52011PC0074

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-programm speċifiku, li għandu jitwettaq permezz ta’ azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2012 sal-2013) /* COM/2011/0074 finalI - NLE 2011/0044 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 7.3.2011

KUMM(2011) 74 finali

2011/0044 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-programm speċifiku, li għandu jitwettaq permezz ta’ azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2012 sal-2013)

{COM(2011) 71 final}{COM(2011) 72 final}{COM(2011) 73 final}{SEC(2011) 204 final}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1. Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

It-Trattat tal-Euratom jillimita l-programmi tar-riċerka kollha għal massimu ta’ 5 snin. Il-Programm Kwadru tal-Euratom attwali, Euratom FP7 (2007-2011), li jikkonsisti f’żewġ Programmi Speċifiċi (wieħed għal ‘azzjonijiet indiretti’ u l-ieħor għal ‘azzjonijiet diretti’ tal-JRC) sejjer jiskadi fl-aħħar tal-2011. Il-proposta li takkompanja dan il-memorandum hija għall-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill biex ikun estiż il-Programm Speċifiku għal ‘azzjonijiet diretti’ għas-sentejn 2012-2013. L-għan prinċipali huwa li tkun żgurata l-kontinwazzjoni tar-riċerka ffinanzjata mill-UE f’dawn l-oqsma għal sentejn oħra wara l-2007-2011. Għal dan il-għan, il-proposta tispjega l-objettivi tal-attivitajiet tar-riċerka u żvilupp (R&Ż).

1.2. Il-kuntest ġenerali

Il-programm tal-JRC sejjer jiffoka fuq ir-riċerka dwar l-immaniġjar tal-iskart, u s-sikurezza u s-sigurtà ta’ sistemi nukleari preżenti u avvanzati. Il-programm ta’ riċerka sejjer itejjeb l-għarfien xjentifiku f’dawn l-oqsma u sejjer jipprovdi appoġġ għall-alternattivi ta’ politika dwar it-taħlita tal-enerġija tas-seklu 21, u għall-użu effiċjenti tal-enerġija nukleari. L-appoġġ għal riċerka xjentifika bażika u mmirata sejjer ikun meħtieġ biex jinżamm fehim sħiħ ta’ fenomenu ewlieni. Sejjer ikun hemm ukoll iffukar partikolari fuq l-appoġġ għall-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ xjenzati u inġiniera preżenti u futuri.

Fl-UE u madwar id-dinja, hemm għarfien li qiegħed jiżdied rigward il-ħtieġa għall-użu responsabbli tal-enerġija nukleari, li jkopri s-sikurezza u s-sigurtà. Dan kien enfasizzat reċentement fl-ogħla livelli politiċi, b’mod partikolari fil-konferenza ta’ Pariġi dwar l-aċċess għall-enerġija nukleari ċivili li saret f’Pariġi fit-8-9 ta’ Marzu 2010, is-samit dwar is-sigurtà nukleari f’Washington fit-12-13 ta’ April 2010, u l-Laqgħa ta’ Analiżi dwar it-Trattat tan-Nonproliferazzjoni li saret fi New York f’Mejju 2010.

Perspettiva komuni Ewropea rigward il-problemi u l-approċċi ewlenin hija meħtieġa biex tissaħħaħ iż-Żona ta’ Riċerka Ewropea, għaldaqstant l-attivitajiet kollha jridu jsiru f’konsultazzjoni mill-qrib mal-fora tekniċi ewlenin bħall-“Pjattaforma Teknoloġika tal-Enerġija Nukleari Sostenibbli” (SNETP) u l-“Pjattaforma Teknoloġika Implimentattiva għad-Disponiment Ġeoloġiku” (IGDTP). Se jkun promoss ukoll in-netwerking ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ma’ pajjiżi terzi ewlenin, pereżempju l-membri tal-Forum Internazzjonali tal-Ġenerazzjoni IV. Meta jkun xieraq, sejjer ikun meħtieġ il-kordinament mal-azzjonijiet indiretti mwettqa mid-DĠ RTD u inizjattivi oħrajn ta’ DĠ oħra.

1.3. Attivitajiet ta’ riċerka nukeari (azzjonijiet diretti)

Il-Programm Speċifiku għal azzjonijiet diretti jkopri t-tliet prijoritjaiet tematiċi li ġejjin:

1. L-immaniġjar tal-iskart nukleari, l-impatt ambjentali u l-għarfien bażiku;

2. Is-sikurezza nukleari;

3. Is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari.

1.4. Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Skont l-Artikolu 7 tat-Trattat tal-Euratom, il-Programm Kwadru tal-Euratom huwa l-istrument ewlieni tal-Euratom għall-appoġġ u l-ikkumplimentar tal-attivitajiet tal-Istati Membri fir-R&Ż nukleari. Id-dispożizzjonijiet eżistenti, id-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jistabilixxu s-7 Programm Kwadru tal-Euratom għall-2007-2011([1]), sejrin jiskadu fl-aħħar tal-2011.

1.5. Konsistenza ma’ politiki u objettivi oħrajn tal-Unjoni

L-attivitajiet ta’ R&Ż li għandhom ikunu appoġġjati mill-Programm Kwadru tal-Euratom huma konsistenti b’mod sħiħ mal-għanijiet tal-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (Pjan SET).

2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

2.1. Konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati

Skont it-Trattat tal-Euratom, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku (STC) tal-Euratom. Il-proposta għal Programm Kwadru tal-Euratom hija bbażata wkoll fuq ir-riżultat tad-diskussjonijiet mal-Kunsill dwar l-ITER.

2.2. Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni użat diversi sorsi għat-tħejjija tal-proposta dwar il-Programm Kwadru tal-Euratom, inklużi:

a) l-Evalwazzjonijiet Interim tal-FP7 tal-Euratom imwettqa minn bordijiet ta’ esperti indipendenti;

b) input mill-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC;

c) input dwar l-estensjoni tal-FP7 tal-Euratom u t-tħejjija tal-FP8 mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku (STC) tal-Euratom;

d) rapporti bħad-dokumenti ta’ viżjoni u l-aġendi tar-riċerka strateġika mħejjija mill-Pjattaformi tat-Teknoloġija fil-qasam nukleari – il-Pjattaforma Teknoloġika tal-Enerġija Nukleari Sostenibbli (SNETP), il-Pjattaforma Teknoloġika Implimentattiva għad-Disponiment Ġeoloġiku (IGD-TP) u Inizjattiva Ewropea Multidixxiplinari dwar Dożi Baxxi (MELODI).

2.3. Il-valutazzjoni tal-impatt

Skont l-Artikolu 21 tar-Regoli Implimentattivi tar-Regolament Finanzjarju (ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002), il-Kummissjoni ħejjiet evalwazzjoni ex ante . Minħabba li din il-proposta għandha l-mira li tkompli l-attivitajiet tal-Programm Kwadru tal-Euratom għall-2012-13 taħt l-istess perspettivi finanzjarji, ir-rekwiżit għall-Valutazzjoni tal-Impatt ġie rinunzjat.

3. ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

Il-bażi ġuridika għal dan il-Programm Speċifiku hija disposta bl-Artikoli 1, 2, 4 u 7 tat-Trattat tal-Euratom.

4. IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Id-“dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva” mehmuża ma’ din il-proposta għal Deċiżjoni tistipula l-implikazzjonijiet baġitarji u r-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa.

2011/0044 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-programm speċifiku, li għandu jitwettaq permezz ta’ azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2012 sal-2013)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],

Billi:

4. F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru XXXX/20XX/Euratom tal-XXXXX dwar il-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka u attivitajiet ta’ taħriġ (2012-2013)[4], minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala ‘l-Programm Kwadru (2012-2013)’, il-Programm Kwadru (2012 - 2013) għandu jiġi implimentat permezz ta’ programmi speċifiċi li jiddefinixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom, jiddeterminaw it-tul taż-żmien tagħhom u jipprevedu l-mezzi meqjusa bħala neċessarji.

5. Il-Programm Kwadru (2012-2013) fih żewġ tipi ta’ attivitajiet: azzjonijiet indiretti fir-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni u riċerka dwar il-fissjoni nukleari u r-radjuprotezzjoni, u azzjonijiet diretti għal attivitajiet taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka fil-qasam tal-enerġija nukleari. L-azzjonijiet diretti għandhom jiġu implimentati mill-programm speċifiku attwali.

6. Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala ‘l-JRC’, għandu jimplimenta l-attivitajiet ta’ riċerka u taħriġ li jridu jitwettqu permezz ta’ ’l hekk imsejħa ‘azzjonijiet diretti’ taħt programm speċifiku tal-JRC li jimplimenta l-Programm Kwadru (2012-2013).

7. Meta jwettaq il-missjoni tiegħu, il-JRC għandu jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku xprunat mill-klijenti għall-proċess tat-tfassil tal-politika tal-Unjoni, biex ikun żgurat appoġġ għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki eżistenti u r-rispons għall-ħtiġijiet ġodda tal-politika. Sabiex iwettaq il-missjoni tiegħu, il-JRC għandu jwettaq riċerka tal-ogħla kwalità Ewropea, inkluż biż-żamma tal-livell tiegħu stess ta’ eċċellenza xjentifika.

8. Fl-implimentazzjoni ta’ dan il-programm speċifiku, għandha tinsaħaq il-promozzjoni tal-mobilità u t-taħriġ tar-riċerkaturi u l-promozzjoni tal-innovazzjoni, fl-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, il-JRC għandu jipprovdi taħriġ xieraq fil-qasam tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari.

9. Dan il-programm speċifiku għandu jkun implimentat b’mod flessibbli, effiċjenti u trasparenti, waqt li jitqiesu l-ħtiġijiet rilevanti tal-utenti tal-JRC u l-politiki tal-Unjoni Ewropea, waqt li jkunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. L-attivitajiet ta’ riċerka mwettqa taħt il-programm speċifiku għandhom jiġu addattati fejn ikun xieraq għal dawn il-ħtiġijiet u għall-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi u għandhom jimmiraw li tinkiseb eċċellenza xjentifika.

10. Għall-implimentazzjoni ta’ dan il-programm speċifiku, il-koperazzjoni taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jew taħt Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tista’ tkun ikkumplimentata b’koperazzjoni internazzjonali, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-Artikolu 2, il-punt (h), l-Artikolu 101 u l-Artikolu 102 tat-Trattat, ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

11. Fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ tkabbir u integrazzjoni, il-JRC jimmira li jippromwovi l-integrazzjoni tal-organizzazzjonijiet u r-riċerkaturi tal-Istati Membri ġodda fi ħdan l-attivitajiet tiegħu b’mod partikolari għall-implimentazzjoniu tal-komponenti tax-xjenza u t-teknoloġija tal- acquis tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll aktar koperazzjoni mal-organizzazzjonijiet u r-riċerkaturi mill-pajjiżi ta’ adeżjoni u kandidati. Għandu jkun previst ukoll ftuħ progressiv lejn il-pajjiżi ġirien, b’mod speċifiku fuq temi ta’ prijorità tal-Politika Ewropea tal-Viċinat.

12. Il-JRC għandu jkompli jiġġenera riżorsi addizzjonali permezz ta’ attivitajiet kompetittivi. Dawn jinkludu l-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet indiretti tal-Prigramm ta’ Qafas (2012-2013), xogħol ta’ partijiet terzi u, sa ċertu punt inqas, l-esplojtazzjoni tal-proprjetà intellettwali.

13. Immaniġjar finanzjarju b’saħħitu tal-Programm Kwadru (2012-2013) u l-implimentazzjoni tiegħu għandhom ikunu żgurati b’mod effikaċi u faċli għall-utent, waqt li jkunu żgurati ċ-ċertezza ġuridika u l-aċċessibilità tar-riżultati tal-programm għall-parteċipanti kollha, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5] u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6].

14. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa — ipproporzjonati għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — biex ikunu kkontrollati kemm l-effikaċja tal-appoġġ finanzjarju mogħti kif ukoll l-effikaċja tal-użu ta’ dawn il-fondi sabiex ikunu evitati irregolaritajiet u frodi. Għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex ikunu rkuprati l-fondi mitlufa, indebitament imħallsa jew użati skorrettament skont ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea[7], ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolarijiet oħra[8] u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)[9].

15. Il-Kummissjoni għandha, fiż-żmien opportun, tħejji biex titwettaq valutazzjoni indipendenti dwar l-attivitajiet imwettqa fl-oqsma koperti minn dan il-programm speċifiku.

16. L-attivitajiet ta’ riċerka mwettqa fi ħdan dan il-programm speċifiku għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali u josservaw il-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

17. Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-programm speċifiku, li għandu jsir permezz ta’ azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2012 sal-2013), minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala il-‘programm speċifiku’, huwa adottat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Artikolu 2

Il-programm speċifiku għandu jistabilixxi l-attivitajiet għall-azzjonijiet nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, li jappoġġaw il-firxa kollha ta’ azzjonijiet ta’ riċerka mwettqa f’koperazzjoni transnazzjonali fl-oqsma tematiċi li ġejjin:

18. l-immaniġjar tal-iskart nukleari, l-impatt ambjentali u l-għarfien bażiku;

19. is-sikurezza nukleari (tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri ta’ reatturi nukleari, u taċ-ċiklu tal-fjuwil tagħhom);

20. tas-sigurtà nukleari (inklużi s-salvagwardji nukleari, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar illegali u l-forensiċi nukleari).

L-objettivi u l-linji ġenerali tal-attivitajiet imsemmija fl-ewwel paragrafu huma stabiliti fl-Anness.

Artikolu 3

Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni [ Referenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-FP tal-Euratom għandha tiżdied meta din tiġi adottata ], l-ammont meqjus meħtieġ għat-twettiq tal-programm speċifiku huwa ta’ EUR 233 216 000.

Artikolu 4

L-attivitajiet tar-riċerka kollha mwettqa taħt il-programm speċifiku għandhom jitwettqu f’konformità mal-prinċipji etiċi fundamentali.

Artikolu 5

Il-programm speċifiku għandu jiġi implimentat permezz ta’ azzjonijiet diretti kif stabilit fl-Anness II għad-Deċiżjoni [ Referenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-FP tal-Euratom għandha tiżdied meta din tiġi adottata ].

Artikolu 6

1. Il-Kummissjoni għandha tfassal programm ta’ ħidma multiannwali għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku, li jistipula f’aktar dettall l-objettivi u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi stabiliti fl-Anness, u l-iskadenzi għall-implimentazzjoni.

2. Il-programm ta’ ħidma multiannwali għandu jqis l-attivitajiet tar-riċerka rilevanti mwettqa mill-Istati Membri, stati assoċjati u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali. Dan għandu jiġi aġġornat meta jkun jixraq.

Artikolu 7

Il-Kummissjoni għandha tħejji biex titwettaq il-valutazzjoni indipendenti disposta fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni …dwar l-attivitajiet imwettqa fl-oqsma koperti mill-programm speċifiku.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

Programm Speċifiku taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka

1. OBJETTIV

L-objettiv ġenerali tal-programm speċifiku huwa li jipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku orjentat lejn il-klijent għall-politika tal-UE relatata mal-enerġija nukleari, u li jissodisfa l-obbligi tat-Trattat. Biex tinkiseb din il-mira, l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenza jeħtieġu li jiġu aġġornati kontinwament, sabiex jipprovdu l-għarfien espert l-aktar modern meħtieġ fl-oqsma tas-sikurezza tar-reatturi nukleari u s-salvagwardji nukleari u s-sigurtà.

2. L-APPROċċ

L-attivitajiet nukleari tal-JRC jimmiraw li jissodisfaw l-obbligi tar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) tat-Trattat u li jappoġġaw kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri fl-oqsma tas-salvagwardji u n-nonproliferazzjoni, l-immaniġjar tal-iskart, is-sikurezza tal-istallazzjonijiet nukleari u ċ-ċiklu tal-fjuwil, ir-radjuattività fl-ambjent u r-radjuprotezzjoni.

Għall-Programm Kwadru (2012-2013), ir-riċerka u l-attività ta’ appoġġ sejrin ikomplu jiffokaw fuq:

21. l-immaniġjar tal-iskart nukleari, l-impatt ambjentali u l-għarfien bażiku;

22. is-sikurezza nukleari (tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri ta’ reatturi nukleari, u taċ-ċiklu tal-fjuwil tagħhom);

23. tas-sigurtà nukleari (inklużi s-salvagwardji nukleari, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar illegali u l-forensiċi nukleari).

Barra minn hekk, il-JRC se jsaħħaħ aktar ir-rrwol tiegħu bħala referenza Ewropea għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni, it-taħriġ u l-edukazzjoni għax-xjenzati żgħażagħ.

3. ATTIVITAJIET

3.1. L-immaniġjar tal-iskart nukleari, l-impatt ambjentali u l-għarfien bażiku

3.1.1. Il-fjuwil użat u l-karatterizzazzjoni, il-ħżin u d-disponiment ta’ skart ta’ livell għoli

L-immaniġjar tal-fjuwil użat u l-iskart nukleari ta’ livell għoli jinvolvi l-ipproċessar, il-kundizzjonar, it-trasport, il-ħżin interim u d-disponiment ġeoloġiku tagħhom. Il-mira aħħarija hija li jkun evitat ir-rilaxx ta’ radjunuklidi fil-bijosfera matul dawn l-istadji kollha tul l-iskala taż-żmien twila ħafna tad-dekompożizzjoni tagħhom. Id-disinn, il-valutazzjoni u l-funzjonament tas-sistemi ta’ barrieri ta’ konteniment mibnija u naturali matul l-iskali ta’ żmien rilevanti huma fundamentali għall-ilħuq ta’ dawn l-objettivi u jiddependu fost affarijiet oħra fuq l-imġiba tal-fjuwil u/jew l-iskart fl-ambjent ġeoloġiku. Tali studji huma koperti minn dan il-programm speċifiku.

3.1.2. Kompartimentalizzazzjoni u trasmutazzjoni

L-istrateġija ewlenija meqjusa għas-sistemi tal-enerġija nukleari tal-ġejjieni tinkludi l-għeluq taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari, bil-għan li titnaqqas ir-radjutossiċità fuq medda twila ta’ żmien tal-iskart nukleari u jisseddaq l-użu sostenibbli tar-riżorsi. L-isfidi maġġuri għal dan il-kunċett jibqgħu l-ottimazzjoni tat-tekniki tal-kompartimentalizzazzjoni, is-separazzjoni ta’ radjunuklidi magħżula ta’ ħajja twila mill-fjuwil użat, u l-fabbrikazzjoni u l-kwalifikazzjoni ta’ fjuwils sikuri u affidabbli għat-trasmutazzjoni tal-aktinidi. Xogħol esperimentali fuq il-kompartimentalizzazzjoni għand il-JRC jinkludi r-riċerka kemm fuq id-dissoluzzjoni milwiema kif ukoll fuq il-proċessi pirometallurġiċi (f'mezzi salini).

3.1.3. Riċerka bażika tal-aktinidi

Biex tinżamm il-kompetenza u l-pożizzjoni fuq quddiem fil-qasam tat-teknoloġija nukleari ċivili, huwa essenzjali li titkattar ir-riċerka bażika interdixxiplinari dwar il-materjali nukleari bħala riżorsa li minnha jistgħu jfeġġu innovazzjonijiet teknoloġiċi ġodda. Għaldaqstant, dan jirrikjedi għarfien dwar ir-rispons tal-hekk imsejħa ‘elementi tas-saff elettroniku 5f’ (jiġifieri l-aktinidi) u l-komposti għal parametri termodinamiċi (ġeneralment estremi). Minħabba l-bażi tad-dejta sperimentali żgħira u l-kumplessità intrinsika tal-immodellar, l-għarfien attwali tagħna rigward dawn il-mekkaniżmi huwa wieħed limitat. Ir-riċerka bażika li tindirizza dawn il-kwistjonijiet hija kruċjali għall-fehim tal-imġiba ta’ dawn l-elementi u biex jibqa’ fuq quddiem tal-fiżika tal-materja kondensata kontemporanja. L-iżviluppi fl-immudellar avvanzat u s-simulazzjoni sejrin jiżdiedu biex tingħata spinta lill-impatt tal-programmi sperimentali.

Il-programm ta’ riċerka bażika tal-JRC dwar l-aktinidi sejjer jibqa’ fuq quddiem tal-fiżika u l-kimika tal-aktinidi, bil-għan ewlieni li jkunu pprovduti faċilitajiet sperimentali tal-ogħla kwalità lix-xjenzati mill-universitajiet u ċ-ċentri tar-riċerka. Dawn jippermettulhom li jinvestigaw il-karatteristiċi tal-materjali ta’ aktinidi, sabiex titlesta l-edukazzjoni tagħhom u jikkontribwixxu għall-avvanzi fix-xjenzi nukleari.

3.1.4. Dejta nukleari

Id-disinji proposti għal inċineraturi minuri ddedikati tal-aktinidi u kunċetti avvanzati għall-produzzjoni tal-enerġija nukleari jirriżultaw f’talbiet ġodda għal dejta nukleari bi preċiżjoni mtejba b’mod sinifikanti. Il-kwalità tad-dejta sperimentali hija kwistjoni ewlenija għal standards ta’ sikurezza aħjar u marġini tal-iżbalji mnaqqsa, u b’hekk il-kosteffikaċja fid-disinn u l-bini ta’ sistemi ta’ reatturi ġodda. Il-fajls tad-dejta użati mill-industrija u l-laboratorji tar-riċerka jridu jkunu sħaħ, preċiżi u vvalidati permezz ta’ proċeduri tal-garanzija tal-kwalità ddefiniti sewwa.

Il-JRC sejjer jipproduċi dejta meħtieġa fuq livell internazzjonali u sejjer ikompli wkoll it-tħaddim sikur tal-aċċelleraturi lineari Van de Graaff u GELINA.

3.1.5. Applikazzjonijiet mediċi mir-riċerka nukleari

Terapiji ġodda tal-kanċer imsejħa terapija alfa mmirata (TAT - targeted alpha therapy), qed jieħdu vantaġġ mill-karatteristiċi fiżiċi uniċi tar-radjazzjoni tal-partikoli alfa (b’mod partikolari tal-enerġija għolja tagħha u t-tul tal-passaġġ qasir (short path) fit-tessut uman) fl-immirar b’mod selettiv u fil-qerda ta’ ċelloli morda waqt li jiġi evitat it-tessut b’saħħtu ta’ madwar. Dawn it-tekniki jistgħu jintużaw għall-kura tal-kanċer u mard infettiv.

Il-JRC sejjer ikompli jappoġġja l-iżvilupp tat-TAT b’fokus speċjali fuq proċessi alternattivi għall-produzzjoni tal-emitturi alfa u l-ittestjar radjubijoloġiku tal-bijomolekuli radju-tikkettjati, jevalwa l-effiċjenza u l-fattibilità tagħhom u jagħmel dawn l-applikazzjonijiet ġodda disponibbli għall-implimentazzjoni mill-isptarijiet u l-industrija farmaċewtika.

3.1.6. Monitoraġġ tar-radjuattività fl-ambjent

It-Titolu II, il-Kapitolu 3, tat-Trattat jipprevedi l-istabiliment ta’ standards bażiċi tas-sikurezza għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jitnisslu mir-radjazzjoni jonizzanti. L-Artikoli 31 sa 38 tat-Trattat jipprovdu regoli dwar ir-rwol tal-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, il-kontroll tal-livelli tar-radjuattività fl-ambjent, ir-rilaxx fl-ambjent u l-immaniġjar tal-iskart nukleari. Skont l-Artikolu 39 tat-Trattat, il-JRC jipprovdi għajnuna lill-Kummissjoni fit-twettiq ta’ dan il-kompitu.

Minħabba l-limiti ġodda għal radjunuklidi fl-ilma tax-xorb u l-ingredjenti tal-ikel, il-JRC sejjer jiżviluppa tekniki analitiċi u sejjer jipproduċi materjali ta’ referenza korrispondenti. It-tqabbil bejn il-laboratorji sejjer jiġi organizzat mal-laboratorji ta’ kontroll tal-Istati Membri biex tkun evalwata l-komparabilità tad-dejta ta’ kontroll irrapportata skont l-Artikoli 35 u 36 tat-Trattat, u biex tkun appoġġjata l-armonizzazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll tar-radjuattività bil-materjali tal-ittestjar ta’ referenza.

3.1.7. L-immaniġjar tal-għarfien, it-taħriġ u l-edukazzjoni

Huwa importanti li jinżamm u li jiżdied l-għarfien nukleari tal-ġenerazzjonijiet ġodda ta’ xjenzati u inġiniera nukleari, permezz tad-disseminazzjoni tal-esperimenti, ir-riżultati, l-interpretazzjonijiet u l-ħiliet miksuba fir-riċerka u l-programmi applikati.

Il-JRC sejjer jikkontribwixxi biex dan l-għarfien ikun disponibbli malajr, organizzat kif xieraq u ddokumentat sewwa u biex jappoġġa l-attivitajiet tal-edukazzjoni ogħla fl-Ewropa kemm għal reatturi tal-Ġenerazzjoni IV operattivi kif ukoll innovattivi. Barra minn hekk, il-JRC sejjer jiżviluppa l-Osservatorju Ewropew tar-Riżorsi Umani Nukleari biex janalizza x-xejriet fl-Ewropa u jipprovdi appoġġ xjentifiku għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni. Il-JRC se jkompli jikkontribwixxi wkoll għal komunikazzjoni aħjar rigward il-kwistjonijiet nukleari, b’mod partikolari rigward l-aċċettabilità pubblika u b’mod aktar globali fuq l-istrateġiji għal sensibilizzazzjoni kumplessiva dwar l-enerġija. L-esperjenza twila u l-faċilitajiet uniċi għall-kejl tad-dejta nukleari huma wkoll opportunità eċċellenti għall-edukazzjoni u t-taħriġ tax-xjenzati u l-inġiniera nukleari, billi l-edukazzjoni fl-universitajiet tkun issupplimentata bl-għoti ta’ aċċess prattiku għall-istallazzjonijiet nukleari.

3.2. Is-sikurezza nukleari

3.2.1. Is-sikurezza tar-reatturi nukleari

Is-sikurezza nukleari u l-affidabilità tal-istallazzjonijiet operatorji huma dejjem soġġetti għall-ottimazzjoni sabiex jintlaħqu l-isfidi l-ġodda ppreżentati mil-liberalizzazzjoni tas-suq, it-tħaddim estiż tal-impjant, u l-hekk imsejjaħ ‘rinaxximent’ tal-industrija nukleari. Sabiex jinżamm u jittejjeb il-livell tas-sikurezza tal-impjanti tal-enerġija nukleari kemm tat-tip tal-Punent kif ukoll tat-tip Russi, metodoloġiji ta’ valutazzjoni tas-sikurezza avvanzati u rraffinati u għodod analitiċi korrispondenti, jeħtieġ li jiġu estiżi u vvalidati. Investigazzjonijiet sperimenatli immirati jitwettqu fil-JRC biex jittejjeb il-fehim tal-fenomeni u l-proċessi fiżiċi sottostanti sabiex ikunu jistgħu jiġu vvalidati u vverifikati l-valutazzjonijiet tas-sikurezza deterministiċi u probabilistiċi, fuq il-bażi ta’ immudellar avvanzat tal-proċessi tal-impjanti (reattività u termidrawliċi), tal-komponenti taħt tagħbijiet/tixjiħ operazzjonali, u l-fatturi umani u organizzazzjonali. Il-JRC sejjer ikompli jkollu wkoll rwol ċentrali fl-istabiliment u t-tħaddim taċ-Ċentru Ewropew għall-Ikklerjar għar-Rispons dwar l-Esperjenza Operazzjonali għall-benefiċċju tal-Istati Membri kollha. Sejjer jipprovdi rapporti topiċi dwar kwistjonijiet ta’ impjanti speċifiċi u jħaffef il-kondiviżjoni u l-implimentazzjoni b’mod effiċjenti tar-rispons dwar l-esperjenza operazzjonali biex titjieb is-sikurezza tal-impjanti tal-enerġija nukleari, għall-benefiċċji tar-regolaturi Ewropej kollha.

3.2.2. Is-sikurezza tal-fjuwil nukleari fir-reatturi tal-enerġija li joperaw fl-Unjoni

Matul is-seklu 21 sejrin jaħdmu reatturi tal-ilma ħafif tal-Ġenerazzjoni II u III. Sabiex tkun ottimizzata s-sikurezza u l-effiċjenza tagħhom, irid ikun żgurat fehim aħjar tal-imġiba ġewwa ir-reattur (in-pile) tas-sistema tat-tubi tal-fjuwil (fjuwil u l-kopertura), speċjalment fir-rigward tal-iskemi ta’ tħaddim estiż, li jkopru l-kondizzjonijiet normali, inċidentali u aċċidentali. Iż-żewġ aspetti ewlenin ta’ din ir-riċerka huma l-integrità mekkanika tat-tubi tal-fjuwil matul il-ħajja tar-reattur u r-rispons tal-fjuwil għal kundizzjonijiet tranżitorji (inklużi kundizzjonijiet ta’ aċċident gravi f’reattur sat-tiwid tal-qalba).

Fl-aħħarnett, l-esperimenti u t-teoriji dwar mekkaniżmi fiżiċi u kimiċi definiti sewwa jridu jkunu inkorporati f’mudelli b’diversi skali u eventwalment f’kodiċi tal-prestazzjoni tal-fjuwil.

Ir-riċerka tal-JRC sejra tkun iddedikata wkoll għat-titjib tal-punti ta’ riferiment sperimentali għall-imġiba tal-fjuwil UO2 u MOX fil-ħruq għoli.

