26.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 135/23 |
Avviż għall-attenzjoni ta' Nayif Bin-Muhammad al-Qahtani u Qasim Yahaya Mahdi al-Rimi, li ġew miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 450/2010
2010/C 135/10
1. |
Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/CFSP (1) ssejjaħ lill-Komunità sabiex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta' Usama bin Laden, membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u t-Taliban u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom oħrajn, imsemmija fil-lista magħmula skont UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont UNSCR 1267(1999). Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:
Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità hi “assoċjata ma” Al-Qaida, Usama bin Laden jew it-Talibani jinkludu:
|
2. |
Il-Kumitat tan-NU iddeċieda fil-11 ta' Mejju 2010 li jżid Nayif Bin-Muhammad al-Qahtani u Qasim Yahaya Mahdi al-Rimi ma' din il-lista rilevanti. Huwa jista' jissottometti fi kwalunkwe żmien talba lill-Kumitat tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, sabiex terġa' tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni li tinkludih fil-lista tan-NU msemmija aktar 'il fuq. Talba bħal din għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
|
3. |
Bħala segwitu għad-deċiżjoni tan-NU msemmija fit-tieni paragrafu, il-Kummissjoni adottat Regolament (UE) Nru 450/2010 (2), li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ta' restrizzjoni diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-netwerk tal-Al-Qaida u t-Talibani (3). L-emenda, magħmula f'konformità mal-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, iżżid lil Nayif Bin-Muhammad al-Qahtani u Qasim Yahaya Mahdi al-Rimi mal-lista f'Anness I ta' dak ir-Regolament (“Anness I”). Għalhekk, il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni li jinsabu f'Anness I:
|
4. |
L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 (5) jipprovdi għal proċess ta' reviżjoni fejn osservazzjonijiet fuq bażi ta' reġistrazzjoni jiġu sottomessi minn dawk li qegħdin fil-lista. L-individwi u l-entitajiet miżjuda f'Anness I mir-Regolament (UE) Nru 450/2010 jistgħu jagħmlu talba għar-raġunijiet għar-reġistrazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni. Din it-talba għandha tintbagħat lill:
|
5. |
L-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati hija wkoll miġbuda għall-possibbiltà li jisfidaw Regolament (UE) Nru 450/2010 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
6. |
Dejta personali tal-individwi kkonċernati se tkun trattata f'konformità mar-regoli li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità (issa tal-Unjoni) u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (6). Kwalunkwe talba, pereżempju għal aktar informazzjoni jew sabiex jiġu eżerċitati d-drittijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (pereżempju l-aċċess jew ir-rettifika ta' dejta personali), għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, fl-istess indirizz imsemmi fil-punt 4 aktar 'il fuq. |
7. |
Biex ikun hemm ordni, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet miżjuda f'Anness I għall-possibiltà li jagħmlu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru(i) rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni li jużaw fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi għall-bżonnijiet speċjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dak ir-Regolament. |
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4. Pożizzjoni Komuni kif l-aħħar emendata mill-Pożizzjoni Komuni 2003/140/CFSP (ĠU L 53, 28.2.2003, p. 62).
(2) ĠU L 217, 26.5.2010, p. [8].
(3) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
(4) L-Artikolu 2a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 (ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1).
(5) L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).