15.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 169/147 |
It-Tlieta 14 ta’ Diċembru 2010
Abbozz ta’ baġit emendatorju nru 9/2010: Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (għargħar fil-Portugall - Xynthia (tempesta), Franza) - Irkupru ekonomiku: Netwerk Ewropew ta’ Turbini tar-Riħ fil-Baħar
P7_TA(2010)0454
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 9/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni (17633/2010 – C7-0409/2010 – 2010/2238(BUD))
2012/C 169 E/23
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, adottat b'mod definittiv fis-17 ta’ Diċembru 2009 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ta’ emenda Nru 9/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-13 ta’ Ottubru 2010 (COM(2010)0577), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 9/2010, stabbilit mill-Kunsill fl-10 ta’ Diċembru 2010 (17633/2010 – C7-0409/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0341/2010), |
A. |
billi l-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 9/2010 għall-baġit ġenerali 2010 jkopri l-punti li ġejjin:
|
B. |
billi l-għan tal-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 9/2010 huwa li dan l-aġġustament baġitarju jiddaħħal b'mod formali fil-baġit tal-2010, |
1. |
Jieħu nota tal-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 9/2010; |
2. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 9/2010 mingħajr emendi u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-Abbozz ta’ baġit ta’ emenda Nru 8/2010 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.