16.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 237/6 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Amalgamazzjonijiet mogħtija fil-laqgħa tas-6 ta' Mejju 2008 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar il-Każ COMP/M.4854 — TomTom/Tele Atlas
Relatur: L-Irlanda
(2008/C 237/10)
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament KE dwar l-Amalgamazzjonijiet u li tista' titqies li għandha dimensjoni Komunitarja skond l-Artikolu 4(5) ta' dak ir-Regolament. |
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li din hija amalgamazzjoni vertikali li tinkludi is-swieq tal-prodotti li ġejjin:
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li s-suq ġeografiku relevanti għal Database ta' Mapep Diġitali Navigabbli huwa globali fl-iskop tiegħu. |
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li s-suq ġeografiku relevanti għal Softwer ta' Navigazzjoni huwa globali fl-iskop tiegħu. |
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li s-suq ġeografiku relevanti għal Strumenti ta' Navigazzjoni Portabbli huwa mifrux sal-KEE fl-iskop tiegħu.. |
6. |
Il-Kumitat Konsultttiv jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li l-entità magħquda jista' jkollħa s-saħħa tgħolli l-prezz jew twaqqa' l-kwalità/iddewwem l-aċċess għal Databases ta' Mapep Diġitali Navigabbli lil uħud mill-kompetituri tagħha fis-swieq ta' l-Istrumenti ta' Navigazzjoni Portabbli u Softwer ta' Navigazzjoni. |
7. |
Il-Kumitat Konsultttiv jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li l-entità amalgamata ma jkollha ebda inċentiv li tgħolli l-prezz jew twaqqa' l-kwalità/iddewwem l-aċċess għal databases ta' Mapep Diġitali Navigabbli lil uħud mill-kompetituri tagħha fis-swieq ta' l-Istrumenti ta' Navigazzjoni Portabbli u Softwer ta' Navigazzjoni. |
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrzzjoni proposta x'aktarx li mhux se tirriżulta f'impatt anti-kompetittiv għad-detriment tal-konsumatur. |
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta m'hix se tirriżulta f'ostakolu sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu. |
10. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata għandha titqies bħala waħda li hija kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament KE dwar l-Amalgamazzjonijiet. |