3.2.3. It-tħaddim sikur ta’ sistemi tal-enerġija nukleari avvanzati

Kunċetti tar-reatturi ġodda għal sikurezza, effiċjenza u sostenibilità akbar jitqiesu madwar id-dinja li huma suġġett ġdid tar-riċerka, b’mod partikolari fi ħdan il-Forum Internazzjonali tal-Ġenerazzjoni IV (GIF). Il-JRC ingħata l-mandat mill-Istati Membri biex jaġixxi bħala l-Aġent Implimentatorju għall-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-GIF. Bħala tali, il-JRC sejjer jikkordina aktar il-kontribuzzjonijiet Ewropej (permezz ta’ azzjonijiet diretti jew indiretti, jew permezz tal-Istati Membri) fid-diversi proġetti tal-GIF.

L-istudji mwettqa fil-laboratorji tal-JRC primarjament ikopru l-aspetti tas-sikurezza tal-kunċetti tad-disinn tar-reatturi innovattivi u ċ-ċikli tal-fjuwil nukleari, b’mod partikolari l-karatterizzazzjoni, l-ittestjar tal-irradjazzjoni u l-kontroll postirradjazzjoni tat-tipi ta’ fjuwil ġodda, kif ukoll tal-karatterizzazzjoni u l-kwalifikazzjoni tal-materjali strutturali u tal-‘kopertura’ innovattivi. Barra minn hekk, qegħdin jitwettqu studji rigward ir-rekwiżiti tas-sikurezza tal-ġenerazzjoni ġdida ta’ reatturi, u l-evalwazzjoni oġġettiva ta’ diversi sistemi innovattivi. L-għan huwa li jingħata appoġġ għall-istabiliment ta’ approċċ komuni Ewropew għall-evalwazzjoni tas-sikurezza tar-reatturi innovattivi, li hija prerekwiżit għall-bini f’waqthom tal-prototipi u dimostraturi kif ippjanat fl-Istrateġija tal-Użu ta’ SNETP.

3.3. Sigurtà nukleari

3.3.1. Is-salvagwardji nukleari

Minħabba r-rwol imseddaq imwettaq mill-enerġija nukleari fil-produzzjoni tal-elettriku fl-Ewropa, u fid-dinja, it-trattament tal-materjali nukleari fiċ-ċiklu tal-fjuwil qiegħed jiżdied kontinwament. Biex tkun evitata kwalunkwe diversjoni ta’ dawn il-materjali mill-użu intenzjonat tagħhom, sistema b’saħħitha u affidabbli ta’ salvagwardji nukleari u nonproliferazzjoni hija kruċjali. Innovazzjonijiet u titjib tekniċi jkomplu jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politika tas-salvagwardji li qiegħda tevolvi. L-isfida ta’ llum hija l-implimentazzjoni ta’ aktar awtomizzazzjoni u għodod aħjar għall-analiżi tal-informazzjoni biex jitnaqqas kemm l-ammont ta’ xogħol tal-ispetturi kif ukoll il-piż fuq l-industrija nukleari. It-tipi tar-reatturi tal-ġenerazzjoni li jmiss u ċ-ċikli tal-fjuwil korrispondenti wkoll sejrin jeħtieġu approċċi ta’ salvagwardji innovattivi u ġodda.

3.3.2. Protokoll Addizzjonali

Il-Protokoll Addizzjonali għandu l-mira li jevita l-operazzjonijiet nukleari mhux iddikjarati. L-implimentazzjoni tiegħu tirrikjedi numru ta’ tekniki differenti minn (jew aktar evoluti minn) dawk użati fil-verifika tar-rendikont tal-materjal nukleari. Huwa mistenni aktar xogħol għall-iċċekkjar tal-kompletezza tad-dikjarazzjonijiet, li se jirrikjedi aktar R&Ż dwar metodi għall-qbid ta’ programmi klandestini, f’xi każijiet permezz tal-istess tekniki bħal tal-forensiċi nukleari. Sejrin ikunu meħtieġa sforzi maġġuri biex jittejbu l-metodi tal-analiżi tal-partikuli ta’ traċċa għall-verifika tal-attivitajiet dikjarati jew għall-kxif tal-attivitajiet mhux dikjarati.

3.3.3. Ġbir ta’ informazzjoni minn sorsi miftuħa dwar in-nonproliferazzjoni nukleari

Bil-għan li jingħata appoġġ lis-servizzi tal-Kummissjoni u sabiex ikun hemm kollaborazzjoni mal-IAEA u mal-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-JRC sejjer ikompli jiġbor u janalizza sistematikament l-informazzjoni minn diversi sorsi (l-Internet, letteratura speċjalizzata, bażijiet tad-dejta) dwar kwistjonijiet ta’ nonproliferazzjoni nukleari. Din l-informazzjoni sejra tintuża fil-produzzjoni ta’ rapporti dwar il-pajjiżi għall-kontroll mill-qrib dwar l-evoluzzjoni tal-attivitajiet nukleari u l-importazzjoni u/jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir u teknoloġija nukleari diretti u ta’ aktar minn użu wieħed f’pajjiżi magħżula. Barra minn hekk, il-JRC sejjer isegwi l-evoluzzjoni teknika tas-sistemi ta’ kontroll tal-esportazzjoni u sejjer jipprovdi appoġġ tekniku lis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni.

3.3.4 Il-ġlieda kontra t-traffikar illegali tal-materjali nukleari, inkluż l-analiżi forensika nukleari

It-tħassib li jitnissel mit-traffikar illegali ta’ materjal nukleari u radjuattiv ieħor, ir-riskji tal-proliferazzjoni assoċjati miegħu u t-theddida ta’ terroriżmu nukleari jirrikjedi sett ta’ miżuri għall-indirizzar tal-prevenzjoni, il-kxif u r-rispons. Is-sigurtà nukleari qed tikseb attenzjoni akbar fil-livelli kollha, li tvarja minn inizjattivi internazzjonali (Inizjattiva Globali għal Ġlieda kontra t-Terroriżmu Nukleari, l-Inizjattiva għas-Sigurtà mill-Proliferazzjoni, l-UNSC 1540, u oħrajn) għal koperazzjoni multilaterali u żviluppi tekniċi. It-taħriġ tal-persunal huwa ta’ importanza ewlenija għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà nukleari. Il-JRC jikkondividi mal-Istati Membri u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali l-esperjenza u t-għarfien espert tiegħu fil-qasam nukleari b’mod ġenerali u fil-qasam tas-sigurtà nukleari b’mod partikolari. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu żviluppati jew imtejba programmi ta’ taħriġ differenti u jeħtieġ li jiġu prodotti u aġġornati l-moduli ta’ taħriġ assoċjati. Il-JRC sejjer jistabilixxi Ċentru Ewropew ta’ Taħriġ dwar is-Sigurtà, li inizjalment se jiffoka fuq is-sigurtà nukleari u radjuloġika.

4. ASPETTI ETIċI

Matul l-implimentazzjoni ta’ dan il-programm speċifiku u fl-attivitajiet ta’ riċerka li jitnisslu minnu, għandhom jiġu rispettati l-prinċipji etiċi fundamentali. Dawn jinkludu l-prinċipji stabiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u minħabba d-diversità tal-approċċi fl-Ewropa, il-parteċipanti fil-proġetti ta’ riċerka jridu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni, ir-regolamenti u r-regoli etiċi attwali fil-pajjiżi fejn tkun sejra titwettaq ir-riċerka. Fi kwalunkwe każ, japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali u l-ebda riċerka pprojbita fi kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż ieħor ma hija sejra tkun appoġġata mill-finanzjament tal-Euratom f’dak l-Istat Membru jew pajjiż.

