15.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 169/174 |
It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
Il-ħolqien ta’ netwerk ta’ uffiċjali ta’ kollegament inkarigati bl-immigrazzjoni ***I
P7_TA(2010)0469
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 dwar il-ħolqien ta’ netwerk tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-immigrazzjoni (COM(2009)0322 – C7-0055/2009 – 2009/0098(COD))
2012/C 169 E/34
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0322), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), l-Artikolu 63(3)(b) u l-Artikolu 66 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0055/2009), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3), l-Artikolu 74 u l-Artikolu 79(2), punt ċ) tat-Trattat FUE, |
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta’ ittra tal-1 ta’ Diċembru 2010 biex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0342/2010), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
P7_TC1-COD(2009)0098
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 dwar il-ħolqien ta’ netwerk tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-immigrazzjoni
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 493/2011).