6.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 184/118 |
It-Tlieta, 19 ta' Frar 2008
Livell ta’ storbju kif jinstema' mis-sewwieq ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kodifikata) ***I
P6_TA(2008)0043
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell ta’ storbju kif jinstema' mis-sewwieq ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0588 — C6-0344/2007 — 2007/0205(COD))
2009/C 184 E/28
(Proċedura ta’ kodeċiżjoni — kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0588),
wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0344/2007),
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 — Metodu ta’ ħidma mgħaġġel għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta’ testi leġiżlattivi (1),
wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0019/2008),
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |