14.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 168/133 |
It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
Reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013, biex tindirizza ħtiġijiet ta' finanzjament addizzjonali tal-proġett ITER
P7_TA(2011)0547
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali, sabiex tindirizza l-ħtiġijiet addizzjonali ta' finanzjament tal-proġett tal-ITER (COM(2011)0226 - C7-0108/2011 - 2011/2080(ACI))
2013/C 168 E/21
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0226), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006) (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet Konġunti tat-trilogu baġitarju li sar fl-1 ta’ Diċembru 2011 (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal/Kumistat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0433/2011), |
A. |
billi meħtieġa EUR 1 300 miljun addizzjonali f'approprjazzjonijiet għall-impenji mill-baġit tal-Unjoni għall-proġett ITER 2012-2013; |
B. |
billi fil-laqgħa tat-trilogu baġitarju tal-1 ta’ Diċembru 2011, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni ftehmu dwar il-modalitajiet biex jipprovdu finanzjament addizzjonali għall-proġett ITER; |
C. |
billi dak jeħtieġ rieżami tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex jgħolli l-limiti massimi tal-approprjazzjonijiet għall-impenji taħt is-subintestatura 1a b’EUR 650 miljun għas-sena 2012 u b’EUR 190 miljun għas-sena 2013 fi prezzijiet attwali; |
D. |
billi jqis li d-dispożizzjonijiet kollha tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 Mejju 2006 għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm ir-regolament il-ġdid li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Multiannwali jidħol fis-seħħ, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli li saru obsoleti wara d-dħul fis-Seħħ tat-Trattat ta' Lisbona; |
E. |
billi jiddeplora l-fatt li interpretazzjonijiet differenti, limitazzjonijiet legali u impenji li jorbtu żammew lill-Kunsill milli jidħol malajr f’negozjati politiċi reali mal-fergħa l-oħra tal-awtorità baġitarja; |
F. |
billi kien hemm koperazzjoni kostruttiva bejn id-delegazzjonijiet taż-żewġ fegħat tal-awtorità baġitarja matul it-trilogu; |
1. |
Japprova d-deċiżjoni annessa għal din ir-riżoluzzjoni; |
2. |
Jisħaq li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu dwar il-Konklużjonijiet Konġunti tat-trilogu tal-baġit li sar fl-1 ta' Diċembru 2011 fis-sħuħija tagħhom; |
3. |
Jisgħobbih ħafna għall-istqarrija unilaterali inkluża fil-minuti tal-Kunsill minn sitt Stati Membri maħsuba biex tagħmel interpretazzjoni preġudikata tal-Konklużjonijiet Konġunti; |
4. |
Isejjaħ lill-Kunsill biex jirrispetta bis-sħiħ il-Konklużjonijiet Konġunti; ifakkar lill-Kunsill bil-qbil tiegħu li jagħmel użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament Finanzjarju (3) u fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 sabiex jagħmel disponibbli fil-limiti massimi tal-approprijazzjijiet ta' impenn tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali l-ammont ta' EUR 360 miljun fil-proċedura tal-baġit tal-2013; jistqarr li inkella il-Parlament ma jistax jiggarantixxi li jaqbel ma' dak l-ammont; |
5. |
Iħeġġeġ lill-Kunnissjoni biex tuża bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament Finanzjarju u fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 meta tagħmel proposti konkreti fuq l-ammont ta' EUR 360 miljun fl-Abbozz tal-baġit 2013; |
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, inklużi l-annessi, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) Annessi ma' din ir-riżoluzzjoni
(3) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).
It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
ANNESS I
KONKLUŻJONIJIET KONĠUNTI DWAR L-IFFINANZJAR TAL-ITER
Trilogu tal-1 ta' Diċembru 2011
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jtennu l-importanza li huma jagħtu lill-proġett ITER għall-Unjoni Ewropea.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ħadu nota tal-proposta tal-Kummissjoni (1) li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali fir-rigward tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali sabiex jipprovdi EUR 1 300 miljun addizzjonali f’approprjazzjonijiet għall-impenji mill-baġit tal-UE li huma meħtieġa għall-proġett ITER fl-2012 -2013.
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u lill-Kummissjoni qablu li jkopru l-iswpiża addizzjonali ta’ EUR 1 300 miljun tal-proġett ITER fl-2012-2013 kif ġej:
— |
EUR 100 miljun diġà inklużi fil-baġit 2012 fil-linji baġitarji tal-ITER; |
— |
EUR 360 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji se jkunu disponibbli fil-proċedura baġitarja tal-2013 fi ħdan il-limitu massimu tal-approprjazzjonijiet għall-impenji tal-MFF biex b’hekk isir użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u fil-IIA tas-17 Mejju 2006, eskluż kwalunkwe rieżami addizzjonali li għandu x’jaqsam mal-ITER fl-MFF; |
— |
Il-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet għall-impenji tal-Intesatura 1a għas-snin 2012 u 2013 se jiżdiedu bis-somma ta' EUR 840 miljun, li minnhom EUR 650 miljun fl-2012 u EUR 190 miljun fl-2013. Din iż-żieda se tiġi kkumpensata bi tnaqqis korrispondenti tal-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet għall-impenji tal-Intestatura 2 (EUR 450 miljun għas-sena 2011) u tal-Intestatura 5 (EUR 243 miljun għas-sena 2011 u EUR 147 miljun għas-sena 2012); |
— |
Il-limitu massimu tal-2013 fir-rigward tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet totali se jiżdied b'EUR 580 miljun ikkumpensat bi tnaqqis korrispondenti fil-limitu massimu tal-2011. |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu li jadottaw ir-rieżami msemmi hawn fuq tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007-2013 qabel tmiem l-2011, skont il-proċeduri interni rispettivi tagħhom.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni biex tressaq proposti konkreti dwar l-ammont ta' EUR 360 miljun fl-Abbozz ta' Baġit 2013.
(1) COM(2011)0226 tal-20 ta’ April 2011.
It-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011
ANNESS II
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali, biex jindirizza ħtiġijiet ta' finanzjament addizzjonali tal-proġett tal-ITER
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2012/5/UE.)