

Darba fix-xahar (12)

Klorur (Cl-)

Trattament tal-irmied tal-qiegħ

Diversi standards EN disponibbli (eż. EN ISO 10304-1, EN ISO 15682)

Sulfat (SO4 2-)

Trattament tal-irmied tal-qiegħ

EN ISO 10304-1

PCDD/F

FGC

Ebda standard EN disponibbli

Darba fix-xahar (12)

Trattament tal-irmied tal-qiegħ

Darba kull sitt xhur

BAT 7. Il-BAT hi li jiġi ssorveljat il-kontenut ta’ sustanzi mhux maħruqa fil-ħama u fl-irmied tal-qiegħ fl-impjant ta’ inċinerazzjoni tal-anqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt u b’konformità mal-istandards EN.

Parametru

Standard(s)

Frekwenza minima tal-monitoraġġ

Monitoraġġ assoċjat ma’

Telf fit-tqabbid (14)

EN 14899 u jew EN 15169 inkella EN 15935

Darba kull tliet xhur

BAT 14

Karbonju organiku totali (14)  (15)

EN 14899 u jew EN 13137 inkella EN 15936

BAT 8. Għall-inċinerazzjoni tal-iskart perikoluż li fih il-POPs, il-BAT hi li jiġi ddeterminat il-kontenut ta’ POPs fil-flussi tal-output (eż. gagazza u rmied tal-qiegħ, gass mit-tromba ta’ ċumnija, ilma mormi) wara l-ikkummissjonar tal-impjant tal-inċinerazzjoni u wara kull bidla li tista’ taffettwa b’mod sinifikanti l-kontenut ta’ POPs fil-flussi tal-output.

Deskrizzjoni

Il-kontenut ta’ POPs fil-flussi tal-output jiġi ddeterminat permezz ta’ kejliet diretti jew b’metodi indiretti (eż. il-kwantità akkumulata ta’ POPs fl-irmied li jtir, fir-residwi nixfin tal-FGC, fl-ilma mormi mill-FGC u fil-ħama relatata tat-trattament tal-ilma mormi tista’ tiġi ddeterminata bil-monitoraġġ tal-kontenut ta’ POPs fil-gass mit-tromba ta’ ċumnija qabel u wara s-sistema tal-FGC) jew fuq il-bażi tal-istudji rappreżentattivi tal-impjant.

Applikabbiltà

Japplika biss għall-impjanti li:

jaħarqu l-iskart perikoluż b’livelli ta’ POPs qabel l-inċinerazzjoni li jaqbżu l-limiti ta’ konċentrazzjoni ddefiniti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 u l-emendi; u

ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet tad-deskrizzjoni tal-proċess tal-Kapitolu IV.G.2 punt (g) tal-linji gwida tekniċi tal-UNEP UNEP/CHW.13/6/Add.1/Rev.1.

1.3.   Il-prestazzjoni ambjentali ġenerali u tal-kombustjoni

BAT 9. Biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-impjant tal-inċinerazzjoni bil-ġestjoni tal-fluss tal-iskart (ara l-BAT 1), il-BAT hi li jintużaw it-tekniki (a) sa (c) kollha mogħtijin hawn taħt u, fejn rilevanti, it-tekniki (d), (e) u (f) ukoll.

 

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Determinazzjoni tat-tipi ta’ skart li jistgħu jiġu inċinerati

Fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-impjant ta’ inċinerazzjoni, l-identifikazzjoni tat-tipi ta’ skart li jistgħu jiġu inċinerati f’termini ta’, pereżempju, l-istat fiżiku, il-karatteristiċi kimiċi, il-proprjetajiet perikolużi, u l-meded aċċettabbli tal-valur kalorifiku, tal-umdità, tal-kontenut ta’ rmied u tad-daqs.

b.

L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ karatterizzazzjoni u ta’ preaċċettazzjoni tal-iskart

Dawn il-proċeduri għandhom l-għan li jiżguraw l-adegwatezza teknika (u legali) tal-operazzjonijiet tat-trattament tal-iskart għal skart partikolari qabel il-wasla tal-iskart fl-impjant. Dawn jinkludu proċeduri biex tinġabar informazzjoni dwar l-input tal-iskart u jistgħu jinkludu t-teħid tal-kampjuni u l-karatterizzazzjoni tal-iskart biex jinkiseb għarfien suffiċjenti dwar il-kompożizzjoni tal-iskart. Il-proċeduri tal-preaċċettazzjoni tal-iskart huma bbażati fuq ir-riskju, pereżempju, il-proprjetajiet perikolużi tal-iskart, ir-riskji tal-iskart f’termini tas-sikurezza tal-proċess, is-sikurezza okkupazzjonali u l-impatt ambjentali, kif ukoll l-informazzjoni pprovduta mid-detentur(i) preċedenti tal-iskart.

c.

L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ aċċettazzjoni tal-iskart

Il-proċeduri ta’ aċċettazzjoni għandhom l-għan li jikkonfermaw il-karatteristiki tal-iskart, kif identifikati fl-istadju tal-preaċċettazzjoni. Dawn il-proċeduri jiddefinixxu l-elementi li jridu jiġu vverifikati mal-wasla tal-iskart fl-impjant kif ukoll il-kriterji tal-aċċettazzjoni u tar-rifjut tal-iskart. Dawn jistgħu jinkludu t-teħid ta’ kampjuni, l-ispezzjoni u l-analiżi tal-iskart. Il-proċeduri tal-aċċettazzjoni tal-iskart huma bbażati fuq ir-riskju, pereżempju, il-proprjetajiet perikolużi tal-iskart, ir-riskji li jġorr miegħu l-iskart f’termini tas-sikurezza tal-proċess, is-sikurezza okkupazzjonali u l-impatt ambjentali, kif ukoll l-informazzjoni pprovduta mid-detentur(i) preċedenti tal-iskart. L-elementi li jridu jiġu ssorveljati għal kull tip ta’ skart huma spjegati fil-BAT 11.

d.

L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ traċċar u ta’ inventarju tal-iskart

Sistema ta’ traċċar u inventarju tal-iskart għandhom l-għan li jintraċċaw fejn ikun jinsab l-iskart u l-kwantità tiegħu fl-impjant. Din iżżomm l-informazzjoni kollha ġġenerata waqt il-proċeduri tal-preaċċettazzjoni (eż. id-data tal-wasla fl-impjant u n-numru ta’ referenza uniku tal-iskart, informazzjoni dwar id-detentur(i) preċedenti tal-iskart, ir-riżultati tal-analiżi tal-preaċċettazzjoni u tal-aċċettazzjoni, in-natura u l-kwantità tal-iskart miżmum fuq il-post fosthom il-perikli kollha identifikati), l-aċċettazzjoni, il-ħażna, it-trattament u/jew it-trasferiment barra mis-sit. Is-sistema ta’ traċċar tal-iskart hi bbażata fuq ir-riskju filwaqt li tqis, pereżempju, il-proprjetajiet perikolużi tal-iskart, ir-riskji miġjuba mill-iskart f’termini tas-sikurezza tal-proċess, is-sikurezza okkupazzjonali u l-impatt ambjentali, kif ukoll l-informazzjoni pprovduta mid-detentur(i) preċedenti tal-iskart.

Is-sistema ta’ traċċar tal-iskart tinkludi tikkettar ċar tal-iskart li jinħażen f’postijiet li ma jkunux il-bunker tal-iskart jew it-tank tal-ħżin tal-ħama (eż. f’kontenituri, f’bittiji, f’balal jew f’forom oħra ta’ imballaġġ) b’tali mod li dan ikun jista’ jiġi identifikat fi kwalunkwe ħin.

e.

Segregazzjoni tal-iskart

L-iskart jinżamm separat skont il-proprjetajiet tiegħu biex il-ħażna u l-inċinerazzjoni jkunu eħfef u aktar sikuri ambjentalment. Is-segregazzjoni tal-iskart tiddependi mis-separazzjoni fiżika tal-iskart differenti u mill-proċeduri li jidentifikaw meta u fejn jinħażen l-iskart.

f.

Il-verifika tal-kompatibbiltà tal-iskart qabel it-taħlit jew l-amalgamazzjoni tal-iskart perikoluż

Il-kompatibbiltà tiġi żgurata b’sett ta’ miżuri u ta’ testijiet tal-verifika biex tiġi individwata kull reazzjoni kimika mhux mixtieqa u/jew potenzjalment perikoluża bejn l-iskart (eż. polimerizzazzjoni, evoluzzjoni tal-gass, reazzjoni eżotermika, dekompożizzjoni) wara t-taħlit jew l-amalgamzzjoni. It-testijiet tal-kompatibbiltà huma bbażati fuq ir-riskju, pereżempju, il-proprjetajiet perikolużi tal-iskart, ir-riskji tal-iskart f’termini tas-sikurezza tal-proċess, is-sikurezza okkupazzjonali u l-impatt ambjentali, kif ukoll l-informazzjoni pprovduta mid-detentur(i) preċedenti tal-iskart.

BAT 10. Biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-impjant tat-trattament tal-irmied tal-qiegħ, il-BAT hi li jiġu inklużi karatteristiċi ta’ ġestjoni tal-kwalità tal-output fl-EMS (ara l-BAT 1).

Deskrizzjoni

Il-karatteristiċi ta’ ġestjoni tal-kwalità tal-output huma inklużi fl-EMS, b’tali mod li jiġi żgurat li l-output tat-trattament tal-irmied tal-qiegħ ikun allinjat mal-aspettattivi, billi jintużaw l-istandards EN eżistenti fejn ikunu disponibbli. Dan jippermetti wkoll li l-prestazzjoni tat-trattament tal-irmied tal-qiegħ tiġi ssorveljata u ottimizzata.

BAT 11. Biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-impjant tal-inċinerazzjoni, il-BAT hi li jiġu ssorveljati l-kunsinni tal-iskart bħala parti mill-proċeduri tal-aċċettazzjoni tal-iskart (ara l-BAT 9 c) inklużi, skont ir-riskju miġjub mill-iskart li jasal, l-elementi mogħtija hawn taħt.

Tip ta’ skart

Monitoraġġ tal-kunsinna tal-iskart

Skart solidu muniċipali u skart mhux perikoluż ieħor

Detezzjoni tar-radjuattività

Użin tal-kunsinni tal-iskart

Spezzjoni viżiva

Kampjunar perjodiku tal-kunsinni tal-iskart u analiżi tal-proprjetajiet/tas-sustanzi ewlenin (eż. valur kalorifiku, kontenut ta’ aloġeni u metalli/metallojdi). Għall-skart solidu muniċipali, dan jinvolvi l-ħatt separat.

Ħama tad-dranaġġ

Użin tal-kunsinni tal-iskart (jew il-kejl tal-fluss jekk il-ħama tad-dranaġġ titwassal permezz ta’ pipeline)

Spezzjoni viżiva, sa fejn din tkun teknikament possibbli

Kampjunar perjodiku u analiżi tal-proprjetajiet/tas-sustanzi ewlenin (eż. valur kalorifiku, kontenut ta’ ilma, ta’ rmied u ta’ merkurju).

Skart perikoluż għajr skart kliniku

Detezzjoni tar-radjuattività

Użin tal-kunsinni tal-iskart

Spezzjoni viżiva, sa fejn din tkun teknikament possibbli

Kontroll u tqabbil ta’ kunsinni individwali tal-iskart bid-dikjarazzjoni tal-produttur tal-iskart

Il-kampjunar tal-kontenut ta’:

it-tankers u t-trejlers tal-ingrossa kollha

l-iskart ippakkjat (eż. f’bittiji, f’kontenituri intermedji tal-ingrossa (IBCs) jew f’imballaġġ iżgħar)

u l-analiżi ta’:

parametri tal-kombustjoni (inklużi l-valur kalorifiku u l-punt ta’ fjammabbiltà)

il-kompatibbiltà tal-iskart, biex jiġu individwati r-reazzjonijiet perikolużi possibbli mat-taħlit jew mal-amalgamar tal-iskart, qabel il-ħżin (BAT 9 f)

sustanzi ewlenin li jinkludu POPs, aloġeni u kubrit, metalli/metallojdi

Skart kliniku

Detezzjoni tar-radjuattività

Użin tal-kunsinni tal-iskart

Spezzjoni viżiva tal-integrità tal-imballaġġ

BAT 12. Biex jitnaqqsu r-riskji ambjentali assoċjati mal-wasla, mal-immaniġġjar u mal-ħżin tal-iskart, il-BAT hi li jintużaw iż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Uċuħ impermeabbli b’infrastruttura adegwata tat-tbattil

Skont ir-riskji miġjuba mill-iskart f’termini ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija jew tal-ilma, il-wiċċ taż-żoni li jirċievu, jimmaniġġjaw u jaħżnu l-ilma jsir impermeabbli għal-likwidi kkonċernati u jiġi mgħammar b’infrastruttura adegwata tat-tbattil (ara l-BAT 32). L-integrità ta’ dan il-wiċċ tiġi vverifikata kull ċertu żmien, sa fejn ikun teknikament possibbli.

b.

Kapaċità adegwata ta’ ħżin tal-iskart

Jittieħdu miżuri biex tiġi evitata akkumulazzjoni ta’ skart, bħal:

il-kapaċità massima tal-ħażna tal-iskart hi stabbilita b’mod ċar u ma tinqabiżx filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-iskart (eż. fir-rigward tar-riskju ta’ nar) u l-kapaċità tat-trattament;

il-kwantità tal-skart maħżun tkun issorveljata b’mod regolari skont il-kapaċità massima awtorizzata għall-ħżin;

għal skart li ma jitħallatx waqt il-ħżin (eż. skart kliniku, skart ippakkjat), iż-żmien massimu ta’ residenza jkun stabbilit b’mod ċar.

BAT 13. Biex jitnaqqas ir-riskju ambjentali assoċjat mal-ħżin u mal-immaniġġjar tal-iskart kliniku, il-BAT hi li tintuża taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika

Deskrizzjoni

(a)

Manipulazzjoni awtomatizzata jew semiawtomatizzata tal-iskart

L-iskart kliniku jinħatt mit-trakk fiż-żona tal-ħżin bl-użu ta’ sistema awtomatizzata jew manwali skont ir-riskju rappreżentat minn din l-operazzjoni. Miż-żona tal-ħżin l-iskart kliniku jintefa’ fil-fran b’sistema awtomatizzata.

(b)

L-inċinerazzjoni ta’ kontenituri ssiġillati li jintużaw darba biss, jekk jintużaw

L-iskart kliniku jitwassal f’kontenituri kombustibbli ssiġillati u robusti li qatt ma jinfetħu matul l-operazzjonijiet ta’ ħżin u ta’ mmaniġġjar. Jekk il-labar u l-oġġetti bil-ponta jintremew fihom, il-kontenituri jkunu ma jittaqqbux lanqas.

(c)

It-tindif u d-diżinfettar ta’ kontenituri li jistgħu jerġgħu jintużaw, jekk jintużaw

Il-kontenituri tal-iskart li jistgħu jerġgħu jintużaw jitnaddfu f’żona allokata għat-tindif u jiġu ddiżinfettati f’faċilità mfassla apposta għad-diżinfezzjoni. Kull fdal residwu mill-operazzjonijiet tat-tindif jiġi inċinerat.

BAT 14. Biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-inċinerazzjoni tal-iskart, biex jitnaqqas il-kontenut ta’ sustanzi mhux maħruqa fil-gagazza u fl-irmied tal-qiegħ, u biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja mill-inċinerazzjoni tal-iskart, il-BAT hi li tintuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

It-taħlit u l-amalgamzzjoni tal-iskart

It-taħlit u l-amalgamzzjoni tal-iskart qabel l-inċinerazzjoni jinkludu pereżempju l-operazzjonijiet li ġejjin:

l-amalgamzzjoni bil-krejn tal-bunker;

l-użu ta’ sistema ta’ ekwalizzazzjoni tal-għalf;

it-taħlit ta’ skart likwidu u pastuż kompatibbli.

F’xi każijiet, l-iskart solidu jitqatta’ f’biċċiet qabel it-taħlit.

Ma japplikax meta jkun hemm bżonn ta’ forniment dirett fil-fran minħabba kunsiderazzjonijiet ta’ sikurezza jew il-karatteristiċi tal-iskart (eż. skart kliniku infettiv, skart li jarmi l-irwejjaħ, jew skart li jkun suxxettibbli li jeħles sustanzi volatili).

Ma japplikax meta jkunu jistgħu jseħħu reazzjonijiet mhux mixtieqa bejn tipi differenti ta’ skart (ara l-BAT 9 f).

b.

Sistema ta’ kontroll avvanzata

Ara t-Taqsima 2.1

Tapplika b’mod ġenerali.

c.

L-ottimizzazzjoni tal-proċess tal-inċinerazzjoni

Ara t-Taqsima 2.1

L-ottimizzazzjoni tad-disinn ma tapplikax għall-fran eżistenti.


Tabella 1

Il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-BAT għal sustanzi mhux maħruqa fil-gagazza u fl-irmied tal-qiegħ mill-inċinerazzjoni tal-iskart

Parametru

Unità

BAT-AEPL

Il-kontenut ta’ TOC fil-gagazza u fl-irmied tal-qiegħ (16)

Piż xott-%

1–3 (17)

Telf fit-tqabbid tal-gagazza u tal-irmied tal-qiegħ (16)

Piż xott-%

1-5 (17)

Il-monitoraġġ assoċjat jinsab fil-BAT 7.

BAT 15. Biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-impjant tal-inċinerazzjoni u biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja, il-BAT hi li jiġu stabbiliti u implimentati proċeduri għall-aġġustament tal-issettjar tal-impjant, eż. permezz tas-sistema ta’ kontroll avvanzat (ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 2.1), skont kif u meta jkun hemm bżonn u jkun prattikabbli, fuq il-bażi tal-karatterizzazzjoni u tal-kontroll tal-iskart (ara l-BAT 11).

BAT 16 .Biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-impjant tal-inċinerazzjoni u biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja, il-BAT hi li jiġu stabbiliti u implimentati proċeduri operazzjonali (eż. l-organizzazzjoni tal-katina ta’ provvista, operazzjoni kontinwa minflok f’lottijiet) biex jiġu limitati kemm jista’ jkun l-operazzjonijiet ta’ tifi u ta’ xegħil.

BAT 17. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja u, fejn rilevanti fl-ilma, mill-impjant tal-inċinerazzjoni, il-BAT hi li jiġi żgurat li s-sistema ta’ FGC u l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi jitfasslu kif xieraq (eż. b’kunsiderazzjoni tar-rata massima tal-fluss u tal-konċentrazzjonijiet ta’ inkwinanti), jitħaddmu fi ħdan il-medda tad-disinn tagħhom u jingħataw il-manutenzjoni biex tiżgura l-aħjar disponibbiltà possibbli.

BAT 18. Biex titnaqqs il-frekwenza tal-okkorrenza ta’ OTNOC u biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja u, fejn rilevanti fl-ilma, mill-impjant tal-inċinerazzjoni waqt OTNOC, il-BAT hi li jiġi stabbilit u implimentat pjan ta’ mmaniġġjar ta’ OTNOC fuq il-bażi tar-riskji bħala parti mis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (ara l-BAT 1) li jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:

l-identifikazzjoni ta’ OTNOC potenzjali (eż. ħsara f’tagħmir kritiku għall-ħarsien tal-ambjent (“tagħmir kritiku”)), tal-kawżi li wasslu għalihom u tal-konsegwenzi potenzjali tagħhom, u rieżami u aġġornament regolari tal-lista ta’ OTNOC identifikati wara l-valutazzjoni perjodika msemmija hawn taħt;

disinn xieraq tat-tagħmir kritiku (eż. kompartimentalizzazzjoni tal-filtru tal-borża, tekniki għat-tisħin tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija u għall-prevenzjoni tal-ħtieġa ta’ evitar tal-filtru tal-borża waqt ix-xegħil u t-tifi, eċċ.);

l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ manutenzjoni preventiva għat-tagħmir kritiku (ara l-BAT 1 xii);

il-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tal-emissjonijiet waqt OTNOC u ċirkustanzi assoċjati (ara l-BAT 5);

il-valutazzjoni perjodika tal-emissjonijiet li jseħħu waqt OTNOC (eż. il-frekwenza tal-avvenimenti, id-durata, l-ammont ta’ inkwinanti meħlusa) u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet korrettivi, jekk ikunu meħtieġa.

1.4.   Effiċjenza enerġetika

BAT 19. Biex tiżdied l-effiċjenza fir-riżorsi tal-impjant tal-inċinerazzjoni, il-BAT hi li jintuża bojler ta’ rkupru tas-sħana

Deskrizzjoni

L-enerġija li tinsab fil-gass mit-tromba ta’ ċumnija f’bojler ta’ rkupru tas-sħana li jipproduċi l-ilma jaħraq u/jew il-fwar, li tista’ tiġi esportata, tintuża internament, u/jew tintuża għall-produzzjoni tal-elettriku.

Applikabbiltà

Fil-każ ta’ impjanti ddedikati għall-inċinerazzjoni ta’ skart perikoluż, l-applikabbiltà tista’ tkun limitata:

minn kemm iwaħħal l-irmied li jtir;

mill-korrużività tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija.

BAT 20. Biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-impjant tal-inċinerazzjoni, il-BAT hi li tintuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Tnixxif tal-ħama tad-dranaġġ

Wara t-tneħħija mekkanika tal-ilma, il-ħama tad-dranaġġ tkompli titnixxef, pereżempju, bl-użu ta’ sħana ta’ grad baxx, qabel ma tintefa’ fil-forn.

Kemm il-ħama tkun tista’ titnixxef jiddependi mis-sistema ta’ alimentazzjoni tal-fran.

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta’ sħana ta’ grad baxx.

b.

Tnaqqis tal-fluss tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija

Il-fluss tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija jitnaqqas billi, eż.:

tittejjeb id-distribuzzjoni tal-arja tal-kombustjoni primarja u sekondarja;

issir riċirkolazzjoni tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija (ara t-Taqsima 2.2).

Fluss iżgħar tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija inaqqas id-domanda għall-enerġija tal-impjant (eż. għal fannijiet tat-tnixxif indott).

Għall-impjanti eżistenti, l-applikabbiltà tar-riċirkolazzjoni tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija tista’ tkun limitata minħabba restrizzjonijiet tekniċi (eż. tagħbija ta’ inkwinanti fil-gass mit-tromba ta’ ċumnija, il-kundizzjonijiet tal-inċinerazzjoni).

c.

Minimizzazzjoni tat-telf tas-sħana

It-telf tas-sħana jitnaqqas kemm jista’ jkun, eż.:

bl-użu ta’ bojlers b’forn integrat, li jippermettu li s-sħana tiġi rkuprata wkoll mill-ġnub tal-fran;

bl-iżolament termali tal-fran u tal-bojlers;

bir-riċirkolazzjoni tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija (ara t-Taqsima 2.2);

bl-irkupru tas-sħana mit-tkessiħ tal-gagazza u tal-irmied tal-qiegħ (ara l-BAT 20 i).

Il-bojlers bil-fran integrati ma jistgħux jintużaw mal-kalkari rotatorji jew għal fran oħra ddedikati għall-inċinerazzjoni f’temperatura għolja tal-iskart perikoluż.

d.

Ottimizzazzjoni tad-disinn tal-bojler

It-trasferiment tas-sħana fil-bojler jittejjeb billi jiġu ottimizzati, pereżempju:

il-veloċità u d-distribuzzjoni tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija;

iċ-ċirkolazzjoni tal-ilma/fwar;

il-faxex ta’ konvezzjoni;

is-sistemi ta’ tindif tal-bojlers on-line u off-line biex tiġi mminimizzata l-inkrostazzjoni tal-faxex ta’ konvezzjoni.

Applikabbli għall-impjanti ġodda u għal modifiki retroattivi maġġuri ta’ impjanti eżistenti.

e.

Skambjaturi tas-sħana tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija b’temperatura baxxa

Jintużaw skambjaturi tas-sħana speċjali reżistenti għall-korrużjoni biex tiġi rkuprata l-enerġija addizzjonali mill-gass mit-tromba ta’ ċumnija fil-bokka tal-ħruġ tal-bojler, wara ESP, jew wara sistema ta’ injezzjoni tas-sorbent xott.

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet tal-profil tat-temperatura operazzjonali tas-sistema tal-FGC.

Fil-każ tal-impjanti eżistenti, l-applikabbiltà tista’ tkun limitata minħabba nuqqas ta’ spazju.

f.

Kundizzjonijiet b’ħafna fwar

Aktar ma jkunu għoljin il-kundizzjonijiet tal-fwar (temperatura u pressjoni), aktar tkun għolja l-effiċjenza fil-konverżjoni tal-elettriku permessa miċ-ċiklu tal-fwar.

Il-ħidma f’kundizzjonijiet għoljin tal-fwar (eż. ogħla minn 45 bar, 400 °C) teħtieġ l-użu ta’ ligi speċjali tal-azzar jew ta’ kisi refrattarju biex jiġu protetti l-biċċiet tal-bojler li huma esposti għall-ogħla temperaturi.

Applikabbli għal impjanti ġodda u għall-modifiki retroattivi maġġuri tal-impjanti eżisteni, fejn l-impjant ikun primarjament orjentat lejn il-ġenerazzjoni tal-elettriku.

L-applikabbiltà tista’ tkun limitata:

minn kemm iwaħħal l-irmied li jtir;

mill-korrużività tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija.

g.

Koġenerazzjoni

Il-koġenerazzjoni tas-sħana u tal-elettriku meta s-sħana (primarjament mill-fwar li joħroġ mit-turbina) tintuża għall-produzzjoni ta’ ilma jaħraq/fwar li għandu jintuża fil-proċessi/fl-attivitajiet industrijali jew f’netwerk ta’ tisħin/tkessiħ distrettwali.

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-domanda lokali għas-sħana u għall-enerġija u/jew id-disponibbiltà tan-netwerks.

h.

Kondensatur tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija

Skambjatur tas-sħana jew purifikatur bi skambjatur tas-sħana, meta l-fwar tal-ilma li jinsab fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija jikkondensa, filwaqt li s-sħana rieqda tiġi ttrasferita fl-ilma f’temperatura baxxa biżżejjed (eż. fluss tar-ritorn ta’ netwerk ta’ tisħin distrettwali).

Il-kondensur tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija jipprovdi wkoll kobenefiċċji billi jnaqqas l-emissjonijiet fl-arja (eż. ta’ trab u ta’ gassijiet aċidużi).

L-użu ta’ pompi tas-sħana jista’ jżid l-ammont ta’ enerġija rkuprata mill-kondensazzjoni tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija.

Applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mad-domanda għal sħana b’temperatura baxxa, eż. bid-disponibbiltà ta’ netwerk ta’ tisħin distrettwali b’temperatura ta’ ritorn baxxa biżżejjed.

i.

Manipulazzjoni tal-irmied niexef tal-qiegħ

Irmied tal-qiegħ niexef u jaħraq fil-qiegħ li jaqa’ mill-gradilja għal fuq sistema ta’ trasport u jitberred bl-arja ambjentali. L-enerġija tiġi rkuprata billi tintuża l-arja tat-tberrid għall-kombustjoni.

Applikabbli biss għall-fran bil-gradilji.

Jista’ jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi li jipprevjenu l-modifika retroattiva tal-fran eżistenti.


Tabella 2

Livelli ta’ effiċjenza enerġetika assoċjati mal-BAT (BAT-AEELs) għall-inċinerazzjoni tal-iskart

(%)

BAT-AEEL

Impjant

Skart solidu muniċipali, skart mhux perikoluż ieħor u skart perikoluż tal-injam

Skart perikoluż għajr skart perikoluż tal-injam (18)

Ħama tad-dranaġġ

Effiċjenza elettrika gross (19)  (20)

Effiċjenza enerġetika gross (21)

L-effiċjenza tal-bojlers

Impjant ġdid

25–35

72-91 (22)

60-80

60-70 (23)

Impjant eżistenti

20–35

Il-monitoraġġ assoċjat jinsab fil-BAT 2.

1.5.   Emissjonijiet fl-arja

1.5.1.   Emissjonijiet diffużi

BAT 21. Biex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi mill-impjant tal-inċinerazzjoni, li jinkludu l-emissjonijiet tal-irwejjaħ, il-BAT hi li:

l-iskart solidu u pastuż bl-ingrossa li jarmi l-irwejjaħ u/jew suxxettibbli li jeħles sustanzi volatili jinħażen f’binjiet magħluqin taħt pressjoni subatmosferika kkontrollata u l-arja estratta tintuża bħala arja tal-kombustjoni għall-inċinerazzjoni jew tintbagħat f’sistema xierqa oħra ta’ tnaqqis fil-każ ta’ riskju ta’ splużjoni;

l-iskart likwidu jinħażen f’tankijiet taħt pressjoni kkontrollata xierqa u jinħoloq kanal bejn il-bokki tat-tank u l-alimentatur tal-arja tal-kombustjoni jew sistema xierqa oħra ta’ tnaqqis;

ir-riskju ta’ rwejjaħ tul il-perjodi ta’ għeluq totali meta ma jkun hemm ebda kapaċità ta’ inċinerazzjoni disponibbli jiġi kkontrollat, eż. billi:

tintbagħat f’sistema alternattiva ta’ tnaqqis l-arja ventilata jew estratta, eż. f’purifikatur niedi, f’sodda fissa tal-assorbiment;

l-ammont ta’ skart maħżun jiġi minimizzat, eż. billi jiġu interrotti, jitnaqqsu jew jiġu ttrasferiti kunsinni ta’ skart, bħala parti minn ġestjoni tal-fluss tal-iskart (ara l-BAT 9);

l-iskart jinħażen f’balal issiġillati kif xieraq.

BAT 22. Biex jiġu evitati emissjonijiet diffużi ta’ komposti volatili mill-immaniġġjar tal-iskart gassuż u likwidu li jarmi l-irwejjaħ u/jew suxxettibbli li jeħles sustanzi volatili f’impjanti tal-inċinerazzjoni, il-BAT hi li dan jiddaħħal fil-forn b’alimentazzjoni diretta.

Deskrizzjoni

Għall-iskart gassuż u likwidu li jitwassal f’kontenituri tal-iskart bl-ingrossa (eż. tankers), l-alimentazzjoni diretta ssir billi l-kontenitur tal-iskart jitqabbad mal-linja tal-alimentazzjoni tal-forn. Imbagħad il-kontenitur jitbattal billi jiġi pressurizzat bin-nitroġenu jew, jekk il-viskożità tkun baxxa biżżejjed, billi jiġi ppumpjat il-likwidu.

Għal skart gassuż u likwidu li jitwassal f’kontenituri tal-iskart tajbin għall-inċinerazzjoni (eż. bittiji), l-alimentazzjoni diretta ssir billi l-kontenituri jiddaħħlu direttament fil-forn.

Applikabbiltà

Dan jaf ma jkunx applikabbli għall-inċinerazzjoni ta’ ħama tad-dranaġġ li tiddependi, pereżempju, mill-kontenut ta’ ilma u mill-ħtieġa ta’ tnixxif minn qabel jew ta’ taħlit ma’ skart ieħor.

BAT 23. Biex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi tat-trab fl-arja mit-trattament tal-gagazza u tal-irmied tal-qiegħ, il-BAT hi li fis-sistema ta’ ġestjoni ambjentali (ara l-BAT 1) jiddaħħlu l-karatteristiċi li ġejjin għall-ġestjoni tal-emissjonijiet diffużi tat-trab:

identifikazzjoni tal-aktar sorsi rilevanti tal-emissjonijiet diffużi tat-trab (eż. bl-użu ta’ EN 15445);

definizzjoni u implimentazzjoni tal-azzjonijiet u tat-tekniki x-xierqa biex l-emissjonijiet diffużi jiġu evitati jew jitnaqqsu tul perjodu ta’ żmien stabbilit.

BAT 24. Biex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi tat-trab fl-arja mit-trattament tal-gagazza u tal-irmied tal-qiegħ, il-BAT hi li tintuża taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

(a)

It-tagħmir jingħalaq u jitgħatta

L-operazzjonijiet li potenzjalment joħolqu t-trab (bħat-tħin, it-tgħarbil) isiru fil-magħluq u/jew billi jitgħattew il-konvejers u l-elevaturi.

L-għeluq jista’ jitwettaq billi t-tagħmir kollu jiġi installat f’bini magħluq.

L-installazzjoni tat-tagħmir f’bini magħluq jaf ma tkunx applikabbli għall-apparati mobbli tat-trattament.

(b)

Limitazzjoni tal-għoli tal-iskariku

It-tlaqqigħ tal-għoli tal-iskariku għall-għoli li jvarja tal-munzell, b’mod awtomatiku jekk possibbli (eż. ċineg trasportaturi b’għoli aġġustabbli).

Tapplika b’mod ġenerali.

(c)

Protezzjoni tal-munzelli kontra r-riħ prevalenti

Protezzjoni taż-żoni tal-ħżin bl-ingrossa jew tal-munzelli permezz ta’ kopertura jew b’ilqugħ kontra r-riħ bħal bini ta’ lqugħ, ħitan jew sistemi veġetali vertikali, kif ukoll bl-orjentazzjoni korretta tal-munzelli fir-rigward tar-riħ prevalenti.

Tapplika b’mod ġenerali.

(d)

Użu ta’ sprejs tal-ilma

Installazzjoni ta’ sistemi ta’ sprejs tal-ilma fis-sorsi ewlenin tal-emissjonijiet diffużi tat-trab. L-umidifikazzjoni tal-partikuli tat-trab tgħin biex it-trab jagglomera u joqgħod.

L-emissjonijiet diffużi tat-trab fil-munzelli jitnaqqsu billi tiġi żgurata umidifikazzjoni xierqa tal-punti tal-iċċarġjar u tar-rimi, jew tal-munzelli stess.

Tapplika b’mod ġenerali.

(e)

Ottimizzazzjoni tal-kontenut ta’ ndewwa

Ottimizzazzjoni tal-kontenut ta’ ndewwa tal-gagazza/tal-irmied tal-qiegħ għal-livell meħtieġ għall-irkupru effiċjenti tal-metalli u tal-materjali minerali filwaqt li jiġi mminimizzat ir-rilaxx tat-trab.

Tapplika b’mod ġenerali.

(f)

Operazzjonijiet taħt pressjoni subatmosferika

Twettiq tat-trattament tal-gagazza u tal-irmied tal-qiegħ f’tagħmir jew f’bini fil-magħluq (ara t-teknika a) taħt pressjoni subatmosferika biex ikun jista’ jsir it-trattament tal-arja estratta b’teknika ta’ tnaqqis (ara l-BAT 26) bħall-emissjonijiet inkanalati.

Applikabbli biss għall-irmied tal-qiegħ li jintrema xott u rmied tal-qiegħ ieħor b’livell baxx ta’ ndewwa.

1.5.2.   Emissjonijiet inkanalati

1.5.2.1.   Emissjonijiet ta’ trab, ta’ metalli u ta’ metallojdi

BAT 25. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati ta’ trab, ta’ metalli u ta’ metaollojdi mill-inċinerazzjoni tal-iskart, il-BAT hi li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

(a)

Filtru b’borża

Ara t-Taqsima 2.2

Ġeneralment applikabbli għall-impjanti ġodda.

Applikabbli għall-impjanti eżistenti fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mal-profil tat-temperatura tat-tħaddim tas-sistema tal-FGC.

(b)

Preċipitatur elettrostatiku

Ara t-Taqsima 2.2

Tapplika b’mod ġenerali.

(c)

Injezzjoni ta’ sorbent xott

Ara t-Taqsima 2.2.

Mhux rilevanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-trab.

Adsorbiment tal-metalli b’injezzjoni ta’ karbonju attivat jew ta’ reaġenti oħra flimkien ma’ sistema ta’ injezzjoni tas-sorbent xott jew assorbitur seminiedi li jintużaw biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gass aċiduż.

Tapplika b’mod ġenerali.

(d)

Purifikatur niedi

Ara t-Taqsima 2.2.

