3.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 294/100 |
It-Tlieta, 8 ta' Lulju 2008
L-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-ħatra tal-Istat responsabbli mill-eżaminazzjoni ta' talba għal ażil imressqa fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera *
P6_TA(2008)0322
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-ħatra tal-Istat responsabbli mill-eżaminazzjoni ta' talba għal ażil imressqa fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (COM(2006)0754 — C6-0090/2008 — 2006/0252(CNS))
2009/C 294 E/31
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0754),
wara li kkunsidra l-protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-ħatra tal-Istat responsabbli mill-eżaminazzjoni ta' talba għal ażil imressqa fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera,
wara li kkunsidra l-Artikoli 63(1)(a) u 300(2), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0090/2008),
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi leġali proposta,
wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0247/2008),
1. |
Japprova l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-protokoll; |
2. |
Jirriserva d-dritt li jiddefendi l-prerogattivi tiegħu kif konferiti mit-Trattat; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-gvern u l-parlament tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein. |
TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI |
EMENDA |
Emenda 1 |
|
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Ċitazzjoni 1 |
|
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 63 (1)(a) tiegħu, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel sub-paragrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu u l-ewwel sub-paragrafu tal-Artikolu 300 (3) tiegħu, |
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 63 (1)(a) tiegħu, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel sub-paragrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu u t-tieni sub-paragrafu tal-Artikolu 300 (3) tiegħu, |
Emenda 2 |
|
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Ċitazzjoni 3 |
|
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, |
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew, |