10.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 304/6 |
Aġġornament tal-kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lill-membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 85, ĠU C 153, 6.7.2007, p. 15, ĠU C 64, 19.3.2009, p. 18, ĠU C 239, 6.10.2009, p. 7)
2010/C 304/07
Aġġornament tal-Kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lil membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19 (2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)
Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
ESTONJA
Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 153, 6.7.2007
1. Karta tal-Identità Diplomatika (1)
Quddiem
|
Wara
|
Kulur– blu
Kategorija A– Kap tal-Missjoni u l-membru tal-familja tagħha/tiegħu
Quddiem
|
Wara
|
Kulur– blu
Kategorija B– Diplomatiku u l-membru tal-familja tagħha/tiegħu
2. Karta ta' servizz
Quddiem
|
Wara
|
Kulur– aħmar
Kategorija C– Impjegat amministrattiv u l-membru tal-familja tagħha/tiegħu
Quddiem
|
Wara
|
Kulur– aħdar
Kategorija D– Persunal ta' servizz u l-membru tal-familja tagħha/tiegħu
Quddiem
|
Wara
|
Kulur– aħdar
Kategorija E– Impjegat privat
Quddiem
|
Wara
|
Kulur– aħdar
Kategorija F– Impjegat lokali
Quddiem
|
Wara
|
Kulur– griż
Kategorija HC– Konslu onorarju
3. Informazzjoni addizzjonali
Fatturi ġenerali tal-karti kollha maħruġa mill-Estonja:
— |
Kartijiet diplomatiċi u ta' servizz se jsiru l-unika bażi legali għal residenza fl-Estonja għall-persunal akkreditat fl-Estonja tar-rappreżentanti diplomatiċi, stabbilimenti konsulari, jew rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali. |
— |
Karta diplomatika jew ta' servizz li tkun maħruġa mill-1 ta' Ottubru 2010 li tintitola lill-portatur flimkien mal-passaport, biex jidħol u jivvjaġġa fit-territorju tal-Istati ta' Schengen. |
— |
Il-karti diplomatiċi u ta' servizz maħruġa qabel l-1 ta' Ottubru 2010 jibqgħu validi sad-data indikata fuq il-karta, u tkun il-bażi legali għal residenza fl-Estonja flimkien ma' viża valida diplomatika jew ta' servizz, u mhux se jinbidlu f'ġodda għalissa. |
— |
Deskrizzjoni teknika tal-karti kollha maħruġa mill-Estonja: |
— |
Karta diplomatika jew ta' servizz hija karta tal-plastik bi ġnubijiet tondi, b'dimensjonijiet ta' 85 × 54 mm |
— |
Id-dejta fuq in-naħa ta' quddiem tal-karta diplomatika u ta' servizz hija din li ġejja:
|
— |
Fuq in-naħa ta' wara hemm din id-dejta:
|
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Estonjan għandu joħroġ dawn il-karti diplomatiċi u tas-servizz li ġejjin:
1. |
lill-kap tal-missjoni u lill-membri tal-familja tiegħu karta diplomatika serje A (blu); |
2. |
lid-diplomatiku u lill-membri tal-familja tiegħu karta diplomatika serje B (blu); |
3. |
lill-impjegat amministrattiv u lill-membri tal-familja tiegħu karta ta' servizz serje C (ħamra); |
4. |
lill-persunal ta' servizz u lill-membri tal-familja tiegħu karta ta' servizz serje D (ħadra); |
5. |
lill-impjegati privati karta ta' servizz serje E (ħadra); |
6. |
lil ċittadin Estonjan u resident permanenti li jaħdem f'missjoni barranija karta ta' servizz serje F (ħadra); |
7. |
lill-konslu onorarju ta' pajjiż barrani karta ta' servizz serje HC (griża). |
Membri tal-familja huma d-dipendenti li ġejjin ta' diplomatiku u li jagħmlu parti mill-istess dar tiegħu/tagħha:
1. |
konjuġi; |
2. |
wild mhux miżżewweġ/miżżewġa ta' mhux iktar minn 21 sena; |
3. |
wild mhux miżżewweġ/miżżewġa ta' mhux iktar minn 23 sena, li jistudja/tistudja f'istituzzjoni ta' edukazzjoni ogħla fl-Estonja; |
4. |
membru tal-familja ieħor f'każi speċjali. |
karta diplomatika u ta' servizz ma jinħarġux jekk il-perjodu tal-inkarigu jkun iqsar minn sitt (6) xhur.
Il-karti ta' servizz ma jinħarġux lill-impjegati amministrattivi tal-missjoni barranija li joqogħdu barra l-Estonja
(1) Jekk jogħġbok ara wkoll l-informazzjoni addizzjonali pprovduta fl-aħħar ta' dan it-test.