19.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN/1 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2005 flimkien mar-risposti ta' l-Aġenzija
WERREJ
1-2 |
INTRODUZZJONI |
3-6 |
DIKJARAZZJONI T'ASSIGURAZZJONI |
7-8 |
OSSERVAZZJONIJIET |
Tabelli 1 sa 4
Ir-risposti ta' l-Aġenzija
INTRODUZZJONI
1. |
L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Aġenzija) ġiet imwaqqfa mir-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' l-10 ta' Marzu 2004 (1). Hija saret totalment awtonoma fit-tieni parti ta' l-2005. Il-kompitu prinċipali ta' l-Aġenzija huwa li ssaħħaħ il-kapaċità tal-Komunità fil-prevenzjoni u fir-rispons għal problemi fin-netwerks u fis-sigurtà ta' l-informazzjoni billi tibni fuq l-isforzi nazzjonali u Komunitarji. Fil-prinċipju, il-mandat tagħha jiskadi fl-2009. |
2. |
It-Tabella 1 tagħti sommarju tal-kompetenzi u ta' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija. Informazzjoni prinċipali mir-rendikonti finanzjarji magħmula mill-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2005, huma preżentati fit-Tabelli 2, 3 u 4. |
DIKJARAZZJONI T'ASSIGURAZZJONI
3. |
Din id-Dikjarazzjoni t'Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, tal-25 ta' Ġunju 2002 (2); hija ġiet magħmula wara eżami tal-kontijiet ta' l-Aġenzija, kif mitlub mill-Artikolu 248 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea. |
4. |
Il-kontijiet ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2005 (3) ġew magħmula mid-Direttur tagħha, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 460/2004, u mibgħuta lill-Qorti, li għandha l-obbligu li tagħti dikjarazzjoni t'assigurazzjoni dwar l-affidabilità tagħhom u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. |
5. |
Il-Qorti wettqet verifika skond il-politika u l-istandards tagħha, li huma bbażati fuq standards internazzjonali tal-verifika li ġew adattati għall-kuntest Komunitarju. Il-verifika ġiet ippjanata u mwettqa sabiex tinkiseb assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari. |
6. |
Il-Qorti kisbet għalhekk bażi raġonevoli għad-dikjarazzjoni espressa hawn taħt. |
Affidabilità tal-kontijietIl-kontijiet ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2005, fl-aspetti materjali kollha, huma affidabbli.Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażiIt-tranżazzjonijiet fil-bażi tal-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija, meħuda f'daqqa, huma legali u regolari.L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jpoġġux f'diskussjoni d-dikjarazzjoni tal-Qorti.
OSSERVAZZJONIJIET
7. |
L-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005 kienet ikkaratterizzata minn rata baxxa ta' impenji (70 %) u rata sostanzjali ta' trasferimenti (aktar minn 40 % b'mod ġenerali u bi kważi 80 % għan-nefqa operattiva). Din is-sitwazzjoni kienet parzjalment dovuta għal problemi inerenti għall-perijodu li fih bdiet topera l-Aġenzija u għall-fatt li hija ma bdietx topera ħlief fit-tieni parti ta' l-2005. Fil-futur, l-Aġenzija għandha tkun viġilanti għal dan ir-riskju, partikolarment billi tassigura programmazzjoni stretta ta' l-attivitajiet tagħha. |
8. |
Il-Qorti nnutat illi l-ebda tmexxija bbażata fuq l-attivitajiet ma kienet introdotta, minkejja illi r-regolament finanzjarju ta' l-Aġenzija jipprovdi għall-introduzzjoni tagħha, fuq bażi ta' dik applikata għall-baġit ġenerali, bil-ħsieb illi jiġi mtejjeb il-monitoraġġ tal-prestazzjoni. F'dan il-kuntest, l-ilħuq ta' l-għanijiet ta' l-Aġenzija m'għandux iffisser biss it-twettiq ta' serje ta' kompiti. Minflok, dan għandu jintwera fil-kontribuzzjoni lejn l-għanijiet stabbiliti fir-Regolament ta' bażi tagħha. Il-programm ta' xogħol ta' l-Aġenzija għandu, fil-prinċipju, jesprimi din il-kontribuzzjoni f'termini operattivi u miżurabbli. |
Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-28 ta' Settembru 2006.
Għall-Qorti ta' l-Awdituri
Hubert WEBER
President
(1) ĠU L 77 tat-13.3.2004, p. 1.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) Dawn il-kontijiet ġew magħmula fl-1 ta' Lulju 2006 u rċevuti mill-Qorti fis-7 ta' Lulju 2006.
Tabella 1
L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni
Oqsma ta' kompetenza Komunitarja |
Kompetenzi ta' l-Aġenzija (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 460/2004 ta' l-10 ta' Marzu 2004) |
Tmexxija |
Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija |
Prodotti u servizzi provduti |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, bi ftehim komuni, adottaw dikjarazzjoni dwar it-twaqqif ta' Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni. L-Aġenzija għandha topera bħala punt ta' referenza u toħloq kunfidenza permezz ta' l-indipendenza, il-kwalità tal-parir li hija tagħti u l-informazzjoni li tqassam, it-trasparenza tal-proċeduri tagħha u tal-metodi li bihom topera, u d-diliġenza tagħha fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilha. (Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Frar 2004 meħuda fuq bażi ta' l-Artikolu 251 tat-Trattat) |
Objettivi:
|
Kompiti
|
1. Bord Amministrattiv Kompożizzjoni
Kompitu Jadotta l-programm ta' xogħol annwali ta' l-Aġenzija u r-rapport annwali tagħha. 2. Direttur Eżekuttiv Nominat mill-Bord Amministrattiv fuq proposta mill-Kummissjoni 3. Verifika esterna Il-Qorti ta' l-Awdituri 4. Verifika interna L-Awditur Intern tal-Kummissjoni 5. Awtorità t'approvazzjoni Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
Baġit finali għall-2005: 6,3 miljun euro (100 % sussidju tal-Komunità) Numru tal-persunal fil-31 ta' Diċembru 2005: 38 kariga skond il-pjan ta' twaqqif, karigi okkupati: 35 + 15-il persunal ieħor (esperti nazzjonali sekondati, eċċ.) Total tal-persunal: 50 assenjati fid-dmirijiet li ġejjin: operattivi: 22 amministrattivi: 28 |
Gruppi ta' Xogħol: Tlett Gruppi ta' Xogħol ġew imwaqqfa fl-2005 u temmew ix-xogħlijiet tagħhom: Ġestjoni tar-Riskju, Tqajjim ta' Kuxjenza u CERTS Pubblikazzjonijiet
Koperazzjoni ma' L-Istati Membri u L-Istituzzjonijiet L-Oħra (numru ta' avvenimenti organizzati b'mod konġunt):
Prodotti/Servizzi Oħra:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija. |
L-AĠENZIJA EWROPEA DWAR IS-SIGURTÀ TAN-NETWERKS U L-INFORMAZZJONI
Sors: Dejta mogħtija mill-Aġenzija — Dawn it-tabelli jagħtu sommarju tad-dejta mogħtija mill-Aġenzija fil-kontrijiet annwali tagħha.
Tabella 2
Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005
(1000 euro) |
||||||||
Dħul |
Infiq |
|||||||
Sors tad-dħul |
Dħul imdaħħal fil-baġit finali għas-sena finanzjarja |
Dħul irċevut |
Allokazzjoni tan-nefqa |
Approprijazzjonijiet tal-baġit finali |
||||
imdaħħla |
impenjati |
imħallsa |
trasferiti |
annullati |
||||
Sussidji komunitarji |
6 346 |
4 400 |
Titolu I Persunal |
2 375 |
1 764 |
1 490 |
257 |
628 |
|
|
|
Titolu II Amministrazzjoni |
2 483 |
1 772 |
453 |
1 065 |
965 |
|
|
|
Titel III Attivitajiet operattivi |
1 488 |
1 004 |
196 |
790 |
502 |
Total |
6 346 |
4 400 |
Total |
6 346 |
4 540 |
2 139 |
2 112 |
2 095 |
Tabella 3
Kont tad-dħul u l-infiq għas-sena finanzjarja 2005
(1000 euro) |
|
Dħul operattiv |
|
Sussidji komunitarji |
4 251 |
Total (a) |
4 251 |
Nefqa operattiva |
|
Persunal |
1 040 |
Amministrazzjoni |
1 594 |
Operazzjonijiet |
517 |
Total (b) |
3 151 |
Riżultat ekonomiku (c = a – b) |
1 100 |
Tabella 4
Karta tal-Bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2005
(1000 euro) |
|
Attiv |
|
Attiv fiss |
344 |
Riċevibbli |
13 |
Likwidità |
2 510 |
Total |
2 867 |
Passiv |
|
Riżultati kumulattivi mis-snin preċedenti |
0 |
Riżultat ekonomiku għas-sena |
1 100 |
Passiv ta' skadenza qasira |
1 767 |
Total |
2 867 |
IR-RISPOSTI TA' L-AĠENZIJA
7. |
L-Aġenzija bdiet topera biss f’Settembru ta’ l-2005. Minħabba l-fatt li kellha nuqqas ta’ personal u ż-żmien li kellha disponibbli kien limitat, kien kemmxejn diffiċli għaliha sabiex ittejjeb r-rati ta’ implimentazzjoni tal-baġit. Il-maniġment se jieħu l-passi neċessarji u huwa mistenni jkollu rati ta’ eżekuzzjoni aktar għoljin għal baġit ta’ implimentazzjoni ta’ l-2006. |
8. |
Minħabba l-fatt li l-Aġenzija ilha topera biss għal inqas minn 12–il xahar, hija għandha nuqqas ta’ riżorsi neċessarji sabiex tkun tista’ tintroduċi u tapplika b’mod effettiv sistema ta’ Ġestjoni Bbażata fuq l-Attivitajiet. Il-Ġestjoni Bbażata fuq l-Attivitajiet tista’ tkun ta’ għajnuna kbira sabiex ix-xogħol ta’ l-Aġenzija jkun jista’ jitkejjel. Il-maniġment se jagħmel mezz sabiex iqiegħed din is-sistema f’postha hekk kif l-Aġenzija tkun f’pożizzjoni li tiddedika r-riżorsi neċessarji sabiex tiżviluppa tali sistema. |