Is-sistemi ta’ purifikazzjoni niedja ma jintużawx għat-tneħħija tat-tagħbija ewlenija tat-trab, iżda jiġu installati wara tekniki oħra ta’ tnaqqis biex ikomplu jnaqqsu l-konċentrazzjonijiet ta’ trab, ta’ metalli u ta’ metallojdi fil-gass mit-tromba ta’ ċumnija.

Jista’ jkun hemm restrizzjonijiet fuq l-applikabbiltà minħabba li ma jkunx hemm wisq ilma disponibbli, eż. f’żoni nixfin.

(e)

Adsorbiment tas-sodda fissa jew mobbli

Ara t-Taqsima 2.2.

Is-sistema tintuża primarjament biex jiġu adsorbiti l-merkurju u metalli u metallojdi oħra kif ukoll komposti organiċi li jinkludu PCDD/F, iżda taġixxi wkoll bħala filtru effettiv tal-perfezzjonament għat-trab.

L-applikabbiltà tista’ tkun limitata mit-tnaqqis ġenerali fil-pressjoni assoċjat mal-konfigurazzjoni tas-sistema tal-FGC.

Fil-każ tal-impjanti eżistenti, l-applikabbiltà tista’ tkun limitata minħabba nuqqas ta’ spazju.


Tabella 3

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ trab, ta’ metalli u ta’ metallojdi mill-inċinerazzjoni tal-iskart

AEL (mg/Nm3)

Parametru

BAT-

Perjodu li fuqu tiġi kkalkolata l-medja

Trab

< 2–5 (24)

Medja ta’ kuljum

Cd+Tl

0,005-0,02

Medja fuq il-perjodu ta’ kampjunar

Sb+As+Pb+Cr+Co+Cu+Mn+Ni+V

0,01-0,3

Medja fuq il-perjodu ta’ kampjunar

Il-monitoraġġ assoċjat jinsab fil-BAT 4.

BAT 26. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ trab inkanalati fl-arja mit-trattament fil-magħluq tal-gagazza u tal-irmied tal-qiegħ bl-estrazzjoni tal-arja (ara l-BAT 24 f), il-BAT hi li l-arja estratta tiġi ttrattata b’filtru b’borża (ara t-Taqsima 2.2).

Tabella 4

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet ta’ trab inkanalati fl-arja mit-trattament fil-magħluq tal-gagazza u tal-irmied tal-qiegħ bl-estrazzjoni tal-arja

(mg/Nm3)

Parametru

BAT-AEL

Perjodu li fuqu tiġi kkalkolata l-medja

Trab

2-5

Medja tul il-perjodu ta’ kampjunar

Il-monitoraġġ assoċjat jinsab fil-BAT 4.

1.5.2.2.   Emissjonijiet ta’ HCl, ta’ HF u ta’ SO2

BAT 27. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati ta’ HCl, ta’ HF u ta’ SO2 fl-arja mill-inċinerazzjoni tal-iskart, il-BAT hi li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

(a)

Purifikatur niedi

Ara t-Taqsima 2.2

Jista’ jkun hemm restrizzjonijiet fuq l-applikabbiltà minħabba li ma jkunx hemm wisq ilma disponibbli, eż. f’żoni nixfin.

(b)

Assorbitur seminiedi

Ara t-Taqsima 2.2

Tapplika b’mod ġenerali.

(c)

Injezzjoni ta’ sorbent xott

Ara t-Taqsima 2.2

Tapplika b’mod ġenerali.

(d)

Desulfurizzazzjoni diretta

Ara t-Taqsima 2.2.

Użata għat-tnaqqis parzjali tal-emissjonijiet tal-gass aċiduż upstream minn tekniki oħra.

Applikabbli biss għall-ran b’sodda fluwidizzata.

(e)

Injezzjoni ta’ sorbent f’bojler

Ara t-Taqsima 2.2.

Użata għat-tnaqqis parzjali tal-emissjonijiet tal-gass aċiduż upstream minn tekniki oħra.

Tapplika b’mod ġenerali.

BAT 28. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet massimi inkanalati ta’ HCL, ta’ HF u ta’ SO2 fl-arja mill-inċinerazzjoni tal-iskart filwaqt li jiġi limitat il-konsum ta’ reaġenti u l-ammont ta’ residwi ġġenerati mill-injezzjoni ta’ sorbent xott u ta’ assorbituri seminiedja, il-BAT hi li tintuża t-teknika (a) jew iż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

(a)

Dożaġġ tar-reaġent ottimizzat u awtomatizzat

L-użu ta’ kejliet kontinwi ta’ HCl u/jew ta’ SO2 (u/jew ta’ parametri oħra li jistgħu jkunu siewja għal dan l-għan) upstream u/jew downstream mis-sistema tal-FGC għall-ottimizzazzjoni tad-dożaġġ awtomatizzat tar-reaġent.

Tapplika b’mod ġenerali.

(b)

Riċirkolazzjoni tar-reaġenti

Ir-riċirkolazzjoni ta’ sehem mis-solidi miġbura tal-FGC biex jitnaqqas l-ammont ta’ reaġent(i) mingħajr reazzjoni fir-residwi.

Din it-teknika hija partikolarment rilevanti fil-każ ta’ tekniki tal-FGC li joperaw b’eċċess stojkjometriku kbir.

Ġeneralment applikabbli għall-impjanti ġodda.

Applikabbli għall-impjanti eżistenti fi ħdan ir-restrizzjonijiet tad-daqs tal-filtru b’borża.


Tabella 5

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ HCl, ta’ HF u ta’ SO2 mill-inċinerazzjoni tal-iskart

AEL (mg/Nm3)

Parametru

BAT-

Perjodu li fuqu tiġi kkalkolata l-medja

Impjant ġdid

Impjant eżistenti

HCl

< 2-6 (25)

< 2-8 (25)

Medja ta’ kuljum

HF

< 1

< 1

Medja ta’ kuljum jew medja tul il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

SO2

5-30

5-40

Medja ta’ kuljum

Il-monitoraġġ assoċjat jinsab fil-BAT 4.

1.5.2.3.   Emissjonijiet ta’ NOX, ta’ N2O, ta’ CO u ta’ NH3

BAT 29. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati ta’ NOX fl-arja filwaqt li jiġu limitati l-emissjonijiet ta’ CO u ta’ N2O mill-inċinerazzjoni ta’ skart u l-emissjonijiet ta’ NH3 mill-użu tar-RMKS u/jew tar-RKS, il-BAT hi li tintuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

(a)

L-ottimizzazzjoni tal-proċess tal-inċinerazzjoni

Ara t-Taqsima 2.1

Tapplika b’mod ġenerali.

(b)

Riċirkolazzjoni tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija

Ara t-Taqsima 2.2

Għal impjanti eżistenti, l-applikabbiltà tista’ tkun limitata minħabba restrizzjonijiet tekniċi (eż. it-tagħbija ta’ inkwinanti fil-gass mit-tromba ta’ ċumnija, il-kundizzjonijiet tal-inċinerazzjoni).

(c)

Riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS)

Ara t-Taqsima 2.2

Tapplika b’mod ġenerali.

(d)

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Ara t-Taqsima 2.2

Fil-każ tal-impjanti eżistenti, l-applikabbiltà tista’ tkun limitata minħabba nuqqas ta’ spazju.

(e)

Boroż tal-filtru katalitiċi

Ara t-Taqsima 2.2

Applikabbli biss għall-impjanti mgħammra b’filtru b’borża.

(f)

Ottimizzazzjoni tad-disinn u tal-operat tar-RMKS/RKS

Ottimizzazzjoni tar-reaġent għall-proporzjon ta’ NOX tul is-sezzjoni trażversali tal-forn jew tal-kanal, tad-daqs tat-taqtiriet tar-reaġent u tal-medda ta’ temperaturi li fiha jiġi injettat ir-reaġent.

Tapplika biss meta r-RMKS u/jew ir-RKS jintużaw għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ NOX.

(g)

Purifikatur niedi

Ara t-Taqsima 2.2.

Meta jintuża purifikatur niedi għat-tnaqqis tal-gass aċiduż, u b’mod partikolari bir-RMKS, l-ammonijaka mingħajr reazzjoni tiġi assorbita mil-likur tal-purifikazzjoni u, ladarba titnaddaf, tista’ tiġi rriċiklata bħala reaġent tar-RMKS jew tar-RKS.

Jista’ jkun hemm restrizzjonijiet fuq l-applikabbiltà minħabba li ma jkunx hemm wisq ilma disponibbli, eż. f’żoni nixfin.


Tabella 6

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet inkanalati ta’ NOX u ta’ CO fl-arja mill-inċinerazzjoni tal-iskart u għall-emissjonijiet inkanalati ta’ NH3 fl-arja mill-użu tar-RMKS u/jew tar-RKS

(mg/Nm3)

Parametru

BAT-AEL

Perjodu li fuqu tiġi kkalkolata l-medja

Impjant ġdid

Impjant eżistenti

NOX

50-120 (26)

50–150 (26)  (27)

Medja ta’ kuljum

CO

10-50

10-50

NH3

2-10 (26)

2-10 (26)  (28)

Il-monitoraġġ assoċjat jinsab fil-BAT 4.

1.5.2.4.   Emissjonijiet mill-komposti organiċi

BAT 30. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati fl-arja mill-komposti organiċi li jinkludu PCDD/F u PCBs mill-inċinerazzjoni tal-iskart, il-BAT hi li jintużaw it-tekniki (a), (b), (c), (d), u waħda jew taħlita tat-tekniki (e) sa (i) mogħtija hawn taħt.

 

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

(a)

L-ottimizzazzjoni tal-proċess tal-inċinerazzjoni

Ara t-Taqsima 2.1.

Ottimizzazzjoni tal-parametri tal-inċinerazzjoni biex tiġi promossa l-ossidazzjoni tal-komposti organiċi inklużi l-PCDD/F u l-PCBs preżenti fl-iskart, u biex tiġi evitata l-formazzjoni (mill-ġdid) tagħhom u tal-prekursuri tagħhom.

Tapplika b’mod ġenerali.

(b)

Kontroll tal-alimentazzjoni tal-iskart

Għarfien u kontroll tal-karatteristiċi tal-kombustjoni tal-iskart li jiddaħħal fil-forn, biex jiġu żgurati l-aħjar kundizzjonijiet għall-inċinerazzjoni u, sa fejn hu possibbli, l-aktar kundizzjonijiet omoġenji u stabbli.

Mhux applikabbli għall-skart kliniku jew għall-iskart solidu muniċipali.

(c)

Tindif tal-bojlers on-line u off-line

Tindif effiċjenti tar-raggruppamenti tal-bojlers biex jitnaqqas iż-żmien ta’ kemm idum fuqhom it-trab u jnaqqas l-akkumulazzjoni tat-trab fil-bojler, u b’hekk titnaqqas il-formazzjoni ta’ PCDD/F fil-bojler.

Tintuża taħlita ta’ tekniki tat-tindif tal-bojlers on-line u off-line.

Tapplika b’mod ġenerali.

(d)

Tberrid rapidu tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija

Tberrid rapidu tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija minn temperaturi ogħla minn 400 °C għal anqas minn 250 °C qabel it-tnaqqis tat-trab biex tiġi evitata s-sinteżi de novo ta’ PCDD/F.

Dan jinkiseb bid-disinn xieraq tal-bojler u/jew bl-użu ta’ sistema ta’ estinzjoni. Din l-għażla msemmija l-aħħar tillimita l-ammont ta’ enerġija li tista’ tiġi rkuprata mill-gass mit-tromba ta’ ċumnija u tintuża b’mod partikolari fil-każ ta’ inċinerazzjoni ta’ skart perikoluż b’kontenut għoli ta’ aloġenu.

Tapplika b’mod ġenerali.

(e)

Injezzjoni ta’ sorbent xott

Ara t-Taqsima 2.2.

Adsorbiment b’injezzjoni ta’ karbonju attivat jew ta’ reaġenti oħra, ġeneralment flimkien ma’ filtru b’borża fejn jinħoloq saff tar-reazzjoni fil-kejk tal-filtru u s-solidi ġġenerati jitneħħew.

Tapplika b’mod ġenerali.

(f)

Adsorbiment tas-sodda fissa jew mobbli

Ara t-Taqsima 2.2.

L-applikabbiltà tista’ tkun limitata mit-tnaqqis ġenerali fil-pressjoni assoċjat mas-sistema tal-FGC. Fil-każ tal-impjanti eżistenti, l-applikabbiltà tista’ tkun limitata minħabba nuqqas ta’ spazju.

(g)

RKS

Ara t-Taqsima 2.2.

Meta tintuża RKS għat-tnaqqis tal-NOX, il-wiċċ tal-katalist adegwat tas-sistema tar-RKS jipprovdi wkoll għat-tnaqqis parzjali tal-emissjonijiet ta’ PCDD/F u ta’ PCBs.

It-teknika s-soltu tintuża flimkien mat-teknika (e), (f) jew (i).

Fil-każ tal-impjanti eżistenti, l-applikabbiltà tista’ tkun limitata minħabba nuqqas ta’ spazju.

(h)

Boroż tal-filtru katalitiċi

Ara t-Taqsima 2.2

Applikabbli biss għall-impjanti mgħammra b’filtru b’borża.

(i)

Is-sorbent tal-karbonju f’purifikatur niedi

PCDD/F u PCBs jiġu adsorbiti b’sorbent tal-karbonju miżjud fil-purifikatur niedi, jew fil-likur tal-purifikazzjoni jew fil-forma ta’ elementi tal-imballaġġ imxappin.

It-teknika tintuża għat-tneħħija ta’ PCDD/F b’mod ġenerali, u anki biex tiġi evitata u/jew titnaqqas ir-riemissjoni ta’ PCDD/F akkumulati fil-purifikatur (l-hekk imsejjaħ effett memorja) li sseħħ speċjalment fil-perjodi ta’ tifi u ta’ xegħil.

Applikabbli biss għall-impjanti mgħammra b’purifikatur niedi.


Tabella 7

Il-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet inkanalati fl-arja ta’ TVOC, ta’ PCDD/F u ta’ PCBs bħad-diossina mill-inċinerazzjoni tal-iskart

Parametru

Unità

BAT-AEL

Perjodu li fuqu tiġi kkalkolata l-medja

Impjant ġdid

Impjant eżistenti

TVOC

mg/Nm3

< 3–10

< 3–10

Medja ta’ kuljum

PCDD/F (29)

ng I-TEQ/Nm3

< 0,01-0,04

< 0,01-0,06

Medja tul il-perjodu ta’ kampjunar

< 0,01-0,06

< 0,01-0,08

Perjodu ta’ kampjunar fit-tul (30)

PCDD/F + PCBs simili għad-diossina (29)

ng WHO-TEQ/Nm3

< 0,01–0,06

< 0,01-0,08

Medja tul il-perjodu ta’ kampjunar

< 0,01-0,.08

< 0,01-0,1

Perjodu ta’ kampjunar fit-tul (30)

Il-monitoraġġ assoċjat jinsab fil-BAT 4.

1.5.2.5.   Emissjonijiet tal-merkurju

BAT 31. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkanalati ta’ merkurju fl-arja (li jinkludu l-ogħla livelli ta’ emissjonijiet ta’ merkurju) mill-inċinerazzjoni tal-iskart, il-BAT hi li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

(a)

Purifikatur niedi

(pH baxxa)

Ara t-Taqsima 2.2.

Purifikatur niedi mħaddem b’valur tal-pH ta’ madwar 1.

Ir-rata li biha din it-teknika tneħħi l-merkurju tista’ tiżdied billi jinżiedu r-reaġenti u/jew l-adsorbenti fil-likur tal-purifikazzjoni, eż.:

ossidanti bħall-perossidu tal-idroġenu biex il-merkurju elementali jiġi ttrasformat f’forma ossidizzata solubbli fl-ilma;

komposti tas-sulfur biex jiġu fformati kumplessi stabbli jew melħat bil-merkurju;

sorbent tal-karbonju biex jiġi adsorbit il-merkurju, li jinkludi l-merkurju elementali.

Meta titfassal għal kapaċità ta’ bafer għolja biżżejjed għall-qbid tal-merkurju, it-teknika effettivament tipprevjeni l-okkorrenza tal-ogħla livelli ta’ emissjonijiet ta’ merkurju.

Jista’ jkun hemm restrizzjonijiet fuq l-applikabbiltà minħabba li ma jkunx hemm wisq ilma disponibbli, eż. f’żoni nixfin.

(b)

Injezzjoni ta’ sorbent xott

Ara t-Taqsima 2.2.

Adsorbiment b’injezzjoni ta’ karbonju attivat jew ta’ reaġenti oħra, ġeneralment flimkien ma’ filtru b’borża fejn jinħoloq saff tar-reazzjoni fil-kejk tal-filtru u s-solidi ġġenerati jitneħħew.

Tapplika b’mod ġenerali.

(c)

Injezzjoni ta’ karbonju speċjali attivat u reattiv ħafna

Injezzjoni ta’ karbonju attivat reattiv ħafna ddrogat b’kubrit jew b’reaġenti oħra biex tiżdied ir-reattività mal-merkurju.

Normalment, l-injezzjoni ta’ dan il-karbonju attivat speċjali ma tkunx kontinwa iżda sseħħ biss meta jiġi individwat l-ogħla livell tal-merkurju. Għal dan l-għan, it-teknika tista’ tintuża flimkien mal-monitoraġġ kontinwu tal-merkurju fil-gass mhux maħdum mit-tromba ta’ ċumnija.

Dan jaf ma jkunx japplika għall-impjanti ddedikati għall-inċinerazzjoni tal-ħama tad-dranaġġ.

(d)

Żieda tal-bromu tal-bojlers

Il-bromur miżjud fl-iskart jew injettat fil-forn,f’temperaturi għoljin jiġi kkonvertit fi bromur elementali, li jossidizza l-merkurju elementali f’HgBr2 li hu solubbli fl-ilma u adsorbabbli ħafna.

It-teknika tintuża flimkien ma’ teknika ta’ tnaqqis downstream bħal purifikatur niedi jew sistema ta’ injezzjoni tal-karbonju attivat.

Normalment, l-injezzjoni tal-bromur ma tkunx kontinwa iżda sseħħ biss meta jiġi individwat l-ogħla livell tal-merkurju. Għal dan l-għan, it-teknika tista’ tintuża flimkien mal-monitoraġġ kontinwu tal-merkurju fil-gass mhux maħdum mit-tromba ta’ ċumnija.

Tapplika b’mod ġenerali.

(e)

Adsorbiment tas-sodda fissa jew mobbli

Ara t-Taqsima 2.2.

Meta titfassal għal kapaċità ta’ adsorbiment għolja biżżejjed, it-teknika effettivament tipprevjeni l-okkorrenza tal-ogħla livelli ta’ emissjonijiet ta’ merkurju.

L-applikabbiltà tista’ tkun limitata mit-tnaqqis ġenerali fil-pressjoni assoċjat mas-sistema tal-FGC. Fil-każ tal-impjanti eżistenti, l-applikabbiltà tista’ tkun limitata minħabba nuqqas ta’ spazju.


Tabella 8

Livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet kanalizzati ta’ merkurju fl-arja mill-inċinerazzjoni tal-iskart

(µg/Nm3)

Parametru

BAT-AEL (1)

Perjodu li fuqu tiġi kkalkolata l-medja

Impjant ġdid

Impjant eżistenti

Hg

< 5–20 (2)

< 5–20 (2)

Medja ta’ kuljum jew

medja tul il-perjodu ta’ kampjunar

1-10

1-10

Perjodu ta’ kampjunar fit-tul

Bħala indikazzjoni, il-livelli medji ta’ nofs siegħa ta’ emissjonijiet ta’ merkurju ġeneralment ikunu:

< 15–40 µg/Nm3 mill-impjanti eżistenti;

< 15–35 µg/Nm3 mill-impjanti ġodda.

Il-monitoraġġ assoċjat jinsab fil-BAT 4.

1.6.   Emissjonijiet fl-ilma

BAT 32. Biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni ta’ ilma mhux ikkontaminat, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma, u biex tiżdied l-effiċjenza fir-riżorsi, il-BAT hi li l-flussi tal-ilma mormi jiġu segregati u li dawn jiġu ttrattati b’mod separat, skont il-karatteristiċi tagħhom.

Deskrizzjoni

Il-flussi tal-ilma mormi (eż. ilma tax-xeba’ tal-wiċċ, ilma tat-tberrid, ilma mormi mit-trattament tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija u mit-trattament tal-irmied tal-qiegħ, l-ilma mbattal miġbur miż-żoni li jilqgħu, jimmaniġġjaw u jaħżnu l-iskart (ara l-BAT 12 (a)) jiġu segregati biex jiġu ttrattati b’mod separat fuq il-bażi tal-karatteristiċi tagħhom u fuq it-taħlita tat-tekniki tat-trattament meħtieġa. Il-flussi tal-ilma mhux ikkontaminat jiġu segregati mill-flussi tal-ilma mormi li jeħtieġu t-trattament.

Meta jiġi rkuprat l-aċidu idrokloriku u/jew il-ġipsum mill-effluwent tal-purifikatur, l-ilmijiet mormija li jirriżultaw mill-istadji (aċidużi u alkalini) differenti tas-sistema ta’ purifikazzjoni niedja jiġu ttrattati b’mod separat.

Applikabbiltà

Ġeneralment applikabbli għall-impjanti ġodda.

Tapplika għall-impjanti eżistenti fir-restrizzjonijiet assoċjati mal-konfigurazzjoni tas-sistema tal-ġbir tal-ilma.

BAT 33. Biex jitnaqqas l-użu tal-ilma u tiġi evitata jew titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-ilma mormi mill-impjant tal-inċinerazzjoni, il-BAT hi li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

 

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

(a)

Tekniki tal-FGC ħielsa mill-ilma mormi

Użu ta’ tekniki tal-FGC li ma jiġġenerawx ilma mormi (eż. injezzjoni ta’ sorbent xott jew assorbitur seminiedi, ara t-Taqsima 2.2).

Dan jaf ma jkunx applikabbli għall-inċinerazzjoni ta’ skart perikoluż b’kontenut għoli ta’ aloġenu.

(b)

Injezzjoni tal-ilma mormi mill-FGC

L-ilma mormi mill-FGC jiġi injettat fil-partijiet aktar jaħarqu tas-sistema tal-FGC.

Applikabbli biss għall-inċinerazzjoni ta’ skart solidu muniċipali.

(c)

Użu mill-ġdid/riċiklaġġ tal-ilma

Il-flussi milwiema residwi jintużaw mill-ġdid jew jiġu rriċiklati.

Il-grad tal-użu mill-ġdid/tar-riċiklaġġ hu limitat mir-rekwiżiti tal-kwalità tal-proċess li għalih jiġi allokat l-ilma.

Tapplika b’mod ġenerali.

(d)

Manipulazzjoni tal-irmied niexef tal-qiegħ

L-irmied tal-qiegħ niexef u jaħraq fil-qiegħ li jaqa’ mill-gradilja għal fuq sistema ta’ trasport u jitberred bl-arja ambjentali. Ma jintużax ilma fil-proċess.

Applikabbli biss għall-fran bil-gradilji.

Jista’ jkun hemm restrizzjonijiet tekniċi li jipprevjenu l-modifika tal-impjanti ta’ inċinerazzjoni eżistenti.

BAT 34. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma mill-FGC u/jew mill-ħżin u t-trattament tal-gagazza u tal-irmied tal-qiegħ, il-BAT hi li tintuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija hawn taħt, kif ukoll li jintużaw tekniki sekondarji li jkunu l-aktar qrib possibbli tas-sors biex tiġi evitata dilwizzjoni.

 

Teknika

Sustanzi niġġiesa tipiċi fil-mira

Tekniki primarji

(a)

L-ottimizzazzjoni tal-proċess ta’ inċinerazzjoni (ara l-BAT 14) u/jew tas-sistema tal-FGC (eż. RMKS/RKS, ara l-BAT 29 (f))

Komposti organiċi li jinkludu l-PCDD/F, l-ammonijaka/ammonju

Tekniki sekondarji (33)

Trattament preliminari u primarju

(b)

Ekwalizzazzjoni

L-inkwinanti kollha

(c)

Newtralizzazzjoni

Aċidi, alkali

(d)

Separazzjoni fiżika, eż. skrins, passaturi, separaturi tal-frak taż-żrar, tankijiet ta’ dikantazzjoni primarja

Solidi kbar, solidi sospiżi

Trattament fiżikokimiku

(e)

Adsorbiment fuq karbonju attivat

Komposti organiċi li jinkludu l-PCDD/F, il-merkurju

(f)

Preċipitazzjoni

Metalli/metallojdi maħlula, sulfat

(g)

Ossidazzjoni

Sulfid, sulfit, komposti organiċi

(h)

Skambju tal-joni

Metalli/metallojdi maħlula

(i)

Strippaġġ

Inkwinanti li jistgħu jitnaddfu (eż. l-ammonijaka/l-ammonju)

(j)

Ożmożi inversa

Ammonijaka/ammonju, metalli/metallojdi, sulfat, klorur, komposti organiċi

Tneħħija finali tas-solidi

(k)

Koagulazzjoni u flokkulazzjoni

Solidi sospiżi, metalli/metallojdi marbutin ma’ partikuli

(l)

Sedimentazzjoni

(m)

Filtrazzjoni

(n)

Flotazzjoni


Tabella 9

BAT-AELs għall-emissjonijiet diretti lejn korp tal-ilma riċeventi

Parametru

Proċess

Unità

BAT-AEL (34)

Solidi totali sospiżi (TSS)

FGC

Trattament tal-irmied tal-qiegħ

mg/l

10-30

Karbonju organiku totali (TOC)

FGC

Trattament tal-irmied tal-qiegħ

15-40

Metalli u metallojdi

As

FGC

0,01-0,05

Cd

FGC

0,005-0,03

Cr

FGC

0,01-0,1

Cu

FGC

0,03-0,15

Hg

FGC

0,001-0,01

Ni

FGC

0,03-0,15

Pb

FGC

Trattament tal-irmied tal-qiegħ

0,02-0,06

Sb

FGC

0,02-0,9

Tl

FGC

0,005-0,03

Zn

FGC

0,01-0,5

Ammonju-nitroġenu (NH4-N)

Trattament tal-irmied tal-qiegħ

10-30

Sulfat (SO4 2-)

Trattament tal-irmied tal-qiegħ

400–1 000

PCDD/F

FGC

ng I-TEQ/l

0,01-0,05

Il-monitoraġġ assoċjat jinsab fil-BAT 6.

Tabella 10

BAT-AELs għall-emissjonijiet indiretti lejn korp tal-ilma riċeventi

Parametru

Proċess

Unità

BAT-AEL (35)  (36)

Metalli u metallojdi

As

FGC

mg/l

0,01-0,05

Cd

FGC

0,005-0,03

Cr

FGC

0,01-0,1

Cu

FGC

0,03-0,15

Hg

FGC

0,001-0,01

Ni

FGC

0,03-0,15

Pb

FGC

Trattament tal-irmied tal-qiegħ

0,02-0,06

Sb

FGC

0,02-0,9

Tl

FGC

0,005-0,03

Zn

FGC

0,01-0,5

PCDD/F

FGC

ng I-TEQ/l

0,01-0,05

Il-monitoraġġ assoċjat jinsab fil-BAT 6.

1.7.   Effiċjenza fl-użu tal-materjal

BAT 35. Biex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, il-BAT hi li l-irmied tal-qiegħ jiġi mmaniġġjat u ttrattat b’mod separat mir-residwi tal-FGC.

BAT 36. Biex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi għat-trattament tal-gagazza u tal-irmied tal-qiegħ, il-BAT hi li tintuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija hawn taħt fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju skont il-proprjetajiet perikolużi tal-gagazza u tal-irmied tal-qiegħ.

 

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

(a)

Tqassim skont id-daqs u tgħarbil

Għal klassifikazzjoni inizjali tal-irmied tal-qiegħ jintużaw għarbiela oxxillanti, għarbiela vibranti u għarbiela rotatorji, skont id-daqs qabel ma jsir aktar trattament.

Tapplika b’mod ġenerali.

(b)

Tgħaffiġ

Operazzjonijiet ta’ trattament mekkaniku maħsuba għat-tħejjija tal-materjali għall-irkupru ta’ metalli jew għall-użu sussegwenti ta’ dawk il-materjali, eż. fil-bini ta’ toroq u ta’ ċaqliq tat-terrapien jew tal-ħamrija.

Tapplika b’mod ġenerali.

(c)

Separazzjoni tal-arja

Is-separazzjoni tal-arja tintuża biex jitgħarblu l-frazzjonijiet ħfief mhux maħruqa mħalltin mal-irmied tal-qiegħ billi jittajru l-frazzjonijiet il-ħfief.

Tintuża mejda vibranti għat-trasport tal-irmied tal-qiegħ f’kaskata, fejn il-materjal jaqa’ minn ġo fluss ta’ arja li jtajjar il-materjali l-ħfief li ma jkunux inħarqu, bħall-injam, il-karta jew il-plastik, għal fuq ċiga għat-tneħħija jew għal ġo kontenitur, biex ikunu jistgħu jintefgħu lura biex jinħarqu.

Tapplika b’mod ġenerali.

(d)

L-irkupru ta’ metalli ferrużi u mhux ferrużi

Jintużaw tekniki differenti, li jinkludu:

is-separazzjoni manjetika għall-metalli ferrużi;

is-separazzjoni bil-kurrenti ta’ Foucault għall-metalli mhux ferrużi;

is-separazzjoni tal-metalli kollha bl-induzzjoni.

Tapplika b’mod ġenerali.

(e)

Maturazzjoni

Il-proċess tal-maturazzjoni jistabbilizza l-frazzjoni tal-minerali tal-irmied tal-qiegħ bit-teħid ta’ CO2 atmosferiku (karbonazzjoni), bit-tbattil tal-ilma eċċessiv u bl-ossidazzjoni.

L-irmied tal-qiegħ, wara l-irkupru tal-metalli, jinħażen fil-beraħ jew f’binjiet mgħottijin għal diversi ġimgħat, ġeneralment fuq art impermeabbli li tippermetti li l-ilma mbattal u tax-xeba’ jinġabar għat-trattament.

Il-munzelli jistgħu jixxarrbu biex jiġi ottimizzat il-kontenut ta’ ndewwa u jiġu megħjuna l-lixxivjazzjoni tal-melħat u l-proċess ta’ karbonazzjoni. It-tixrib tal-irmied tal-qiegħ jgħin ukoll biex jiġu evitati l-emissjonijiet ta’ trab.

Tapplika b’mod ġenerali.

(f)

Ħasil

Il-ħasil tal-irmied tal-qiegħ jippermetti l-produzzjoni ta’ materjal għar-riċiklaġġ b’lixxivjabbiltà minima tas-sustanzi solubbli (eż. melħat).

Tapplika b’mod ġenerali.

1.8.   Storbju

BAT 37. Biex jiġu evitati jew, fejn dan ma jkunx fattibbli, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-istorbju, il-BAT hi li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

(a)

Post xieraq għat-tagħmir u għall-binjiet

Il-livelli tal-istorbju jistgħu jitnaqqsu billi tiżdied id-distanza bejn l-emittent u r-riċevitur u billi l-bini jintuża bħala lqugħ għall-istorbju.

Fil-każ ta’ impjanti eżistenti, ir-rilokazzjoni tat-tagħmir tista’ tkun ristretta minħabba n-nuqqas ta’ spazju jew minħabba spejjeż eċċessivi.

(b)

Miżuri operazzjonali

Dawn jinkludu:

l-ispezzjoni u l-manutenzjoni mtejba tat-tagħmir;

l-għeluq tal-bibien u tat-twieqi ta’ żoni magħluqin, jekk possibbli;

it-tħaddim ta’ tagħmir minn persunal bl-esperjenza;

l-evitar ta’ attivitajiet storbjużi bil-lejl, jekk possibbli;

arranġamenti għall-kontroll tal-istorbju waqt attivitajiet ta’ manutenzjoni.

Tapplika b’mod ġenerali.

(c)

Tagħmir li ma jagħmilx ħafna storbju

Dan jinkludi kompressuri, pompi u fannijiet li ma jagħmlux ħafna storbju.

Ġeneralment applikabbli meta t-tagħmir eżistenti jiġi ssostitwit jew jiġi installat tagħmir ġdid.

(d)

Attenwazzjoni tal-istorbju

Il-propagazzjoni tal-ħoss tista’ titnaqqas billi jiddaħħlu ostakoli bejn l-emittent u r-riċevitur. L-ostakoli xierqa jinkludu ħitan, ċnut u binjiet ta’ protezzjoni.

Fil-każ ta’ impjanti eżistenti, l-inseriment ta’ ostakoli jista’ jkun limitat minħabba nuqqas ta’ spazju.

(e)

Tagħmir/infrastruttura għall-kontroll

tal-istorbju

Dan jinkludi:

mezzi li jnaqqsu l-istorbju;

l-iżolazzjoni tat-tagħmir;

l-għeluq ta’ tagħmir storbjuż;

l-iżolazzjoni akustika tal-bini.

Fil-każ tal-impjanti eżistenti, l-applikabbiltà tista’ tkun limitata minħabba nuqqas ta’ spazju.

2.   DESKRIZZJONIJIET TAT-TEKNIKI

2.1.   Tekniki ġenerali

Teknika

Deskrizzjoni

Sistema ta’ kontroll avvanzata

L-użu ta’ sistema awtomatika kompjuterizzata biex tikkontrolla l-effiċjenza tal-kombustjoni u tappoġġja l-prevenzjoni u/jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet. Dan jinkludi wkoll l-użu ta’ monitoraġġ bi prestazzjoni għolja tal-parametri operazzjonali u tal-emissjonijiet.

L-ottimizzazzjoni tal-proċess tal-inċinerazzjoni

L-ottimizzazzjoni tar-rata u tal-kompożizzjoni tal-alimentazzjoni tal-iskart, u tar-rati tal-fluss u tal-punti ta’ injezzjoni tal-arja tal-kombustjoni primarja u sekondarja biex jiġu ossidizzati b’mod effettiv il-komposti organiċi filwaqt li titnaqqas il-ġenerazzjoni ta’ NOX.

L-ottimizzazzjoni tad-disinn u tat-tħaddim tal-fran (eż. temperatura u turbolenza tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija u ż-żmien ta’ residenza tal-iskart, il-livell ta’ ossiġenu, l-aġitazzjoni tal-iskart).

2.2.   Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-arja

Teknika

Deskrizzjoni

Filtru b’borża

Il-filtri b’borża jew il-filtri tad-drapp huma magħmulin minn drapp minsuġ jew mil-feltru poruż li minnu jgħaddu l-gassijiet biex jitneħħew il-partikuli. L-użu ta’ filtru b’borża jirrikjedi l-għażla ta’ drapp addattat għall-karatteristiċi tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija u t-temperatura massima tat-tħaddim.

Injezzjoni ta’ sorbent f’bojler

L-injezzjoni ta’ assorbituri bbażati fuq il-manjeżju jew il-kalċju f’temperatura għolja fiż-żona ta’ wara l-kombustjoni tal-bojler, biex jinkiseb tnaqqis parzjali tal-gassijiet aċidużi. It-teknika hi effettiva ħafna għat-tneħħija ta’ SOX u ta’ HF, u tipprovdi benefiċċji addizzjonali f’termini tat-tbaxxija tal ammonti kostanti tal-ogħla livelli tal-emissjonijiet.

Boroż tal-filtru katalitiċi

Il-boroż tal-filtru jkunu mxappin b’katalist jew inkella l-katalist jitħallat direttament mal-materjal organiku fil-produzzjoni tal-fibri li jintużaw għall-medium tal-filtru. Dawn il-filtri jistgħu jintużaw biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ PCDD/F kif ukoll, flimkien ma’ sors ta’ NH3, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ NOX.

Desulfurizzazzjoni diretta

Iż-żieda ta’ assorbituri bbażati fuq il-manjeżju jew il-kalċju mas-sodda ta’ forn b’sodda fluwidizzata.

Injezzjoni ta’ sorbent xott

L-injezzjoni u d-dispersjoni tas-sorbent fil-forma ta’ trab xott fil-fluss tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija. Sorbenti alkalini (eż. bikarbonat tas-sodju, idrossidu tal-kalċju) jiġu injettati biex jirreaġixxu mal-gassijiet aċidużi (HCl, HF u SOX). Il-karbonju attivat jiġi injettat jew koinjettat biex jadsorbi b’mod partikolari l-PCDD/F u l-merkurju. Is-solidi li jirriżultaw jitneħħew, l-aktar mod li jintuża ta’ spiss huwa b’filtru b’borża. L-aġenti reattivi żejda jistgħu jiġu riċirkolati biex jitnaqqas il-konsum tagħhom, possibilment wara r-riattivazzjoni b’maturazzjoni jew b’injezzjoni tal-fwar (ara l-BAT 28 b).

Preċipitatur elettrostatiku

Il-preċipitaturi elettrostatiċi (ESPs) joperaw b’tali mod li l-partikuli jiġu ċċarġjati u sseparati taħt l-influwenza ta’ kamp elettriku. Il-preċipitaturi elettrostatiċi jistgħu joperaw f’firxa wiesgħa ta’ kundizzjonijiet. L-effiċjenza tat-tnaqqis tista’ tiddependi mill-għadd ta’ kampijiet, minn kemm idumu fil-post (daqs), u mill-apparat għat-tneħħija tal-partikuli upstream. Ġeneralment dawn jinkludu bejn żewġ u ħames kampijiet. Il-preċipitaturi elettrostatiċi jistgħu jkunu tat-tip xott jew niedi skont it-teknika użata għall-ġbir tat-trab mill-elettrodi. L-ESPs niedja tipikament jintużaw fl-istadju tal-perfezzjonament biex jitneħħew it-trab residwu u t-taqtiriet wara l-purifikazzjoni niedja.

Adsorbiment tas-sodda fissa jew mobbli

Il-gass mit-tromba ta’ ċumnija jingħadda minn filtru b’sodda fissa jew mobbli fejn jintuża adsorbent (eż. kokk attivat, linjite attivat jew polimeru mxappap bil-karbonju) biex jadsorbi l-inkwinanti.

Riċirkolazzjoni tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija

Ir-riċirkolazzjoni ta’ parti mill-gass mit-tromba ta’ ċumnija għall-forn biex tieħu post parti mill-arja tal-kombustjoni friska, bl-effett doppju ta’ tkessiħ tat-temperatura u ta’ limitazzjoni tal-kontenut ta’ O2 għall-ossidazzjoni tan-nitroġenu, biex b’hekk tiġi limitata l-ġenerazzjoni tal-NOX. Din timplika l-provvista tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija mill-forn għal ġol-fjamma biex jitnaqqsu l-kontenut ta’ ossiġenu u, għaldaqstant, it-temperatura tal-fjamma.

Din it-teknika tnaqqas ukoll it-telf ta’ enerġija tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija. Jinkiseb ukoll iffrankar enerġetiku meta l-gass mit-tromba ta’ ċumnija rriċirkolat jiġi estratt qabel l-FGC, billi jitnaqqas il-fluss tal-gass permezz tas-sistema tal-FGC u d-daqs tas-sistema meħtieġa tal-FGC.

Riduzzjoni katalitika selettiva (RKS)

Ir-riduzzjoni selettiva tal-ossidi tan-nitroġenu bl-ammonijaka jew bl-urea fil-preżenza ta’ katalist. It-teknika hi bbażata fuq ir-riduzzjoni tal-NOX għan-nitroġenu f’sodda katalitika b’reazzjoni mal-ammonijaka fl-aħjar temperatura għat-tħaddim li tipikament tkun ta’ madwar 200–450 °C għat-tip ta’ trab għoli u 170–250 °C għat-tip aħħari (“tail-end”). B’mod ġenerali, l-ammonijaka tiġi injettata bħala soluzzjoni milwiema; is-sors tal-ammonijaka jista’ jkun ammonijaka anidruża jew soluzzjoni tal-urea. Jistgħu jiġu applikati diversi saffi ta’ katalisti. Tinkiseb aktar riduzzjoni tal-NOX bl-użu ta’ wiċċ akbar tal-katalisti, installati bħala saff wieħed jew aktar. RKS “fil-kanal” jew “tal-ħruġ” hi teknika li tikkombina r-RMKS mar-RKS downstream li tnaqqas il-ħruġ tal-ammonijaka mir-RMKS.

Riduzzjoni mhux katalitika selettiva (RMKS)

Ir-riduzzjoni selettiva tal-ossidi tan-nitroġenu għan-nitroġenu bl-ammonijaka jew bl-urea f’temperaturi għoljin u mingħajr katalist. Il-medda tat-temperatura operazzjonali tinżamm bejn 800 °C u 1 000 °C għall-aħjar reazzjoni.

Il-prestazzjoni tas-sistema tar-RMKS tista’ titjieb billi tiġi kkontrollata l-injezzjoni tar-reaġent minn diversi sondi bis-sostenn ta’ sistema tal-kejl tat-temperatura akustika jew bl-infraaħmar (b’reazzjoni veloċi) biex jiġi żgurat li r-reaġent jiġi injettat fl-aħjar żona tat-temperatura f’kull ħin.

Assorbitur seminiedi

Imsejjaħ ukoll assorbitur semixott. Soluzzjoni jew sospensjoni milwiema alkalina (eż. ħalib tal-ġir) tiżdied mal-fluss tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija biex jinqabdu l-gassijiet aċidużi. L-ilma jevapora u l-prodotti tar-reazzjoni jkunu xotti. Is-solidi li jirriżultaw jistgħu jiġu riċirkolati biex jitnaqqas il-konsum tar-reaġent (ara l-BAT 28 b).

Din it-teknika tinkludi medda ta’ disinji differenti, li jinkludu proċessi flash-dry li jikkonsistu mill-injezzjoni tal-ilma (li jipprovdi tberrid veloċi tal-gass) u tar-reaġent fil-bokka tal-filtru.

Purifikatur niedi

L-użu ta’ likwidu, tipikament l-ilma jew soluzzjoni/sospensjoni milwiema, biex jinqabdu inkwinanti mill-gass mit-tromba ta’ ċumnija b’assorbiment, b’mod partikolari gassijiet aċidużi, kif ukoll komposti u solidi solubbli oħra.

Biex jiġi adsorbit il-merkurju u/jew PCDD/F, jista’ jiżdied sorbent tal-karbonju (bħala sospensjoni magħquda jew bħala imballaġġ tal-plastik imxappap bil-karbonju) mal-purifikatur niedi.

Jintużaw tipi differenti ta’ disinji tal-purifikaturi, eż. purifikaturi bil-ġettijiet, purifikaturi rotanti, purifikaturi Venturi, purifikaturi bl-isprej u purifikaturi torri ppakkjati.

2.3.   Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ilma

Teknika

Deskrizzjoni

Adsorbiment fuq karbonju attivat

It-tneħħija ta’ sustanzi solubbli (soluti) mill-ilma mormi bit-trasferiment ta’ dawn fil-wiċċ ta’ partikuli solidi u porużi ħafna (l-adsorbent). Ġeneralment jintuża karbonju attivat għall-adsorbiment ta’ komposti organiċi u ta’ merkurju.

Preċipitazzjoni

Il-konverżjoni ta’ sustanzi niġġiesa dissolti f’komposti li ma jinħallux biż-żieda ta’ preċipitanti. Sussegwentement, il-preċipitati solidi ffurmati jiġu sseparati permezz tas-sedimentazzjoni, tal-flotazzjoni jew tal-filtrazzjoni. Is-sustanzi kimiċi tipiċi li jintużaw għall-preċipitazzjoni tal-metall huma l-ġir, id-dolomit, l-idrossidu tas-sodju, il-karbonat tas-sodju, is-sulfur tas-sodju u l-organosulfur. Il-melħat tal-kalċju (minbarra l-ġir) jintużaw għall-preċipitazzjoni tas-sulfat jew tal-fluworur.

Koagulazzjoni u flokkulazzjoni

Il-koagulazzjoni u l-flokkulazzjoni jintużaw għas-separazzjoni tas-solidi sospiżi mill-ilma mormi u ħafna drabi jitwettqu f’passi suċċessivi. Il-koagulazzjoni titwettaq permezz taż-żieda ta’ koagulanti (eż. il-klorur ferriku) b’ċarġ oppost għal dak tas-solidi sospiżi. Il-flokkulazzjoni titwettaq permezz taż-żieda ta’ polimeri, biex b’hekk il-kolliżjonijiet tal-partikuli ta’ mikroflok iġegħluhom jingħaqdu biex jipproduċu flokkuli akbar. Il-flokkuli li jifformaw imbagħad jiġu separati permezz tas-sedimentazzjoni, tal-flotazzjoni bl-arja jew tal-filtrazzjoni.

Ekwalizzazzjoni

L-ibbilanċjar tal-flussi u tat-tagħbijiet tal-inkwinanti bl-użu ta’ tankijiet jew ta’ tekniki oħra ta’ ġestjoni.

Filtrazzjoni

Is-separazzjoni tas-solidi mill-ilma mormi billi jingħaddu minn ġo midjum poruż. Tinkludi tipi differenti ta’ tekniki, eż. il-filtrazzjoni bir-ramel, il-mikrofiltrazzjoni u l-ultrafiltrazzjoni.

Flotazzjoni

Is-separazzjoni ta’ partikuli solidi jew likwidi mill-ilma mormi billi jintrabtu ma’ bżieżaq fini tal-gass, ġeneralment arja. Il-partikuli li jitilgħu ’il fuq jakkumulaw f’wiċċ l-ilma u jinġabru bi xkumaturi.

Skambju tal-joni

Iż-żamma ta’ inkwinanti joniċi mill-ilma mormi u s-sostituzzjoni tagħhom b’joni aktar aċċettabbli bl-użu ta’ reżina għall-iskambju tal-joni. L-inkwinanti jinżammu temporanjament imbagħad jiġu rilaxxati f’likwidu ta’ kontroħasil jew riġenerazzjoni.

Newtralizzazzjoni

L-aġġustament tal-pH tal-ilma mormi għal valur newtrali (madwar 7) biż-żieda ta’ sustanzi kimiċi. L-idrossidu tas-sodju (NaOH) jew l-idrossidu tal-kalċju (Ca(OH)2) ġeneralment jintuża biex iżid il-pH, filwaqt li l-aċidu tal-kubrit (H2SO4), l-aċidu idrokloriku (HCl) jew id-diossidu tal-karbonju (CO2) jintużaw biex inaqsu l-pH. Matul in-newtralizzazzjoni, jista’ jkun hemm preċipitazzjoni ta’ xi sustanzi.

Ossidazzjoni

Il-konverżjoni tal-inkwinanti b’aġenti ossidanti kimiċi għall-komposti simili li huma inqas perikolużi u/jew aktar faċli biex jitnaqqsu. Fil-każ tal-ilma mormi mill-użu ta’ purifikaturi niedja, l-arja tista’ tintuża għall-ossidazzjoni tas-sulfit (SO3 2-) għas-sulfat (SO4 2-).

Ożmożi inversa

Proċess bil-membrana fejn id-differenza ta’ pressjoni li tiġi applikata bejn il-kompartimenti separati mill-membrana tikkawża fluss tal-ilma mis-soluzzjoni l-aktar ikkonċentrata għal dik anqas ikkonċentrata.

Sedimentazzjoni

Is-separazzjoni tas-solidi sospiżi permezz tad-depożitu gravitazzjonali.

Strippaġġ

It-tneħħija ta’ inkwinanti li jistgħu jitnaddfu (eż. ammonijaka) mill-ilma mormi permezz ta’ kuntatt ma’ fluss għoli ta’ kurrent ta’ gass biex jiġu ttrasferiti għall-fażi gassuża. Imbagħad l-inkwinanti jiġu rkuprati (eż. permezz tal-kondensazzjoni) biex jerġgħu jintużaw jew biex jintremew. L-effiċjenza fit-tneħħija tista’ tittejjeb billi tiżdied it-temperatura jew titnaqqas il-pressjoni.

2.4.   Tekniki ta’ ġestjoni

Teknika

Deskrizzjoni

Pjan ta’ ġestjoni tal-irwejjaħ

Il-pjan ta’ ġestjoni tal-irwejjaħ hu parti mill-EMS (ara l-BAT 1) u jinkludi:

(a)

protokoll għat-twettiq ta’ monitoraġġ tal-irwejjaħ skont l-istandards EN (eż. olfattometrija dinamika skont EN 13725 biex tiġi ddeterminata l-konċentrazzjoni tal-irwejjaħ); dan jista’ jiġi kkumplementat minn kejl/stima tal-esponiment għall-irwejjaħ (eż. skont EN 16841-1 jew EN 16841-2) jew stima tal-impatt tal-irwejjaħ;

(b)

protokoll għar-rispons għal inċidenti identifikati ta’ rwejjaħ eż. ilmenti;

(c)

programm ta’ prevenzjoni u ta’ tnaqqis tal-irwejjaħ imfassal biex jidentifika s-sors(i), jikkaratterizza l-kontribuzzjonijiet tas-sorsi u jimplimenta miżuri ta’ prevenzjoni u/jew ta’ tnaqqis.

Pjan ta’ ġesjoni tal-istorbju

Il-pjan ta’ ġestjoni tal-istorbju hu parti mill-EMS (ara l-BAT 1) u jinkludi:

(a)

protokoll għat-twettiq ta’ monitoraġġ tal-ħsejjes;

(b)

protokoll għar-rispons għal inċidenti identifikati ta’ storbju eż. ilmenti;

(c)

programm ta’ tnaqqis tal-istorbju mfassal biex jidentifika s-sors(i), ikejjel/jistma l-esponiment għall-istorbju, jikkaratterizza l-kontribuzzjonijiet tas-sors(i) u jimplimenta miżuri ta’ prevenzjoni u/jew ta’ tnaqqis.

Pjan ta’ ġestjoni tal-aċċidenti

Il-pjan ta’ ġestjoni tal-aċċidenti hu parti mill-EMS (ara l-BAT 1) u jidentifika l-perikli li tikkawża l-installazzjoni u r-riskji assoċjati, u jiddefinixxi l-miżuri li jindirizzaw dawn ir-riskji. Iqis l-inventarju tal-inkwinanti preżenti jew li x’aktarx ikunu preżenti li jistgħu jħallu konsegwenzi ambjentali jekk jaħarbu. Dan jista’ jitfassal bl-użu ta’, pereżempju, FMEA (Analiżi tal-Modalitajiet u l-Effetti tal-Ħsarat) u/jew FMECA (Analiżi tal-Modalitajiet, l-Effetti u l-Kritikalità tal-Ħsarat).

Il-pjan ta’ ġestjoni tal-aċċidenti jinkludi l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ pjan għall-prevenzjoni, għad-detezzjoni u għall-kontroll ta’ nirien, li jkun ibbażat fuq ir-riskji u jinkludi l-użu ta’ sistemi awtomatiċi ta’ detezzjoni u ta’ twissija tan-nirien, u ta’ sistemi manwali u/jew awtomatiċi għall-intervent u għall-kontroll tan-nirien. Il-pjan ta’ prevenzjoni, ta’ detezzjoni u ta’ kontroll tan-nirien hu rilevanti b’mod partikolari għal:

żoni għall-ħżin u għall-pretrattament tal-iskart;

żoni għat-tagħbija tal-fran;

sistemi elettriċi ta’ kontroll;

filtri b’borża;

sodod fissi tal-adsorbiment.

Il-pjan ta’ ġestjoni tal-aċċidenti jinkludi wkoll, b’mod partikolari fil-każ ta’ installazzjonijiet li jirċievu l-iskart perikoluż, programmi ta’ taħriġ tal-persunal rigward:

il-prevenzjoni ta’ splużjonijiet u ta’ nirien;

it-tifi tan-nar;

għarfien dwar ir-riskji kimiċi (tikkettar, sustanzi karċinoġeniċi, tossiċità, korrużjoni, nar).


(1)  Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.1.2008, p. 3).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).

(3)  Għal kwalunkwe parametru fejn, minħabba limitazzjonijiet marbuta mal-kampjunar jew mal-limitazzjonijiet analitiċi, it-teħid tal-kampjuni/kejl ta’ 30 minuta u/jew medja ta’ tliet kejliet konsekuttivi jkunu inadegwati, u jista’ jintuża perjodu aktar xieraq għall-kejl. Għall-PCDD/F u PCBs simili għad-diossini, jintuża perjodu ta’ kampjunar wieħed ta’ bejn 6 u 8 sigħat fil-każ ta’ kampjunar fuq terminu qasir.

(4)  L-istandards EN ġeneriċi għall-kejl kontinwu huma EN 15267-1, EN 15267-2, EN 15267-3 u EN 14181. L-istandards EN għall-kejl perjodiku huma mogħtija fit-tabella jew fin-noti f’qiegħ il-paġna.

(5)  Għall-monitoraġġ perjodiku, il-frekwenza tal-monitoraġġ ma tapplikax meta t-tħaddim tal-impjant ikun għall-iskop waħdieni li jsir kejl tal-emissjonijiet.

(6)  Jekk jiġi applikat monitoraġġ kontinwu tal-N2O, japplikaw l-istandards EN ġeneriċi għall-kejliet kontinwi.

(7)  Il-kejl kontinwu tal-HF jista’ jiġi ssotitwit b’kejliet perjodiċi bi frekwenza minima ta’ darba kull sitt xhur jekk jintwera li l-livelli ta’ emissjonijiet tal-HCl jkunu stabbli biżżejjed. Ma hemm ebda standard EN disponibbli għall-kejl perjodiku tal-HF.

(8)  Għal impjanti li jinċineraw skart b’kontenut ta’ merkurju baxx u stabbli pprovat (eż. monoflussi ta’ skart b’kompożizzjoni kkontrollata), il-monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet jista’ jiġi ssostitwit minn kampjunar fit-tul (ma hemm ebda standard EN disponibbli għall-kampjunar fit-tul ta’ Hg) jew kejliet perjodiċi bi frekwenza minima ta’ darba kull sitt xhur. F’dan il-każ imsemmi l-aħħar l-istandard rilevanti hu EN 13211.

(9)  Il-monitoraġġ japplika biss għall-inċinerazzjoni tal-iskart li fih ritardant tal-fjammi bromurati jew għall-impjanti li jużaw il-BAT 31 d b’injezzjoni kontinwa tal-bromu.

(10)  Il-monitoraġġ ma japplikax jekk il-livelli ta’ emissjonijiet jintwerew bil-provi li huma stabbli biżżejjed.

(11)  Il-monitoraġġ ma japplikax meta l-emissjonijiet ta’ PCBs simili għad-diossina jintwerew bil-provi li huma anqas minn 0.01 ng WHO-TEQ/Nm3.

(12)  Il-frekwenza tal-monitoraġġ tista’ tkun tal-anqas darba kull sitt xhur jekk tinġieb prova li l-emissjonijiet huma stabbli biżżejjed.

(13)  Il-kejliet tal-kampjunar tal-komposti proporzjonati għall-fluss fuq 24 siegħa ta’ kuljum jistgħu jiġu ssostitwiti minn kejliet tal-kampjunar fuq il-post ta’ kuljum.

(14)  It-telf fit-tqabbid jew il-karbonju organiku totali jiġi ssorveljat.

(15)  Karbonju elementali (eż. iddeterminat skont DIN 19539) jista’ jitnaqqas mir-riżultat tal-kejl.

(16)  Japplika l-BAT-AEPL għall-kontenut ta’ TOC jew il-BAT-AEPL għat-telf fit-tqabbid.

(17)  Il-limitu inferjuri tal-medda tal-BAT-AEPL jista’ jinkiseb meta jintużaw fran bis-sodda fluwidizzata jew kalkari rotatorji operati bil-modalità ta’ formazzjoni tal-gagazza.

(18)  Il-BAT-AEEL japplika biss fejn ikun applikabbli bojler tal-irkupru tas-sħana.

(19)  Il-BAT-AEELs għall-effiċjenza elettrika gross japplikaw biss għal impjanti jew għal partijiet ta’ impjanti li jipproduċu l-elettriku bl-użu ta’ turbina tal-kondensazzjoni.

(20)  Il-limitu superjuri tal-medda tal-BAT-AEEL jista’ jinkiseb meta tintuża l-BAT 20 f.

(21)  Il-BAT-AEELs għall-effiċjenza enerġetika gross japplikaw biss għal impjanti jew għal partijiet tal-impjanti li jipproduċu sħana biss jew li jipproduċu l-elettriku billi jużaw turbina b’kontropressjoni u s-sħana bil-fwar li joħroġ mit-turbina.

(22)  Tista’ tinkiseb effiċjenza enerġetika gross li taqbeż il-limitu superjuri tal-medda tal-BAT-AEEL (anki aktar minn 100 %) meta jintuża kondensatur tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija.

(23)  Għall-inċinerazzjoni tal-ħama tad-dranaġġ, l-effiċjenza tal-bojler tiddependi ħafna mill-kontenut ta’ ilma fil-ħama tad-dranaġġ li tintefgħa fil-forn.

(24)  Għall-impjanti eżistenti ddedikati għall-inċinerazzjoni tal-iskart perikoluż u li għalihom mhuwiex applikabbli filtru b’borża, il-limitu l-għoli tal-medda tal-BAT-AEL hu ta’ 7 mg/Nm3.

(25)  Il-limitu inferjuri tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jinkiseb meta jintuża purifikatur niedi; il-limitu superjuri tal-medda jista’ jkun assoċjat mal-użu ta’ injezzjoni ta’ sorbent xott.

(26)  Il-limitu inferjuri tal-medda tal-BAT-AEL jista’ jinkiseb meta tintuża RKS. Il-limitu inferjuri tal-medda tal-BAT-AEL jaf ma jkunx jista’ jinkiseb meta jiġi inċinerat skart b’kontenut għoli ta’ nitroġenu (eż. residwi mill-produzzjoni ta’ komposti organiċi tan-nitroġenu).

(27)  Il-limitu superjuri tal-medda tal-BAT-AEL ikun ta’ 180 mg/Nm3 meta r-RKS ma tkunx applikabbli.

(28)  Għall-impjanti eżistenti mgħammra b’RMKS mingħajr tekniki ta’ tnaqqis niedi, il-limitu superjuri tal-medda tal-BAT-AEL hu ta’ 15-il mg/Nm3.

(29)  Japplika l-BAT-AEL għal PCDD/F jew inkella l-BAT-AEL għal PCDD/F + PCBs simili għad-diossina.

(30)  Il-BAT-AEL ma japplikax jekk il-livelli tal-emissjonijiet jintwerew bil-provi li huma stabbli biżżejjed.

(31)  Japplika l-BAT-AEL għall-medja ta’ kuljum jew għall-medja tul il-perjodu tal-kampjunar jew il-BAT-AEL għall-perjodu tal-kampjunar fit-tul. Il-BAT-AEL għall-kampjunar fit-tul jista’ japplika fil-każ ta’ impjanti li jinċineraw skart b’kontenut baxx u stabbli pprovat ta’ merkurju (eż. monoflussi ta’ skart b’kompożizzjoni kkontrollata).

(32)  Il-limitu inferjuri tal-meded tal-BAT-AEL jista’ jinkiseb meta:

l-inċinerazzjoni tal-iskart b’kontenut baxx u stabbli pprovat ta’ merkurju (eż. monoflussi ta’ skart b’kompożizzjoni kkontrollata), jew

l-użu ta’ tekniki speċifiċi għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-okkorrenza tal-ogħla livelli ta’ merkurju ta’ emissjonijiet waqt l-inċinerazzjoni ta’ skart mhux perikoluż.

Il-limitu superjuri tal-meded tal-BAT-AEL jista’ jkun assoċjat mal-użu ta’ injezzjoni ta’ sorbent xott.

(33)  Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 2.3.

(34)  Il-perjodi li fuqhom tiġi kkalkolata l-medja huma ddefiniti fil-Kunsiderazzjonijiet ġenerali.

(35)  Il-perjodi li fuqhom tiġi kkalkolata l-medja huma ddefiniti fil-Kunsiderazzjonijiet ġenerali.

(36)  Il-BAT-AELs jaf ma japplikawx jekk l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi downstream ikun imfassal u mgħammar kif xieraq biex inaqqas is-sustanzi niġġiesa kkonċernati, dment li dan ma jwassalx għal livell għoli ta’ tniġġis fl-ambjent.


  翻译: