19.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/59


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Il-bini ta’ futur sostenibbli għall-akkwakultura – Spinta ġdida għall-istrateġija għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura Ewropea”

COM(2009) 162 finali

2011/C 18/10

Relatur: is-Sur ESPUNY MOYANO

Nhar it-8 ta' April 2009, b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Il-bini ta' futur sostenibbli għall-akkwakultura – Spinta ġdida għall-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea

COM(2009) 162 finali.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-25 ta' Marzu 2010.

Matul l-462 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-28 u d-29 ta' April (sessjoni tat-28 ta' April 2010), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'150 vot favur, vot kontra u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-KESE jtenni t-tħassib tiegħu, li diġà esprima fl-opinjoni tiegħu dwar din l-istrateġija fl-2003 (1), fir-rigward tal-fatt li l-kompetittività tal-akkwakultura fl-UE qiegħda tbati minħabba qafas regolatorju mhux adegwat. Regolamenti f'diversi ambiti qegħdin jaffettwawha inutilment u qed ikomplu joħolqu aktar diffikultajiet għall-iżvilupp tas-settur.

1.2   Minħabba f'hekk, il-KESE jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u jqis li l-pubblikazzjoni tagħha bħalissa hija adegwata u f'waqtha.

1.3   L-akkwakultura Ewropea għandha terġa' taqbad it-triq tat-tkabbir sostenibbli sabiex tkun tista' tissodisfa d-domanda għal prodotti akkwatiċi sustanzjużi, tajbin għas-saħħa u sikuri. Jekk tiġi żviluppata sewwa, l-akkwakultura tagħti spinta lill-iżvilupp soċjoekonomiku taż-żoni fejn tiġi implimentata, billi tkabbar l-offerta ta' impjiegi stabbli u ta' kwalità u tikkontribwixxi għall-istabbiliment tal-popolazzjoni f'dawn l-inħawi.

1.4   Il-KESE jtenni li l-fehma tiegħu li s-suq uniku huwa wieħed mill-assi prinċipali tal-UE. Għalhekk, jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' omoġeneità u koerenza leġiżlattiva bejn l-Istati Membri, fost affarijiet oħra fir-rigward tat-tikkettar tal-prodotti akkwatiċi jew tal-interpretazzjoni tar-regoli ambjentali Ewropej, pereżempju fir-rigward tan-netwerk Natura 2000 jew id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.

1.5   Billi ż-żoni tal-kosta qed jiġu dejjem iktar okkupati, jeħtieġ li jitħeġġu s-sinerġiji bejn attivitajiet kumpatibbli, inkluż il-ħarsien tal-ambjent. L-allokazzjoni minima ta' spajzu għall-akkwakultura hija waħda mir-raġunijiet ewlenin tal-istaġnar attwali tal-akkwakultura fl-UE. Il-KESE jirrakkomanda li jittejjeb u jitħaffef il-proċess tal-għoti ta' awtorizzazzjonijiet u permessi għall-istabbilimenti tal-akkwakultura, kif ukoll li l-proċeduri jsiru iktar sempliċi u flessibbli sabiex l-awtorizzazzjoni tkun tista' tingħata iktar malajr.

1.6   Il-KESE jesprimi t-tħassib tiegħu rigward il-fatt li t-tikkettar attwali tal-prodotti akkwatiċi għall-bejgħ mhuwiex suffiċjenti u ma jħallix lill-konsumatur jixtri b'mod responsabbli u infurmat. Din is-sitwazzjoni tidher, pereżempju, fid-diffikultà li jħabbat wiċċu magħha l-konsumatur meta jiġi biex jagħmel distinzjoni bejn il-prodotti akkwatiċi mrobbija fl-UE u dawk importati, kif ukoll biex jidentifika l-prodotti akkwatiċi friski meta mqabbla ma' dawk li jkunu tneħħew mill-friża.

1.7   Il-KESE jinsab inkwetat li l-prodotti akkwatiċi importati ma jissodisfawx l-istandards ta' saħħa tal-UE. Jara bħala partikolarment inkwetanti d-differenza fil-kriterji tat-traċċabilità, element kruċjali tas-sigurtà alimentari. Għandu d-dubji tiegħu wkoll dwar il-kundizzjonijiet soċjali fuq ix-xogħol, pereżempju x-xogħol imwettaq mit-tfal jew f'kundizzjonijiet li joqorbu lejn l-iskjavitù.

1.8   L-akkwakultura tipproduċi prodotti ta' kwalità fl-ambjent akkwatiku u mhijiex kumpatibbli ma' ambjent iddeterjorat jew imniġġes. Għal din ir-raġuni, għandu jiġi żgurat li l-kwalità tal-ilmijiet tal-UE tkun tajba.

1.8.1   Il-ħarsien tal-ambjent huwa prijorità tal-UE. Madankollu, il-ħarsien tal-ambjent m'għandux jimpedixxi t-twettiq ta' attivitajiet li huma kumpatibbli miegħu. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħmel sforz biex tispjega l-liġijiet ewlenin tal-ħarsien ambjentali, b'mod speċjali n-netwerk Natura 2000 u r-rabta u l-kumpatibbiltà tagħha mal-akkwakultura.

1.8.2   Il-KESE jirrakkomanda li jiġi promoss it-tikkettar ekoloġiku tal-prodotti tal-akkwakultura. L-għan tiegħu għandu jkun li jappoġġja l-eċċellenza ambjentali tal-prodotti tal-akkwakultura minn stabbilimenti ġestiti sewwa u li jiffukaw fuq l-iżvilupp sostenibbli.

1.9   Fid-dawl tan-natura innovattiva tal-akkwakultura Ewropea, il-KESE jenfasizza l-bżonn li tingħata spinta lir-riċerka u lill-iżvilupp teknoloġiku fl-akkwakultura. Il-Pjattaforma Teknoloġika u tal-Innovazzjoni Ewropea tal-Akkwakultura li nħolqot reċentement hija għodda perfetta biex tingħata din l-ispinta.

1.10   Fil-qasam tas-saħħa tal-annimali, il-KESE jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tal-iskarsezza tal-mediċini veterinarji awtorizzati li huma disponibbli għall-akkwakultura.

2.   Sinteżi tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni

2.1   L-għan ta' din il-Komunikazzjoni huwa li tidentifika l-kawżi tal-istaġnar tal-akkwakultura fl-UE u terġa' tniedi l-iżvilupp tagħha. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni fasslet proposta bbażata fuq tliet temi ewlenin: il-promozzjoni tal-kompetittività, l-istabbiliment tal-kundizzjonijiet fundamentali għal tkabbir sostenibbli u t-titjib tal-immaġni u tal-governanza tas-settur.

2.2   Il-Kummissjoni tipproponi li tiġi promossa l-kompetittività tal-produzzjoni tal-akkwakultura fl-UE permezz tal-iżvilupp ta' settur tal-akkwakultura kompetittiv u ddiversifikat, appoġġjat mill-innovazzjoni.

2.2.1   L-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura għandu jiġi appoġġjat mir-. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ser tippromovi inizjattivi bħar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni (RŻI) u ser tallokalhom ir-riżorsi adegwati.

2.2.2   Il-Kummissjoni tipproponi li taħdem biex l-akkwakultura u attivitajiet oħra jikkompetu fuq l-istess livell u li tistabbilixxi sinerġiji bejn l-attivitajiet.

2.2.3   L-akkwakultura Ewropea għandha tkun tista' tissodisfa , tadatta ruħha għall-eżiġenzi tas-suq u tinteraġixxi fuq l-istess livell mal-partijiet interessati l-oħra tal-katina tal-kummerċjalizzazzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ser tindirizza l-bżonnijiet tas-settur fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, l-informazzjoni tal-konsumaturi u l-għodda tal-kummerċjalizzazzjoni.

2.2.4    tal-akkwakultura għandha toffri l-possibbiltà ta' espansjoni u esportazzjoni lis-setturi assoċjati. Għalhekk, il-Kummissjoni ser tippromovi l-iżvilupp ta' akkwakultura sostenibbli fil-pajjiżi terzi.

2.3   Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet fundamentali għal tkabbir sostenibbli tal-akkwakultura filwaqt li tiggarantaxxi livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent naturali. Bl-istess mod, il-prodotti tal-ikel akkwatiċi li jiġu prodotti fl-UE jew importati fl-UE għandhom ikunu konformi ma' standards ta' protezzjoni għolja tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumatur. Il-Komunità ser tippromovi livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u tal-benesseri tal-annimali.

2.3.1   Għandha tiġi ggarantita l- Dan ifisser li l-Kummissjoni ser tkompli tenfasizza l-iżvilupp ta' akkwakultura ambjentalment sostenibbli.

2.3.2   Min-naħa l-oħra, jeħtieġ li l-akkwakultura tkun tista' ssir f' u f'ilma tal-aqwa kwalità sabiex jiġi ggarantit li l-annimali jkunu b'saħħithom u li l-prodotti jkunu sikuri, speċjalment fil-każ tal-molluski.

2.3.3   Sabiex il-produzzjoni u t-tkabbir ikunu ideali għandu jinħoloq b'kundizzjonijiet zootekniċi eċċellenti. Il-Kummissjoni ser tiggarantixxi li d-Direttiva 2006/88/KE (2) dwar is-saħħa tal-annimali akkwatiċi tiġi applikata kollha kemm hi.

2.3.4    huwa suġġett ta' tħassib kemm għall-konsumaturi kif ukoll għal-leġiżlaturi u l-produtturi. Il-Kummissjoni ser titlob valutazzjoni tat-trattament xieraq tal-ħut u ser tippromovi l-adozzjoni ta' approċċ speċifiku skont l-ispeċi.

2.3.5   Waħda mill-problemi ewlenin li jħabbat wiċċu magħha s-settur hija awtorizzati. Minħabba f'hekk, il-Kummissjoni ser tagħti spinta lill-applikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li ressaq il-Grupp ta' Studju dwar id-disponibbiltà tal-mediċini veterinarji fir-rapport tiegħu tal-2007.

2.3.6   Id-disponibbiltà ta' għadha fundamentali għall-iżvilupp tal-akkwakultura. Il-Kummissjoni ser iżżid id-disponibbiltà tal-addittivi meħtieġa għall-għalf tal-ħut u ser tirrevedi r-regoli dwar is-sottoprodotti.

2.3.7   Il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi u tirrikonoxxi . Il-Kummissjoni ser tkompli taħdem biex tiggarantixxi li l-ikel ta' oriġini akkwatika, kemm prodott fl-UE kif ukoll importat, ikun sikur għall-konsumatur. Għalhekk ser tkompli tibbaża l-azzjonijiet tagħha fuq ix-xjenza u l-prinċipju ta' prekawzjoni. Ser tikkunsidra wkoll il-benefiċċji għas-saħħa li wieħed jikseb meta jiekol il-ħut.

2.4   Jeħtieġ li l-immaġni tas-settur u l-kundizzjonijiet ta' governanza jittejbu u li jinħolqu kundizzjonijiet ugwali fil-livell Ewropew.

2.4.1    għandha twassal għal sitwazzjoni ta' opportunitajiet indaqs fost l-operaturi ekonomiċi dwar deċiżjonijiet li jaffettwaw l-iżvilupp tal-akkwakultura. Għalhekk, il-Kummissjoni ser tispjega aħjar kif inhi implimentata l-politika ambjentali tagħha, speċjalment in-netwerk Natura 2000, u ser tara li r-regoli Ewropej dwar is-saħħa tal-annimali u l-protezzjoni tal-konsumaturi jiġu applikati sewwa. Fir-rigward tal-pajjiżi terzi, ser tqis li l-kundizzjonijiet ikunu ekwivalenti għal dawk Komunitarji.

2.4.2   Biex tippromovi l-iżvilupp tal-akkwakultura huwa essenzjali li jitnaqqas , b'mod partikolari fuq l-SMEs. Għalhekk, il-Kummissjoni ser taħdem biex tissemplifika l-qafas legali u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi fl-UE.

2.4.3   Il-Kummissjoni ser tħeġġeġ u ser tinforma lill-pubbliku b'mod adegwat permezz ta' konsultazzjoniijiet wiesgħa u trasparenti. B'hekk, ser tikkontribwixxi biex ittejjeb ir-regolazzjoni u l-governanza, sabiex tagħti immaġni tajba lill-akkwakultura.

2.4.4   Il-Kummissjoni ser taħdem biex , billi l-istatistika uffiċjali tal-UE dwar l-akkwakultura bħalissa għadha pjuttost limitata. Ser testendi wkoll il-bażi tal-għarfien tagħha dwar il-prezzijiet biex toħloq sistema ta' segwitu fil-katina kollha tal-kummerċjalizzazzjoni.

3.   Kummenti ġenerali

3.1   L-akkwakultura bħalissa qiegħda tipproduċi 47 % tal-konsum dinji tal-prodotti akkwatiċi. Barra minn hekk, għandha kapaċità konsiderevoli li tkompli tikber. Dan ifisser li l-akkwakultura tista' tkun element ċentrali tal-politika strateġika tal-provvista tal-ikel biex tiġi ssodisfata d-domanda futura għall-ikel.

3.2   F'dawn l-aħħar għaxar snin il-popolazzjoni dinjija kibret bi 12 %, filwaqt li l-konsum tal-ħut żdied b'27 %, fost affarijiet oħra minħabba l-effetti tajbin għas-saħħa li għandhom l-aċidi omega-3, li tagħhom il-ħut huwa sors eċċellenti. L-UE hija l-ikbar suq dinji tal-prodotti akkwatiċi. Tikkonsma iktar minn 12-il miljun tunnellata fis-sena u t-tendenza hija waħda ta' tkabbir. Il-livell ta' awtosuffiċjenza bilkemm jilħaq il-35 %. 65 % tal-prodotti akkwatiċi kkunsmati huma importati u dan il-persentaġġ qiegħed jikber.

3.3   L-akkwakultura Ewropea hija integrata fil-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), li għandha l-għan li tikseb użu sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin filwaqt li tqis b'mod ibbilanċjat l-aspetti ambjentali, soċjali u ekonomiċi ta' dan. Il-PKS riveduta għandha tindirizza b'mod speċifiku l-karatteristiċi tal-akkwakultura u tiżviluppa strumenti ta' appoġġ settorjali u ta' swieq effikaċi. Ikun tajjeb li l-isem tal-politika jinbidel minn PKS għal PKSA (Politika Komuni tas-Sajd u l-Agrikoltura).

3.4   Illum fl-UE l-agrikoltura hija attività ekonomika importanti f'ċerti żoni tal-kosta u kontinentali. Hija tinkludi kemm il-produzzjoni ta' molluski kif ukoll ta' ħut tal-ilma ħelu u tal-ilma mielaħ.

3.5   L-akkwakultura fl-UE m'għadhiex attività artiġjanali fuq skala żgħira. Mis-snin 70 tas-seklu li għadda lil hawn, saret industrija moderna, dinamika, innovattiva u teknoloġika b'intrapriżi li ħafna drabi huma integrati vertikalment.

3.6   L-akkwakultura fl-UE hija sors ta' impjiegi fiż-żoni remoti tal-kosta u tax-xmajjar, ħafna drabi żvantaġġati u bi ftit alternattivi ta' xogħol. Kemm fl-intrapriżi familjari kif ukoll fl-SMEs, l-impjiegi fl-akkwakultura huma speċjalizzati, jitolbu għarfien tekniku u huma stabbli.

