15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/220


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
L-inizjattiva taċ-ċittadini ***I

P7_TA(2010)0480

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (COM(2010)0119 – C7-0089/2010 – 2010/0074(COD))

2012/C 169 E/44

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0119),

wara li kkunsidra l-Artikolu 11(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0089/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Lulju 2010 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta’ Ġunju 2010 (2),

wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-8 ta’ Diċembru 2010 li tiġi approvata l-Pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7–0350/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jieħunotatal-istqarrijamill-Presidenza tal-Kunsillu l-istqarrijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha mhux ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU C 267, 1.10.2010, p. 57.


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
P7_TC1-COD(2010)0074

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Diċembru 2010 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 211/2011.)


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru 2010
ANNESS

Dikjarazzjonijiet

Dikjarazzjonijiet mill-Kummissjoni

– I –

Il-Kummissjoni ser tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini. Speċifikament, hija ser tistabbilixxi u żżomm aġġornata gwida kompleta u li tinftiehem faċilment dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini f'kull lingwa uffiċjali tal-Unjoni, li ser tkun aċċessibbli fuq is-sit elettroniku ddedikat għal dan l-istrument. Barra minn hekk, matul il-proċedura ta’ reġistrazzjoni u l-ipproċessar tal-proposti għal inizjattivi taċ-ċittadini, hija ser tipprovdi assistenza u konsulenza lill-organizzaturi li jkunu jeħtieġu dan. B'żieda ma’ dan, il-Kummissjoni, meta tintalab, ser tinforma lill-organizzaturi bil-proposti leżislattivi eżistenti jew previsti dwar il-kwistjonijiet li jitqajmu mill-inizjattiva.

– II –

Wara r-reġistrazzjoni ta’ proposta għal inizjattiva f'xi lingwa uffiċjali, l-organizzaturi jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni, fi kwalunkwe mument waqt il-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ, biex jiddaħħlu fir-reġistru traduzzjonijiet ta’ din il-proposta f'lingwi uffiejali oħrajn. It-traduzzjonijiet tal-proposti għal inizjattivi ser ikunu r-responsabbilta tal-organizzaturi. Qabel ma taċċetta li tiddaħħal verżjoni lingwistika ġdida fir-reġistru, il-Kummissjoni ser tivverifika li ma jkun hemm l-ebda inkonsistenza eara u sinifikanti bejn it-test oriġinali u l-verżjonijiet lingwistiċi ġodda fir-rigward tattitolu, is-suġġett u l-objettivi.

Dikjarazzjoni mill-Presidenza Belġjana tal-Kunsill

Il-Presidenza ser tagħmel ħilitha biex tiżgura li jiġu stabbiliti l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ tiegħu kif previst fir-Regolament.


  翻译: