22.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 16/79 |
Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) *
P6_TA(2008)0529
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (COM(2008)0483 — C6-0305/2008 — 2008/0159(CNS))
(2010/C 16 E/22)
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0483) |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 171 u 172 tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat il-Parlament (C6-0305/2008), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0439/2008), |
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
4. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.