3.7   Fl-2002 il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat strateġija għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura Ewropea fil-Komunikazzjoni tagħha COM(2002) 511. L-objettivi tagħha kienu:

a)

li toħloq impjiegi sikuri, b'mod speċjali fiż-żoni partikolarment dipendenti mis-sajd;

b)

li tiggarantixxi d-disponibbiltà ta' prodotti tas-sajd tajbin, bnien u sikuri, u fil-kwantità mitluba mis-suq;

c)

li tippromovi settur tal-akkwakultura li jirrispetta l-ambjent.

3.8   Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li, mill-2002 lil hawn, il-produzzjoni tal-akkwakultura tal-UE ma żviluppatx kif kien mistenni u li saħansitra marret lura kemm fil-qasam tal-molluski kif ukoll f'dak tal-ħut (l-akkwakultura tal-krustaċji u tal-alka hija prattikament ineżistenti fl-Ewropa) b'mod li jikkuntrasta ħafna mal-livell għoli ta' tkabbir ta' din l-attività fil-bqija tad-dinja. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li kien hemm lok għal reviżjoni tal-istrateġija tagħha u għal rendikont tas-sitwazzjoni li tinsab fiha l-akkwakultura Ewropea bħalissa.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1   L-akkwakultura fl-UE mhijiex qiegħda tiżviluppa l-potenzjal kollu li għandha biex issawwar il-ġid u l-impjiegi. Iċ-ċifri globali tal-produzzjoni tagħha jinsabu wieqfa mill-2002 u mhux qed jikkumpensaw it-tnaqqis fil-qbid mill-flotot tas-sajd, bir-riżultat li l-bilanċ kummerċjali estern qiegħed jiddeterjora. U dan minkejja l-fatt li l-Ewropa għandha l-kundizzjonijiet fiżiċi u ambjentali adegwati, teknoloġija minn ta' quddiem u intrapriżi lesti li jinvestu. Min-naħa l-oħra, is-settur wera li għandu l-għarfien u l-mezzi meħtieġa biex jiżvolġi attività sostenibbli mill-perspettiva ambjentali, fl-istess waqt li joffri prodotti bnien, sikuri u ta' kwalità tajba.

4.2   Il-qafas legali kumpless tal-UE, it-tul tal-proċeduri amministrattivi, il-limiti tal-aċċess għall-ispazji pubbliċi u l-piżijiet amministrattivi eċċessivi jiskoraġġixxu l-investiment u jxekklu l-kompetittività tal-produzzjoni fl-akkwakultura Ewropea.

4.3   Ħafna mill-isfidi importanti li jillimitaw l-iżvilupp tal-akkwakultura Ewropea jiddependu direttament mill-politiki u l-azzjonijiet meħuda fil-livell nazzjonali jew reġjonali. Għalhekk l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u reġjonali għandhom ikunu konxji ta' dan u jistabbilixxu qafas adegwat. Ċerti Stati Membri ma ngħatawx permessi ġodda għall-akkwakultura f'dawn l-aħħar ħmistax-il sena. F'ċerti każijiet, hija l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea min-naħa tal-amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali li tintroduċi distorsjonijiet, bħalma ġara fil-każ tan-netwerk Natura 2000; ċerti amministrazzjonijiet jeskludu l-akkwakultura minn dan in-netwerk mingħajr ġustifikazzjoni. Min-naħa l-oħra, kemm l-Istati Membri kif ukoll ir-reġjuni li għandhom il-kompetenza fil-qasam għandhom jikkoordinaw il-leġiżlazzjonijiet tagħhom biex ma joħolqux ostakoli għas-suq ħieles fi ħdan l-UE.

4.4   L-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li għandha tistabbilizza s-swieq u tiggarantixxi d-dħul mill-prodotti tal-akkwakultura, teħtieġ riforma urġenti li tagħti spinta lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

4.5   Il-Komunikazzjoni preċedenti tal-Kummissjoni COM(2002) 511 enfasizzat wisq l-aspetti ambjentali tal-akkwakultura u poġġiet l-aspetti ekonomiċi u soċjali tas-sostenibbiltà fit-tieni lok. Il-Komunikazzjoni attwali COM(2009) 162 tipproponi bilanċ aħjar bejn it-tliet pilastri tas-sostenibbiltà: l-aspett ambjentali, soċjali u ekonomiku. Hija tagħraf li s-sostenibbiltà ambjentali tista' biss tinkiseb permezz ta' intrapriżi kompetittivi u vantaġġużi.

4.6   B'mod ġenerali, l-intrapriżi tal-akkwakultura tal-UE huma effiċjenti u jistgħu jkunu kompletament kompetittivi jekk jingħataw l-istess opportunitajiet bħall-prodotti importati. Bħalissa ċ-ċirkustanzi għal dawn l-opportunitajiet ugwali mhumiex ipprovduti, la fil-produzzjoni u lanqas fil-kummerċjalizzazzjoni. Fir-rigward tal-produzzjoni, il-produtturi Ewropej tal-akkwakultura jridu jirrispettaw regoli stretti dwar l-ingredjenti tal-għalf, restrizzjonijiet fl-użu tal-mediċina veterinarja u kwistjonijiet ambjentali u soċjali, li mhumiex imposti lill-produtturi tal-akkwakultura f'pajjiżi terzi. Dawn tal-aħħar jistgħu joffru l-prodotti tagħhom mingħajr xkiel fis-suq Komunitarju (inklużi l-prodotti li jinvolvu xogħol tat-tfal jew ksur ieħor tad-dritt għal xogħol dinjituż u salarju ġust). Fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni, hemm pajjiżi li jippromovu l-prodotti tagħhom tal-akkwakultura b'mod irregolari, u wara dawn jinbiegħu fl-UE.

4.7   L-informazzjoni insuffiċjenti mogħtija lill-konsumatur dwar il-karatteristiċi tal-prodotti akkwatiċi li jixtri ma jħalluhx janalizza sewwa d-differenzi ta' kwalità u prezz. Dan huwa ta' ħsara kbira għall-produtturi Ewropej, li l-prodotti tagħhom b'mod ġenerali għandhom valur miżjud ikbar mill-prodotti importati. Din l-informazzjoni ħażina tinkludi pereżempju żbalji fil-pajjiż ta' oriġini tal-prodotti jew fl-isem komuni tal-prodott. Iżda l-iktar każ gravi huwa dak tal-fletti tal-ħut importati minn pajjiżi mbiegħda, ġeneralment mill-Asja, li jitneħħew mill-friża fil-mument meta jinbiegħu. Dawn il-fletti jinbiegħu fl-istess xkafef bħall-fletti friski mingħajr ma l-konsumatur jiġi infurmat b'mod ċar dwar il-kundizzjonijiet tagħhom it-tnejn, bir-riżultat li l-prezz isir l-unika referenza għax-xiri. F'dan il-każ, jistgħu saħansitra jinħolqu problemi ta' saħħa pubblika jekk il-ħut jerġa' jiġi ffriżat.

4.8   B'konsegwenza ta' dan, il-KESE jirrakkomanda semplifikazzjoni tat-tikkettar sabiex tiġi ċċarata b'mod partikolari l-informazzjoni dwar il-pajjiż jew iż-żona ta' oriġini, kif ukoll tisħiħ tal-mekkaniżmi ta' spezzjoni u kontroll fil-fruntieri.

4.9   Flimkien ma' identifikazzjoni korretta tal-prodotti akkwatiċi, għandhom isiru azzjonijiet ta' taħriġ u informazzjoni fil-katina ta' distribuzzjoni u kummerċjalizzazzjoni kollha, li jilħqu wkoll lill-konsumaturi. B'mod speċjali, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-preżenza ta' aċidi grassi omega-3, konkretament dawk tat-tip EPA u DHA.

4.10   Il-KESE jirrakkomanda li jsiru kampanji ta' promozzjoni li jtejbu l-immaġni tal-akkwakultura u l-prodotti u l-proċeduri tagħha. Sabiex jiġu ddeterminati l-messaġġi li għandhom jiġu disseminati, jeħtieġ grupp ta' studju speċifiku, li jkun inkarigat sabiex jipproponi inizjattivi b'kollaborazzjoni mas-settur. F'dan il-kuntest, jirrakkomanda li jsiru attivitajiet transnazzjonali kkordinati mill-Kummissjoni Ewropea.

4.11   L-akkwakultura Ewropea hija attività teknoloġika u innovattiva li titlob riċerka xjentifika kontinwa. Is-Seba' Programm Kwadru, li jiġbor fih l-inizjattivi Komunitarji dwar ir-riċerka, joffri inqas possibbiltajiet għar-riċerka dwar l-akkwakultura mill-programmi preċedenti. Dan ifisser li ser ikun diffiċli li jittejbu l-innovazzjoni u l-kompetittività tas-settur Ewropew. Is-settur professjonali tal-akkwakultura Ewropea reċentement ħoloq il-Pjattaforma Ewropea tat-Teknoloġija u l-Innovazzjoni fl-Akkwakultura, li biha jittama li jistabbilixxi l-prijoritajiet fil-qasam tar-RŻI u strateġija biex dawn jinkisbu.

4.11.1   Għandha titkompla t-tfittxija għal ingredjenti alternattivi, sikuri u sostenibbli, li jkomplu jissodisfaw il-bżonnijiet nutrittivi u bijoloġiċi tal-ħut u li jkomplu joffru l-istess benefiċċji nutrittivi fil-prodott finali.

4.11.2   Għandhom ikomplu jittejbu s-sistemi ta' produzzjoni attwali, iżda fuq kollox dawk b'possibbiltajiet ċari ta' espansjoni futura, bħalma huma l-akkwakultura fil-baħar miftuħ jew is-sistemi ta' ċirkolazzjoni mġedda fuq l-art.

4.12   Id-disponibbiltà tal-mediċina veterinarja hija limitazzjoni serja għall-iżvilupp tal-akkwakultura. Bħalissa, l-akkwakultura Ewropea m'għandhiex għodod veterinarji suffiċjenti, pereżempju anestetiċi, vaċċini u antibijotiċi. Din is-sitwazzjoni tikkomprometti l-vijabbiltà tas-settur u taffettwa kemm is-saħħa tal-annimali kif ukoll il-benesseri tagħhom, is-sigurtà alimentari u l-protezzjoni tal-ambjent.

4.13   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tipproponi li tiġi appoġġjata l-esportazzjoni tat-teknoloġiji tal-produzzjoni tal-akkwakultura lejn pajjiżi terzi. Għalkemm din l-inizjattiva għandha aspett solidali li mingħajr dubju għandu jitħeġġeġ, wieħed għandu jikkunsidra fl-implimentazzjoni tagħha li l-prodotti futuri tal-akkwakultura li jirriżultaw minn din l-esportazzjoni tat-teknoloġija jistgħu jiġu esportati lejn l-UE u b'hekk jikkompetu mal-produzzjoni Komunitarja.

4.14   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tiddeskrivi bir-reqqa l-kawżi tal-istaġnar attwali tal-akkwakultura fl-UE. Mingħajr dubju, dan m'għandux jitqies bħala xogħol lest, iżda bħala l-punt ta' tluq għat-tfassil u l-iżvilupp ta' azzjonijiet konkreti li jniedu mill-ġdid l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura fl-UE.

Brussell, 28 ta’ April 2010.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  ĠU C 208, 3.9.2003, pp. 89-93.

(2)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.


  翻译: