26.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 56/142 |
L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
Miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro ***I
P7_TA(2011)0423
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro (COM(2010)0525 – C7-0299/2010 – 2010/0279(COD))
2013/C 56 E/34
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0525), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 121(6) u l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0299/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomici u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0182/2011), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3); |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 150, 20.5.2011, p. 1.
(2) ĠU C 218, 23.7.2011, p. 53.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-23 ta' Ġunju 2011 (Testi adottati P7_TA(2011)0292).
L-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-COD(2010)0279
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1174/2011.)