30.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/73 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/1044
tat-28 ta’ Ġunju 2022
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2022)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2013/354/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bil-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni. |
(2) |
Fit-13 ta’ Ottubru 2020, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1541 (2), li ħatret is-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUPOL COPPS mill-15 ta’ Novembru 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021. |
(3) |
Fit-28 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1066 (3), li testendi l-mandat ta’ EUPOL COPPS sat-30 ta’ Ġunju 2022. |
(4) |
Fl-1 ta’ Lulju 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1128 (4), li testendi l-mandat tas-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUPOL COPPS sat-30 ta’ Ġunju 2022. |
(5) |
Fis-27 ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1018 (5) li testendi l-mandat ta’ EUPOL COPPS mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023. |
(6) |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUPOL COPPS mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sa Nataliya APOSTOLOVA bħala Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2022.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1541 tat-13 ta’ Ottubru 2020 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2020) (ĠU L 353, 23.10.2020, p. 8).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1066 tat-28 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 229, 29.6.2021, p. 13).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/1128 tal-1 ta’ Lulju 2021 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (EUPOL COPPS/1/2021) (ĠU L 244, 9.7.2021, p. 3).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1018 tas-27 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 170, 28.6.2022, p. 76).