17.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 247/40 |
Il-Ħamis 24 ta’ Marzu 2011
Ftehim bejn il-KE u l-Kanada dwar it-Trasport bl-Ajru ***
P7_TA(2011)0107
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2011 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, mlaqqgħin fil-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra (15380/2010 – C7-0386/2010 – 2009/0018(NLE))
2012/C 247 E/12
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill (15380/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-Kanada (08303/10/2009), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0386/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) u tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0045/2011), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Kanada. |