28.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/71


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)”

COM(2009) 477 finali — 2009/0129 (CNS) (1)

2010/C 354/16

Nhar id-19 ta' Jannar 2010 u l-5 ta' Marzu rispettivament, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 43 tat-TFUE, li qabel kien l-Artikolu 37 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran)

COM(2009) 477 finali — 2009/0129 (CNS) (1)

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u m’hemm bżonn tal-ebda kummenti min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-461 sessjoni plenarja tiegħu tas-17 u t-18 ta' Marzu 2010 (seduta tas-17 ta' Marzu), unanimament, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, 17 ta’ Marzu 2010.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  L-akronimu għandu jkun COD u mhux CNS.


  翻译: