3.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 153/88 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/882
tat-3 ta’ Ġunju 2022
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja. |
(2) |
Fl-24 ta' Frar 2022, il-President tal-Federazzjoni Russa ħabbar operazzjoni militari fl-Ukrajna, u l-forzi armati Russi bdew attakk fuq l-Ukrajna, inkluż mit-territorju tal-Belarussja. Dak l-attakk huwa ksur sfaċċat tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
(3) |
Fit-2 ta' Marzu 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/356 (2), li emendat it-titolu tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK u introduċiet aktar miżuri restrittivi b'reazzjoni għall-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
(4) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta' Marzu 2022, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-Unjoni tibqa' lesta li taġixxi bil-ħeffa b'aktar sanzjonijiet robusti kkoordinati kontra r-Russja u l-Belarussja biex ixxekkel b'mod effettiv il-kapaċitajiet tar-Russja biex tkompli l-gwerra ta’ aggressjoni. |
(5) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, huwa xieraq li tiġi estiża l-lista ta' istituzzjonijiet ta' kreditu Belarussi u s-sussidjarji Belarussi tagħhom soġġetti għal miżuri restrittivi fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' messaġġi finanzjarji speċjalizzati. Huwa wkoll xieraq li tiġi estiża l-lista ta' entitajiet soġġetti għal restrizzjonijiet fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija b'użu doppju u oġġetti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib militari u teknoloġiku tal-Belarussja, jew għall-iżvilupp tas-settur tad-difiża u tas-sigurtà tagħha. |
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/642/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2012/642 PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2y huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2y 1. Għandu jkun ipprojbit il-forniment ta' servizzi ta’ messaġġi finanzjarji speċjalizzati, li jintużaw għall-iskambju ta’ data finanzjarja, lill-persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness V jew lil kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit fil-Belarussja li aktar minn 50 % tad-drittijiet proprjetarji tagħhom huma direttament jew indirettament proprjetà ta' xi waħda mill-entitajiet elenkati fl-Anness V. 2. Għal kull persuna ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness V, il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tapplika mid-data imsemmija għaliha f’dak l-Anness. Il-projbizzjoni għandha tapplika minn dik l-istess data għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit fil-Belarussja li aktar minn 50 % tad-drittijiet proprjetarji tagħhom huma direttament jew indirettament proprjetà ta' xi waħda mill-entitajiet elenkati fl-Anness V.”; |
(2) |
L-Annessi II u V għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huma emendati kif jinsabu fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
C. COLONNA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1). Issa intitolata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/356 tat-2 ta' Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU L 67, 2.3.2022, p. 103).
ANNESS
(1) |
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej: “ANNESS II LISTA TA' PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2d Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja 140 Repair Plant JSC 558 Aircraft Repair Plant JSC 2566 Radioelectronic Armament Repair Plant JSC AGAT - Control Systems - Managing Company of Geoinformation Control Systems Holding JSC AGAT - Electromechanical Plant OJSC AGAT - SYSTEM ATE - Engineering LLC BelOMO Holding Belspetsvneshtechnika SFTUE Beltechexport CJSC BSVT-New Technologies Id-Dipartiment għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun ta' Gomel Truppi Interni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tar-Repubblika tal-Belarussja KGB Alpha Kidma Tech OJSC Minotor-Service Minsk Wheeled Tractor Plant Oboronnye Initsiativy LLC OJS KB Radar Managing Company Peleng JSC L-Awtorità tal-Istat għall-Industrija Militari tar-Repubblika tal-Belarussja Il-Kumitat għas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblika tal-Belarussja Transaviaexport Airlines JSC Volatavto OJSC; |
(2) |
L-Anness V għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej: “ANNESS V LISTA TA' PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2Y
|