28.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 166/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/710

tal-25 ta’ Mejju 2020

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, rigward l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Marzu 2020 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka (BĊE/2020/14) (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni tal-Latvijas Banka skada wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2019. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2020.

(3)

Latvijas Banka għażel lil SIA Ernst & Young Baltic bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2020 sal-2024.

(4)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li SIA Ernst & Young Baltic jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka għas-snin finanzjarji 2020 sal-2024.

(5)

B’segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 18 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“18.   SIA Ernst & Young Baltic huma hawnhekk approvati bħala l-awdituri esterni ta’ Latvijas Banka għas-snin finanzjarji 2020 sal-2024.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

Magħmula fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

G. GRLIĆ RADMAN


(1)   ĠU C 98, 25.3.2020, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).


  翻译: