4.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/29


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1488

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 256 tad-19 ta' Lulju 2021 )

1.

Fil-paġna 21, fl-Artikolu 7(6), l-ewwel sentenza,

minflok:

“6.   Għall-fini li jinstab il-valur tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(3) (b) sa (f) tal-Istatuti, ...”,

aqra:

“6.   Għall-fini li jinstab il-valur tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(3)(b) sa (g) tal-Istatuti, ...”;

2.

Fil-paġna 38, fl-Anness, l-Artikolu 3(3),

minflok:

“3.   Dment li tikkontribwixxi għall-finanzjament imsemmi fl-Artikolu 15 ta’ dawn l-Istatuti biex jiġu ssodisfati l-missjoni u l-objettivi tal-Impriża Konġunta stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, u li hija taċċetta dawn l-Istatuti, kull entità legali li mhijiex elenkata fl-Artikolu 2(1)(c) ta’ dawn l-Istatuti u li hija stabbilita fi Stat Membru li jappoġġa direttament jew indirettament ir-riċerka u l-innovazzjoni fi Stat Membru tista’ tapplika biex issir Membru Privat tal-Impriża Konġunta f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.”,

aqra:

“3.   Dment li tikkontribwixxi għall-finanzjament imsemmi fl-Artikolu 15 ta’ dawn l-Istatuti biex jiġu ssodisfati l-missjoni u l-objettivi tal-Impriża Konġunta stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, u li hija taċċetta dawn l-Istatuti, kwalunkwe entità legali li mhijiex elenkata fl-Artikolu 2(1)(d) ta’ dawn l-Istatuti u li hija stabbilita fi Stat Membru li jappoġġa direttament jew indirettament ir-riċerka u l-innovazzjoni fi Stat Membru tista’ tapplika biex issir Membru Privat tal-Impriża Konġunta f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.”;

3.

Fil-paġna 48, fl-Anness, fl-Artikolu 15(3), il-punt (g),

minflok:

“(g)

kontribuzzjonijiet in natura mingħand l-Membri Privati jew mingħand l-entitajiet kostitwenti u l-entitajiet affiljati tagħhom kif definit fl-Artikolu 9(7) ta’ dan ir-Regolament.”,

aqra:

“(g)

kontribuzzjonijiet in natura mingħand il-Membri Privati jew mingħand l-entitajiet kostitwenti u l-entitajiet affiljati tagħhom kif definit fl-Artikolu 2, il-punti (16) u (17) ta’ dan ir-Regolament.”.


  翻译: