7.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 377/216


L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
L-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartjeni oġġett tal-ikel ***I

P7_TA(2011)0208

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartjieni oġġett ta’ l-ikel (kodifikazzjoni) (COM(2010)0506 – C7-0285/2010 – 2010/0259(COD))

2012/C 377 E/35

(Proċedura leġislattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0506),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0285/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta’ Diċembru 2010 (1),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 – Metodu ta’ ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġislattivi (2),

wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0095/2011),

A.

billi, skont il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata fiha sempliċi kodifikazzjoni tat-testi eżistenti mingħajr bdil fis-sustanza tagħhom,

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stipulat hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 54, 19.2.2011, p. 34.

(2)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
P7_TC1-COD(2010)0259

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Mejju 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjonijiet jew il-marki li jidentifikaw il-lott li għalih jappartjieni oġġett ta’ l-ikel (kodifikazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2011/91/UE.)


  翻译: