7.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/89


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/745

tas-6 ta’ Mejju 2021

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi sulfat tal-aluminju u tal-ammonju, silikat tal-aluminju, beflubutamid, benthiavalicarb, bifenazate, boscalid, karbonat tal-kalċju, captan, diossidu tal-karbonju, cymoxanil, dimethomorph, ethephon, estratt mis-siġra tat-te, famossadon, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, flumjossażin, fluoxastrobin, fluworokloridon, folpet, formetanate, gibberellic acid, gibberellins, heptamaloxyloglucan, proteini idrolizzati, sulfat tal-ħadid, metazachlor, metribuzin, milbemectin, ir-razza 251 tal-Paecilomyces lilacinus, fenmedifam, phosmet, pirimiphos-methyl, żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, karbonat idroġenat tal-potassju, propamocarb, prothioconazole, ramel tal-kwarz, żejt tal-ħuta, repellenti permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-nagħaġ, S-metolachlor, Feromoni tal-Lepidopteri ta’ Katina Dritta, tebukonażol u urea

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/869 (3) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi famossadon u flumjossażin sat-30 ta’ Ġunju 2021 u tas-sustanzi attivi beflubutamid, benthiavalicarb, bifenazate, boscalid, captan, dimethomorph, ethephon, fluoxastrobin, folpet, formetanate, metribuzin, milbemectin, ir-razza 251 tal-Paecilomyces lilacinus, fenmedifam, phosmet, pirimiphos-methyl, propamocarb, prothioconazole u S-metolachlor sal-31 ta’ Lulju 2021. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1160 (4) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi sulfat tal-aluminju u tal-ammonju, silikat tal-aluminju, karbonat tal-kalċju, diossidu tal-karbonju, estratt mis-siġra tat-te, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, gibberellic acid, gibberellins, proteini idrolizzati, sulfat tal-ħadid, żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, karbonat idroġenat tal-potassju, ramel tal-kwarz, żejt tal-ħuta, repellenti permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-nagħaġ, Feromoni tal-Lepidopteri ta’ Katina Dritta, tebukonażol u urea sal-31 ta’ Awwissu 2021. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/195 (5) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi metazachlor u cymoxanil sal-31 ta’ Lulju 2021 u sal-31 ta’ Awwissu 2021, rispettivament. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1527 (6) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva heptamaloxyloglucan sal-31 ta’ Mejju 2021.

(3)

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva fluworokloridon se tiskadi fil-31 ta’ Mejju 2021 skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/34/UE (7).

(4)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi ġew ippreżentati skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (8).

(5)

Billi l-valutazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi ddewmet għal raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, x’aktarx li l-approvazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi attivi se jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għalhekk, jeħtieġ li l-perjodi ta’ approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(6)

Barra minn hekk, estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni hija meħtieġa għas-sustanzi attivi benthiavalicarb, karbonat tal-kalċju, dimethomorph, ethephon, fluoxastrobin, folpet, formetanate, gibberellic acid, gibberellins, metribuzin, milbemectin, fenmedifam, pirimiphos-methyl, propamocarb, prothioconazole, S-metolachlor, Feromoni tal-Lepidopteri ta’ Katina Dritta, tebukonażol u urea biex jingħata biżżejjed żmien biex titwettaq valutazzjoni relatata mal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali ta’ dawk is-sustanzi attivi skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012.

(7)

F’każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji għall-approvazzjoni, il-Kummissjoni trid tiffissa d-data ta’ skadenza li tkun l-istess data ta’ qabel ma sar dan ir-Regolament, jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament, dejjem jekk l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi l-aħħar. Rigward il-każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tfittex li tistabbilixxi, skont iċ-ċirkostanzi, l-aktar data ta’ applikazzjoni qrib possibbli.

(8)

Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/869 tal-24 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi beflubutamid, benalaksil, benthiavalicarb, bifenazate, boscalid, bromossinil, captan, cyazofamid, dimethomorph, ethephon, etoxazole, famossadon, fenamiphos, flumjossażin, fluoxastrobin, folpet, formetanate, metribuzin, milbemectin, Paecilomyces lilacinus strain 251, fenmedifam, phosmet, pirimiphos-methyl, propamocarb, prothioconazole, u S-metolachlor (ĠU L 201, 25.6.2020, p. 7).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1160 tal-5 ta’ Awwissu 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi sulfat tal-aluminju u tal-ammonju, silikat tal-aluminju, smida tad-demm, karbonat tal-kalċju, diossidu tal-karbonju, estratt mis-siġra tat-te, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, estratt tat-tewm, gibberellic acid, gibberellins, proteini idrolizzati, sulfat tal-ħadid, kieselgur (trab tad-diatomi), żjut tal-Pjanti/żejt tal-kolza, karbonat idroġenu tal-potassju, ramel tal-kwarz, żejt tal-ħuta, repellenti permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-ngħaġ, feromoni tal-lepidopteri ta’ katina dritta, tebuconazole u urea (ĠU L 257, 6.8.2020, p. 29).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/195 tat-3 ta’ Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni ta’ bosta sustanzi attivi elenkati fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 (il-programm ta’ tiġdid AIR IV) (ĠU L 31, 4.2.2017, p. 21).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1527 tas-6 ta’ Settembru 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni għas-sustanzi attivi ċiflufenammid, fluwopikolid, ettamaloksiloglukan u malatijon (ĠU L 231, 7.9.2017, p. 3).

(7)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/34/UE tat-8 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex ikun inkluż il-fluworokloridon bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE (ĠU L 62, 9.3.2011, p. 27).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 35, Famossadon, id-data hija sostitwita bit-“30 ta’ Ġunju 2022”;

(2)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 39, Flumjossażin, id-data hija sostitwita bit-“30 ta’ Ġunju 2022”;

(3)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 88, Fenmedifam, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2022”;

(4)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 97, S-metolachlor, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2022”;

(5)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 109, Bifenazate, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2022”;

(6)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 110, Milbemectin, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2022”;

(7)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 142, Ethephon, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2022”;

(8)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 145, Captan, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2022”;

(9)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 146, Folpet, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2022”;

(10)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 147, Formetanate, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2022”;

(11)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 150, Dimethomorph, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2022”;

(12)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 152, Metribuzin, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2022”;

(13)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 153, Phosmet, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2022”;

(14)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 154, Propamocarb, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2022”;

(15)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 156, Pirimiphos-methyl, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2022”;

(16)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 158, Beflubutamid, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2022”;

(17)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 163, Benthiavalicarb, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2022”;

(18)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 164, Boscalid, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2022”;

(19)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 166, Fluoxastrobin, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2022”;

(20)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 167, Paecilomyces lilacinus strain 251, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2022”;

(21)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 168, Prothioconazole, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Lulju 2022”;

(22)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 217, Metazachlor, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’Lulju 2022”;

(23)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 219, Sulfat tal-aluminju u tal-ammonju, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2022”;

(24)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 220, Silikat tal-aluminju, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2022”;

(25)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 224, Karbonat tal-kalċju, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2022”;

(26)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 225, Diossidu tal-karbonju, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2022”;

(27)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 228, Estratt mis-siġra tat-te, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2022”;

(28)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 229, Residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2022”;

(29)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 230, Aċidi grassi C7 sa C20, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2022”;

(30)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 232, Gibberellic acid, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2022”;

(31)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 233, Gibberellins, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2022”;

(32)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 234, Proteini idrolizzati, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2022”;

(33)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 235, Sulfat tal-ħadid, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2022”;

(34)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 242, Żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2022”;

(35)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 244, Karbonat idroġenat tal-potassju, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2022”;

(36)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 247, Ramel tal-kwarz, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2022”;

(37)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 248, Żejt tal-ħuta, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2022”;

(38)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 249, Repellenti permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-nagħaġ, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2022”;

(39)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 255, Feromoni tal-Lepidopteri ta’ Katina Dritta, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2022”;

(40)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 263, Cymoxanil, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2022”;

(41)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 268, Tebukonażol, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2022”;

(42)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 257, Urea, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Awwissu 2022”;

(43)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 298, Heptamaloxyloglucan, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Mejju 2022”;

(44)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 354, Fluworokloridon, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Mejju 2022”.


  翻译: