11.5.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN/28 |
POŻIZZJONI KOMUNI (KE) Nru 17/2005
adottata mill-Kunsill fl-24 ta' Jannar 2005
bil-għan li tigi adottata d-Direttiva 2005/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-… li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar ċintorini tas-sigurtà u sistemi ta' trażżin f'vetturi bil-mutur
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/C 111 E/04)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1),
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Ir-riċerka wriet li l-użu ta' ċinturini tas-sigurtà u sistemi ta' trażżin jista' jikkontribwixxi għal tnaqqis sostanzjali fin-numru ta' mwiet u fil-gravità tal-korrimenti fil-każ ta' aċċident, anke dak ta' qlib ta' karozza. It-tagħmir bihom fil-kategoriji kollha ta' vetturi ikun żgur pass importanti ’l quddiem biex iżid fis-sigurtà fit-toroq u b'konsegwenza jiġu salvati aktar ħajjiet. |
(2) |
Jista' jinkiseb benefiċċju sostanzjali għas-soċjetà, li kieku l-vetturi kollha jkunu mgħammra b'ċinturini tas-sigurtà. |
(3) |
Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Frar 1986 dwar miżuri komuni biex jitnaqqsu l-aċċidenti fit-toroq, bħala parti mill-programm tal-Komunità għas-sigurtà fit-toroq (3), il-Parlament Ewropew saħaq fuq il-ħtieġa li jsir obbligatorju għal kull passiġġier li jilbes iċ-ċinturin tas-sigurtà, inklużi t-tfal, ħlief f'vetturi ta' servizz pubbliku. Għaldaqstant, għandha ssir distinzjoni bejn karozzi tal-linja li jagħtu servizz pubbliku u vetturi oħra rigward l-istallazzjoni obbligatorja ta' ċinturini tas-sigurtà u/jew sistemi ta' trażżin. |
(4) |
Skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/EEC tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x' jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (4), is-sistema Komunitarja ta' approvazzjoni tat-tip ġiet implimentata biss għall-vetturi ġodda kollha ta' kategorija M1 mill-1 ta' Jannar 1998. B'konsegwenza, dawn il-vetturi biss għandhom ikunu mgħammra b'ċinturini tas-sigurtà u/jew sistemi ta' trażżin li jissodifaw id-disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE (5). |
(5) |
Sakemm is-sistema Komunitarja ta' approvazzjoni tat-tip tiġi estiża għall-kategoriji kollha ta' vetturi, l-installazzjoni ta' ċinturini tas-sigurtà u/jew sistemi ta' trażżin għandha tkun meħtieġa, fl-interess tas-sigurtà fit-toroq, f'vetturi li jaqgħu taħt kategoriji oħra minbarra M1. |
(6) |
Id-Direttiva 77/541/KEE diġà tipprovdi għad-disposizzjonijiet tekniċi u amministrattivi kollha li jippermettu l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi ta' kategoriji oħra minbarra M1. Għaldaqstant, l-Istati Membri ma jeħtieġux l-introduzzjoni ta' disposizzjonijiet ulterjuri. |
(7) |
Mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 96/36/KE tas-17 ta' Ġunju 1996 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE rigward iċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistemi tat-trażżin tal-vetturi bil-mutur (6), bosta Stati Membri diġà għamlu obbligatorji d-disposizzjonijiet li hemm fiha fir-rigward ta' ċerti kategoriji oħra ta' vetturi minbarra M1. Għaldaqstant il-manifatturi u l-fornituri tagħhom żviluppaw teknoloġija xierqa. |
(8) |
Id-Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2001 li tirrigwardja d-disposizzjonijiet speċjali għal vetturi użati għat-trasport ta' pasiġġieri li jkollhom aktar minn tmien sedili b'żieda mas-sedil tas-sewwieq (7) tipprovdi disposizzjonijiet għal aċċess aktar faċli għal persuni ta' mobilità mnaqqsa bħal persuni b'dizabbiltà f'vetturi wżati għat-trasport ta' pasiġġieri li fihom iżjed minn tmien sedili. Jeħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jippermettu l-istallazzjoni ta' ċinturini tas-sigurtà u/jew sistemi ta' trażżin, li ma jikkonformawx ma' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-Direttiva 77/541/KEE, iżda li ġew iddisinjati b'mod speċifiku għas-sigurtà ta' dawk il-persuni f'tali vetturi. |
(9) |
Id-Direttiva 77/541/KEE għandha tiġi hekk emendata. |
(10) |
Minħabba li l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib tas-sigurtà fit-toroq bl-introduzzjoni tat-tagħmir obbligatorju b'ċinturini tas-sigurtà f'ċerti kategoriji ta' vetturi, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, minħabba d-daqs ta' l-azzjoni, jintlaħqu aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalitá, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 77/541/KEE
Id-Direttiva 77/541/KEE hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu li ġej għandu jiġi mdaħħal: “Artikolu 2a 1. L-Istati Membri jistgħu, skond il-liġi nazzjonali, jippermettu l-istallazzjoni ta' ċinturini tas-sigurtà jew sistemi ta' trażżin oħra minbarra dawk koperti minn din id-Direttiva kemm-il darba dawn ikunu intiżi għal persuni b'dizabbiltà. 2. L-Istati Membri jistgħu wkoll jeżentaw is-sistemi ta' trażżin maħluqa biex jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta' l-Anness VII għad-Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Novembru 2001 li tirrigwardja d-disposizzjonijiet speċjali għal vetturi użati għat-trasport ta' passiġġieri li jkollhom aktar minn tminn sedili b'żieda mas-sedil tas-sewwieq (8), mid-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva. 3. Il-ħtiġijiet ta' l-Anness I, punt 3.2.1. ta' din id-Direttiva m' għandhomx japplikaw għal ċinturini tas-sigurtà u sistemi ta' trażżin koperti mill-paragrafi 1 u 2. |
(2) |
Fl-Artikolu 9, għandu jiġi miżjud il-paragrafu li ġej: “Vetturi tal-kategorija M2 u M3 għandhom jiġu suddiviżi fi klassijiet kif imfisser fis-sezzjoni 2 ta' l-Anness I għad-Direttiva 2001/85/KE.”. |
(3) |
L-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Miżuri previsti għal persuni b'diżabilità
Mhux iżjed tard mill-… (9), il-Kummissjoni għandha teżamina proċeduri speċifiċi biex jiġu armonizzati l-ħtiġijiet għal ċinturini tas-sigurtà intiżi għal persuni b'diżabbiltà, ibbażati fuq standards internazzjonali eżistenti u ħtiġijiet legali nazzjonali, sabiex jagħtu lil din id-Direttiva livell ta' sigurtà ekwivalenti. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta abbozz ta' miżuri. Emendi għal din id-Direttiva għandhom jiġu adottati f'konformità ma' l-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.
Artikolu 3
Implimentazzjoni
1. Mill-… (10), fir-rigward ta' l-istallazzjoni ta' ċinturini tas-sigurtà u/jew l-installazzjoni ta' sistemi ta' trażżin, li jikkonformaw mal-ħtiġijiet stabbiliti fid-Direttiva 77/541/KEE kif emendata b'din id-Direttiva, l-Istati Membri m'għandhomx:
(a) |
jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE, jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, rigward tip ta' vettura; |
(b) |
jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda. |
2. Mill-… (11), fir-rigward ta' l-istallazzjoni ta' ċinturini tas-sigurtà u/jew sistemi ta' trażżin, li ma jikkonformawx mal-ħtiġijiet stabbiliti fid-Direttiva 77/541/KEE kif emendata b'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom, fir-rigward ta' tip ġdid ta' vettura:
(a) |
ma jibqgħux jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE; |
(b) |
jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali. |
3. Mill-… (12), fir-rigward ta' l-istallazzjoni ta' ċinturini tas-sigurtà u/jew sistemi ta' trażżin, li ma jikkonformawx mal-ħtiġijiet stabbiliti fid-Direttiva 77/541/KEE kif emendata b'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
jikkunsidraw iċ-ċertifikati ta' konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda bħala li m' għadhomx validi għall-għan ta' l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 70/156/KEE; |
(b) |
jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda, ħlief f'każijiet fejn jiġu invokati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 70/156/KEE. |
Artikolu 4
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel … (13). Għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih.
2. Għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet mill- … (14).
3. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza meta jkunu ppublikati uffiċjalment. Il-metodi ta' kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 80, 30.3.2004, p. 10.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2003 (ĠU C 91 E, tal-15.4.2004, p. 491), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Jannar 2004 u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-… (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4) ĠU L 42, 23.2.1970, p 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/78/KE (ĠU L 153, 30.4.2004, p. 103).
(5) ĠU L 220, 29.8.1977, p 95. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
(6) ĠU L 178, tas-17.7.1996, p. 15.
(7) ĠU L 42, tat-13.2.2002, p. 1.
(8) ĠU L 42, tat-13.2.2002, p. 1.”
(9) 24 xahar wara d-data msemmija fl-Artikolu 4(2).
(10) Data msemmija fl-Artikolu 4(2).
(11) Sitt xhur wara d-data msemmija fil-paragrafu 1.
(12) 18-il-xahar wara d-data msemmija fil-paragrafu 1.
(13) Sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(14) Sitt xhur u jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL
I. INTRODUZZJONI
Id-Direttiva proposta, ippreżentata mill-Kummissjoni fl-20 ta' Ġunju 2003 (1), hija bbażat fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE.
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta Opinjoni (2) fl-10 ta' Diċembru 2003.
Il-Parlament Ewropew temm l-ewwel qari tiegħu u ta Opinjoni fis-17 ta' Diċembru 2003 (3).
Fl-24 ta' Jannar 2005 l-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni tiegħu kif stabbilita fid-dok. 11934/04.
II. GĦAN
Id-Direttiva proposta għandha l-għan li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE tat-28 ta' Ġunju 1977, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/3/KE, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward ċinturini ta' sigurtà u sistemi ta' trażżin ta' vetturi bil-mutur sabiex jiġi impost l-immuntar ta' ċinturini ta' sigurtà fil-vetturi bil-mutur li mhumiex karozzi tal-passiġġieri.
Iż-żewġ Direttivi li ġejjin jikkonċernaw ukoll l-istallazzjoni ta' ċinturini ta' sigurtà fir-rigward ta' vetturi:
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE tat-22 ta' Lulju 1974, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/37/KE, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward sedili għal vetturi bil-mutur; |
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE tat-18 ta' Diċembru 1975, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/38/KE, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward ankoraġġi għal ċinturini ta' sigurtà ta' vetturi bil-mutur. |
Bil-ħsieb ta' l-istallazzjoni obbligatorja ta' ċinturini ta' sigurtà fil-vetturi kollha, il-Kummissjoni pproponiet li jiġu emendati t-tliet Direttivi simultanjament, għal raġunijiet tekniċi.
B'kont meħud li l-għan aħħari ta' l-azzjoni proposta hu li titjieb is-sigurtà fit-toroq, id-Direttivi għandhom jiġu adottati fl-istess ħin u jiġu implimentati fl-istess data.
III. ANANLIŻI TAL-POSIZZJONI KOMUNI
1. Ġenerali
Fil-Pożizzjoni Komuni li ġiet adottata unanimament, il-Kunsill:
— |
immodifika l-Artikolu 1, sabiex jippermetti lill-Istati Membri li jeżentaw iċ-ċinturini ta' sigurtà u s-sistemi ta' trażżin intiżi għal persuni b'diżabbiltà milli jikkonformaw mad-disposizzjoni tad-Direttiva; |
— |
żied artikolu ġdid biex jistieden lill-Kummissjoni teżamina proċeduri speċifiċi biex jiġu armonizzati l-ħtiġiet għal persuni b'diżabbiltà; |
— |
ippospona diversi dati ta' dħul fis-seħħ fl-Artikolu 3; |
— |
irrifjuta l-Emenda tal-PE, li kellha l-għan fl-Artikolu 1 li jiġi mmuntat ċinturin b'żewġ punti fuq sedili li jħarsu la ġenba f'coaches tat-turisti, billi l-Kunsill jaqbel mal-fehmiet tal-Kummissjoni dwar il-periklu ta' sedili li jħarsu la ġenba f'kull tip ta' vettura. |
2. Elementi ġodda li jinsabu fil-Posizzjoni Komuni kif imqabbla mal-proposta tal-Kummissjoni
Artikolu 1, punt 1
It-test tal-Kummissjoni ġie sostitwit b'test ġdid li jippermetti li ċinturini ta' sigurtà u sistemi ta' trażżin intiżi għal persuni b'diżabbiltà jiġu eżentati mid-disposizzjonijiet tekniċi tad-Direttiva.
Artikolu 2
Ġie miżjud Artikolu ġdid biex il-Kummissjoni tiġi mistiedna tippreżenta, jekk ikun xieraq, abbozzi ta' miżuri sabiex tiġi armonizzata l-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli għaċ-ċinturini ta' sigurtà u s-sistemi ta' trażżin intiżi għal persuni b'diżabbiltà.
Artikolu 3 (ex Artikolu 2)
Id-dati kollha li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva ġew posposti u sostitwiti b'dati mobbli li jiddependu mid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva ġdida.
IV. KONKLUŻJONI
Il-Pożizzjoni Komuni, li b'mod ġenerali taqbel mal-proposta tal-Kummissjoni, ġiet adottata unanimament mill-Kunsill. Il-bidliet prinċipali għall-proposta tal-Kummissjoni jikkonċernaw l-eżenzjoni permessa fir-rigward ta' ċinturini ta' sigurtà u sistemi ta' trażżin għal persuni b'diżabbiltà u d-dati ta' trasposizzjoni u ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva li ġew adattati.
(1) Dok. 10886/03 ENT 113 CODEC 907.