17.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 247/39 |
Il-Ħamis 24 ta’ Marzu 2011
Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru KE/Stati Uniti ***
P7_TA(2011)0106
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2011 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqa' fi ħdan il-Kunsill, dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li Jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (15381/2010 – C7-0385/2010 – 2010/0112(NLE))
2012/C 247 E/11
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqa’ fil-Kunsill (15381/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-protokoll li jemenda l-Ftehim tal-2007 bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar it-Trasport bl-Ajru (09913/2010), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0385/2010), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2010 dwar il-ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-Istati Uniti (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0046/2011), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kungress tal-Istati Uniti. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0239.