Meta jkun adattat, dawk li jwettqu l-proġetti ta’ riċerka jridu jiksbu l-approvazzjoni tal-kumitati etiċi nazzjonali jew lokali rilevanti qabel il-bidu tal-attivitajiet. Analiżi etika sejra titwettaq ukoll b’mod sistematiku mill-Kummissjoni għal proposti li jittrattaw il-kwistjonijiet etiċi sensittivi jew meta aspetti etiċi ma jkunux ġew indirizzati b’mod adegwat. F’każijiet speċifiċi, analiżi etika tista’ titwettaq matul l-implimentazzjoni ta’ proġett.

B’segwitu għat-Trattat ta’ Lisbona, il-Komunità hija meħtieġa li tagħti attenzjoni sħiħa għar-rekwiżiti tal-benesseri tal-annimali fil-formolazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE, inkluża r-riċerka (id-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE).

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2. Qasam (oqsma) tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4. Objettiv(i)

1.5. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.6. Durata u impatt finanzjarju

1.7. Metodu(i) ta’ mmaniġjar previst(i)

2. MIŻURI TA’ MMANIĠJAR

2.1. Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

2.2. Immaniġjar u s-sistema tal-kontroll

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1. Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwati

3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4. Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

3.2.5. Parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament

3.3. Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku, li għandu jitwettaq permezz ta’ azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, li jimplimenta l-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ (2012 sal-2013)

1.2. Qasam/oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB [10]

10 03 - Approprjazzjonijiet operazzjonali ta’ Riċerka ffinanzjata b’mod dirett - Euratom

10 03 01 - Azzjoni nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC)

10 03 02 - Approprjazzjonijiet akkumulati minn kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

10 01 – Nefqa amministrattiva tal-qasam ta’ politika “Riċerka Diretta”

10 01 05 - Nefqa tal-appoġġ għall-operazzjonijiet tal-qasam ta’ politika tar-Riċerka Diretta

10 01 05 01 - Nefqa relatata mal-persunal tar-riċerka

10 01 05 02 - Persunal estern għar-riċerka

10 01 05 03 - Nefqa oħra relatata mal-immaniġjar għar-Riċerka

1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva

( Il-proposta/inizjattiva għandha x’taqsam ma’ azzjoni ġdida

( Il-proposta/inizjattiva għandha x’taqsam ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[11]

X Il-proposta/inizjattiva għandha x’taqsam mal- estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

( Il-proposta/inizjattiva għandha x’taqsam ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4. Objettiv(i)

1.4.1. L-objettiv(i) strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Il-Programm Speċifiku huwa wieħed mill-pedamenti tal-politika Ewropea għar-riċerka dwar l-enerġija u l-istrateġija UE 2020, speċjalment l-Unjoni Innovattiva. Il-Programm Speċifiku jappoġġa l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nukleari biex jindirizza l-isfidi ppreżentati mill-enerġija u t-tibdil fil-klima. Il-proposta attwali tindirizza l-perjodu 2012-13 fid-dettall, iżda l-attivitajiet jibqgħu konsistenti b’mod sħiħ mal-objettivi ewlenin għall-iżvilupp teknoloġiku fil-qasam nukleari matul id-deċenju li jmiss kif stabilit fil-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (Pjan SET).

1.4.2. Objettiv(i) speċifiku/ċi u l-attività(jiet) ABM/ABB konċernata/i

Il-mira kumplessiva tar-riċerka ffinanzjata b’mod dirett hija li tipprovdi appoġġ xjentifiku u tekniku mmexxi mill-klijent għall-politika tal-UE relatata mal-enerġija nukleari. B’mod partikolari, l-attivitajiet nukleari tal-JRC jimmiraw li jissodisfaw l-obbligi ta’ R&Ż tat-Trattat tal-Euratom u li jappoġġaw kemm lill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll lill-Istati Membri fl-oqsma tas-salvagwardji u n-nonproliferazzjoni, l-immaniġjar tal-iskart, is-sikurezza tal-istallazzjonijiet nukleari u ċ-ċiklu tal-fjuwil, ir-radjuattività fl-ambjent u r-radjuprotezzjoni. Biex tinkiseb din il-mira, l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenza jeħtieġ li jiġu aġġornati kontinwament, sabiex jipprovdu l-għarfien xjentifiku espert l-aktar modern meħtieġ fl-oqsma tas-sikurezza tar-reatturi nukleari u s-sigurtà nukleari. It-tħaddim u l-manutenzjoni b’mod sikur u affidabbli tal-istallazzjonijiet u l-laboratorji nukleari kollha li jinsabu fis-siti nukleari tal-JRC u l-immaniġjar relatata mal-iskart operattiv mill-użu tagħhom jibqgħu objettiv ta’ prijorità għolja.

L-objettivi speċifiċi tal-JRC huma:

- L-immaniġjar tal-iskart Nukleari u l-impatt ambjentali

L-immaniġjar tal-iskart nukleari : tisħiħ tal-għarfien li huwa l-bażi tal-proċessi rilevanti matul il-ħżin xott ta’ fjuwil użat u fiż-żoni fil-qrib tar-repożitorji finali (mill-iskart/pakkett tal-iskart għall-ostakli ġeoloġiċi); fil-qasam tal-kompartimentalizzazzjoni u t-trasmutazzjoni, il-kontribuzzjoni għall-wiri ta’ proċessi effiċjenti u t-tħaddim sikur tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil u l-faċilitajiet tal-kompartimentalizzazzjoni fl-iskala ta’ laboratorju, fuq il-bażi ta’ tekniki milwiema u xotti.

Riċerka bażika u applikazzjonijiet : jibqa’ fuq quddiem nett fil-qasam tal-fiżika u tal-kimika tal-aktinidi u tad-dejta ta’ referenza nukleari, bil-għan ewlieni li jipprovdi riżultati sperimentali tal-ogħla kwalità u li jiftaħ il-faċilitajiet tiegħu għax-xjenzati mill-universitajiet u ċ-ċentri tar-riċerka; fil-qasam tad-dejta nukleari, il-produzzjoni ta’ dejta meħtieġa fuq livell internazzjonali u t-tħaddim sikur tal-aċċelleraturi Van de Graaff u GELINA; fil-qasam tal-applikazzjonijiet mediċi, appoġġ għall-iżvilupp tat-terapija ta’ (partikoli) alfa mmirata b’attenzjoni speċjali fuq l-alternattivi għall-produzzjoni tal-emitturi alfa u l-ittestjar radjubijoloġiku tal-bijomolekuli radjutikkettjati, għall-valutazzjoni tal-effiċjenza u l-fattibilità tagħhom.

Monitoraġġ tar-radjuattività fl-ambjent : żvilupp ta’ sistemi ta’ ħin reali għall-ġbir, il-validazzjoni, il-lokalizzazzjoni u r-rapportar fuq skala Ewropea ta’ informazzjoni dwar ir-radjuattività ambjentali; żvilupp ta’ tekniki analitiċi u l-produzzjoni tal-materjali ta’ referenza korrispondenti.

- Is-Sikurezza Nukleari

Is-sikurezza tar-reatturi nukleari : jinżammu l-kompetenzi fid-disinn u s-sikurezza nukleari operazzjonali għall-impjanti tal-enerġija nukleari ddisinjati mill-Punent u mir-Russi sabiex jingħata appoġġ tekniku prezzjuż lid-DĠ tal-Kummissjoni l-oħrajn li jfasslu l-politika fil-leġiżlazzjoni/proġetti/kwistjonijiet relatati mas-sikurezza nukleari u lill-korpi regolatorji u l-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ tekniku tal-UE fl-interpretazzjoni u d-disseminazzjoni tal-avvenimenti li jseħħu fl-impjanti tal-enerġija nukleari.

Is-sikurezza taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari fil-ġenerazzjoni preżenti tar-reatturi : żvilupp tax-xejriet taċ-ċiklu tal-fjuwil attwali u evoluzzjonarji u l-kunċetti għal fjuwils li joperaw fir-reatturi hekk imsejħa Ġen II u III disponibbli attwalment; l-evalwazzjoni tas-sikurezza tat-tubi tal-fjuwil matul it-tħaddim ġewwa r-reatturi permezz ta’ tekniki moderni ta’ kontroll wara l-irradjazzjoni; applikazzjonijiet ta’ mmodellar.

It-tħaddim sikur ta’ sistemi nukleari avvanzati : appoġġ tekniku għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-użu tal-Pjattaforma Teknoloġika tal-Enerġija Nukleari Sostenibbli (SNETP); koordinazzjoni akbar u mtejba tal-parteċipazzjoni tal-Euratom fil-GIF, waqt li jibqa’ kontributur maġġuri tal-Euratom fl-għarfien u l-bini tal-bażi tad-dejta tal-GIF fil-qasam tas-sikurezza tal-fjuwils avvanzati, valutazzjonijiet tas-sikurezza u l-kwalifikazzjoni ta’ materjali innovattivi.

- Is-Salvagwardji Nukleari u s-Sigurtà

Is-salvagwardji nukleari : żvilupp ta’ teknoloġiji ta’ verifika u detezzjoni, konteniment u sorveljanza, metodi ta’ kejl avvanzati u innovattivi għal materjali nukleari, il-produzzjoni tal-materjali ta’ referenza nukleari meħtieġa, l-organizzazzjoni ta’ tqabbil bejn il-laboratorji, u l-għoti ta’ taħriġ, b’mod partikolari għall-ispetturi tal-IAEA u tal-Kummissjoni; fir-rigward tal-“Protokoll Avvanzat”, it-tisħiħ tal-kapaċità għall-kxif ta’ attivitajiet nukleari mhux iddikjarati, it-titjib tal-metodi spettrometriċi għal riżoluzzjoni għolja, sensittività u affidabilità għolja.

Il-ġlieda kontra t-traffikar illegali tal-materjali nukleari nkluż l-analiżi forensika : tikkonċerna l-istabiliment ta’ kunċett integrat ta’ sigurtà nukleari għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, u r-rispons għal xenarji ta’ attivitajiet mhux dikjarati, u tinkludi l-istabiliment u l-implimentazzjoni taċ-Ċentru Ewropew ta’ Taħriġ fis-Sigurtà fil-JRC.

1.4.3. Riżultat(i) mistenni(ja) u l-impatt

Il-programm tal-JRC sejjer jiffoka fuq ir-riċerka dwar l-immaniġjar tal-iskart, u s-sikurezza u s-sigurtà ta’ sistemi nukleari preżenti u avvanzati. Il-programm ta’ riċerka sejjer itejjeb l-għarfien xjentifiku f’dawn l-oqsma u sejjer jipprovdi appoġġ għall-alternattivi ta’ politika, li huma l-aktar sfidi importanti għall-iskjerament sikur u effiċjenti tal-enerġija nukleari fl-ambitu tat-taħlita tal-enerġija tas-seklu 21. Sejjer ikun meħtieġ l-għoti ta’ appoġġ għal riċerka bażika u orjentata xjentifikament biex jinżamm l-ogħla grad ta’ fehim rigward il-fenomeni ewlenin, u ser tingħata wkoll attenzjoni partikolari għall-għoti ta’ appoġġ għall-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ xjenzati u inġiniera preżenti u futuri.

1.4.4 Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Il-JRC daħħal fis-seħħ sistema ta’ attivitajiet ta’ appoġġ għall-evalwazzjonijiet, li jvarjaw minn kontrolli dwar l-ilħuq tal-objettivi u l-analiżi tal-attivitajiet kull sitt xhur mid-Diretturi, u l-Analiżi Perjodika tal-Azzjonijiet (PAR), li tivvaluta s-sett tal-proġetti ta’ riċerka tal-JRC (imsejħa “azzjonijiet”) skont it-termini tal-impatt ta’ politika u r-riżultati xjentifiċi miksuba, darba fis-sena permezz ta’ metodoloġija elaborata ibbażata fuq l-indikaturi. Fil-livell ta’ appoġġ tal-politika, il-JRC jistabilixxi n-numru ta’ eżiti (indikatur tal-produttività), u n-numru tal-okkorrenzi ta’ impatt tanġibbli fil-livell tal-fassala tal-politika permezz ta’ lista ta’ kriterji definiti minn qabel (indikatur tal-impatt). Il-prodott xjentifiku jitkejjel permezz tan-numru ta’ pubblikazzjonijiet ta’ artikoli f’ġurnali analizzati minn pari (indikatur tal-produttività), u n-numru ta’ pubblikazzjonijiet konġunti ma’ organizzazzjonijiet tar-riċerka esterni (għall-kejl tal-grad ta’ koperazzjoni ma’ istituti tal-ogħla klassi). Matul l-2011, il-JRC sejjer jiżviluppa wkoll sistema biex jivvaluta l-impatt tal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi tiegħu. Ir-riżultati u l-impatt tat-taħriġ u l-edukazzjoni sejrin jiġu vvalutati wkoll.

1.5. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1. Rekwiżit(i) li għandu jiġi sodisfatt fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

L-attivitajiet nukleari tal-JRC jimmiraw li jissodisfaw l-obbligi tar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) tat-Trattat Euratom u li jappoġġaw kemm lill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll lill-Istati Membri fl-oqsma tas-salvagwardji u n-nonproliferazzjoni, l-immaniġjar tal-iskart, is-sikurezza tal-istallazzjonijiet nukleari u ċ-ċiklu tal-fjuwil, ir-radjuattività fl-ambjent u r-radjuprotezzjoni. Il-Programm Speċifiku propost sejjer jindirizza sfidi xjentifiċi u teknoloġiċi differenti sabiex jiġu sodisfatti l-miri fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien tal-Pjan SET. Għal aktar dettalji jekk jogħġbok irreferi għall-evalwazzjoni ex ante .

1.5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-valur miżjud tal-azzjonijiet tal-Euratom u b’mod partikolari l-involviment dirett tal-JRC fir-riċerka nukleari huwa marbut mal-effetti transkonfinali, l-ekonomiji ta’ skala, u jikkontribwixxi għar-riżoluzzjoni ta’ investimenti nazzjonali mnaqqsa fir-riċerka. L-intervent fil-livell Ewropew huwa ġġustifikat fil-qasam nukleari. Xi attivitajiet tar-riċerka nukleari huma ta’ skala tali li ftit Stati Membri jistgħu jipprovdu r-riżorsi u l-għarfien espert meħtieġ.

1.5.3. Lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili fil-passat

Fl-2010, bord ta’ livell għoli ta’ esperti rikonoxxuti fuq livell internazzjonali ppreżenta r-rapport tiegħu fuq l-‘Evalwazzjoni Interim tas-Seba’ Programm Kwadru tal-Euratom (2007-2011) – Azzjonijiet Diretti taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka’. L-esperti kitbu li “L-valutazzjoni kumplessiva tax-xogħol hija pożittiva, fuq il-bażi tal-kunsiderazzjoni li ħafna mix-xogħol xjentifiku tal-JRC huwa ta’ standard għoli ħafna (fil-livell internazzjonali fl-ogħla livell)”. Barra minn hekk, il-“bord jirrakkomanda li l-JRC iseddaq it-trasparenza, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-governanza tal-attivitajiet nukleari tiegħu” u li “jiżviluppa ‘Viżjoni 2030 ambizzjuża’ u strateġija assoċjata għall-attivitajhiet nukleari tiegħu”. L-aspetti differenti ġew indirizzati fl-istrateġija JRC 2010-2020 u fl-adattament ta’ mmaniġjar tematiku tal-programm tax-xogħol.

1.5.4. Koerenza u sinerġija potenzjali ma’ strumenti rilevanti oħrajn

L-attivitajiet ta’ R&Ż li għandhom jiġu appoġġati mill-Programm Speċifiku propost jinsabu fi ħdan il-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (Pjan SET), li kien approvat mill-Kunsill Ewropew.

1.6. Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

X Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

- X Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [01/01]2012 sa [31/12]2013

- X Impatt finanzjarju mill-2012 sal-2016 (tmiem stmat tal-ħlasijiet għall-azzjonijiet tal-JRC)

1.7. Metodu/i ta’ mmaniġjar previst(i)

X Immaniġjar dirett ċentralizzat mill-Kummissjoni

2. MIŻURI TA’ MMANIĠJAR

2.1. Regoli ta’ kontroll u rapportar

Il-Kummissjoni sejra timmonitorja kontinwament u sistematikament l-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru tal-Euratom u l-programmi speċifiċi tiegħu u sejra tirrapporta regolarment u tipprovdi r-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ. Wara li jitlesta l-Programm Kwadru u l-programmi speċifiċi tiegħu, il-Kummissjoni sejra tniedi, mhux aktar tard minn sentejn wara t-tlestija tiegħu (2015) evalwazzjoni esterna minn esperti indipendenti tal-ħsieb warajh, l-implimentazzjoni u l-kisbiet tiegħu. Il-JRC jipprovdi appoġġ xjentifiku u teknoloġiku lil utenti (prinċipalment tal-Kummissjoni) permezz ta’ Programm ta’ Ħidma b’madwar mitt azzjoni li minnhom madwar 25 % huma relatati mal-programm Euratom. Il-JRC jivvaluta l-produttività u l-impatt tal-azzjonijiet tiegħu kull sena, permezz ta’ metodoloġija ex post applikata fi proċess ta’ analiżi minn pari. Ir-riżultati ta’ din l-analiżi jidħlu direttament fl-ippjanar għall-programm tax-xogħol tas-sena ta’ wara. L-indikaturi u l-kriterji użati f’din l-analiżi perjodika tal-azzjonijiet huma relatati direttament mar-riżultati tal-azzjonijiet u l-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni korporattivi tal-JRC. Barra minn hekk, kull sena u wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni[12] rigward ir-riorganizzazzjoni tal-JRC u f’konformità mal-obbligi li jitnisslu mill-Programmi Speċifiċi (partijiet nukleari u mhux nukleari), il-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC jimplimenta l-monitoraġġ annwali tal-implimentazzjoni tal-Programm tax-Xogħol tal-JRC bl-osservazzjonijiet tiegħu fir-rapport annwali tal-JRC. Konnessjoni xierqa mal-Monitoraġġ Annwali tal-Azzjonijiet Indiretti hija żgurata.

2.2. Immaniġjar u s-sistema tal-kontroll

2.2.1. Riskju/i identifikat(i)

F’konformità mar-rekwiżiti tal-Kummissjoni, kull sena jitwettaq eżerċizzju ta’ analiżi tar-riskju biex ikunu identifikati r-riskji u jkunu indikati l-azzjonijiet korrettivi proposti. Ir-riskji identifikati, il-miżuri korrettivi u l-iskadenzi indikattivi jidħlu bħala parti mill-Pjan tal-immaniġjar tal-Kummissjoni.

2.2.2. Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

Diversi metodi ta’ kontroll huma applikati kif kien il-każ matul is-7 Programm Kwadru tal-Euratom (2007-2011), inklużi miżuri ta’ kontroll ex ante u verifiki kull sentejn magħżula b’mod fortuwitu fil-qafas tal-iskema ta’ kontroll intern. Barra minn hekk, ir-rekwiżit ta’ ċertifikati ta’ awditjar u t-twettiq ta’ awditi esterni indipendenti regolari jgħinu biex ikun żgurat immaniġjar finanzjarju tajjeb, inklużi r-regolarità u l-legalità tat-tranżazzjonijiet imwettqa.

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Sejrin ikomplu jittieħdu miżuri adatti biex ikunu evitati l-irregolaritajiet u l-frodi u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex ikunu rkuprati l-fondi mitlufa, indebitament imħallsa jew użati skorrettament skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej[13], ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolarijiet oħra[14] u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)[15].

3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1. Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwati

- Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi u l-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja baġitarja | Tip ta’ nefqa | Kontribuzzjoni |

Numru [Deskrizzjoni………………………...……….] | AD/AMD ([16]) | mill-pajjiżi tal- EFTA[17] | mill-pajjiżi kandidati[18] | minn pajjiżi terzi | skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju |

1 a | 10 03 Riċerka ffinanzjata b’mod dirett – Euratom 10 03 01 Azzjoni nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) 10 03 02 Approprjazzjonijiet miżjuda minn kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi | AD | LE | IVA/LE* | IVA | IVA |

10 01 Nefqa amministrattiva tar-Riċerka Diretta 10 01 05 Nefqa ta’ appoġġ għall-operazzjonijiet tal-qasam ta’ politika tar-Riċerka Diretta 10 01 05 01 Nefqa relatata mal-persunal tar-riċerka 10 01 05 02 Persunal estern għar-riċerka 10 01 05 03 Nefqa oħra relatata mal-immaniġjar għar-Riċerka | AMD | LE | IVA/LE* | IVA | LE |

* għaddejjin diskussjonijiet mat-Turkija relatati mar-Riċerka Nukleari.

- Linji baġitarji ġodda mitluba

Mhux applikabbli

3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq l-infiq f’miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: | 1 a | Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi |

DĠ: JRC | Sena | Sena | Sena | TOTAL |

( Approprjazzjonijiet operazzjonali | 2012 | 2013 | ≥ 2014 |

Numru tal-linja baġitarja: 10.03 | Impenji | (1) | 9.895 | 10.252 | 0 | 20.147 |

Ħlasijiet | (2) | 4.650 | 8.972 | 6.525 | 20.147 |

Numru tal-linja baġitarja: 10.03.01 | Impenji | (1) | 9.895 | 10.252 | 0 | 20.147 |

Ħlasijiet | (2) | 4.650 | 8.972 | 6.525 | 20.147 |

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-allokazzjoni tal-programm speċifiku |

Numru tal-linja baġitarja: 10.01.05 | (3) | 104.648 | 108.421 | 0 | 213.069 |

Numru tal-linja baġitarja: 10.01.05.01 | (3) | 57.444 | 59.515 | 116.959 |

Numru tal-linja baġitarja: 10.01.05.02 | (3) | 10.577 | 10.958 | 21.536 |

Numru tal-linja baġitarja: 10.01.05.03 | (3) | 36.627 | 37.948 | 74.574 |

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ JRC | Impenji | =1+1a +3 | 114.543 | 118.673 | 0 | 233.216 |

Ħlasijiet | =2+2a+3 | 109.298 | 117.393 | 6.525 | 233.216 |

( TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali | Impenji | (4) | 9.895 | 10.252 | 0 | 20.147 |

Ħlasijiet | (5) | 4.650 | 8.972 | 6.525 | 20.147 |

( TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-allokazzjoni tal-programm speċifiku | (6) | 104.648 | 108.421 | 0 | 213.069 |

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 1 a tal-qafas finanzjarju multiannwali | Impenji | =4+ 6 | 114.543 | 118.673 | 0 | 233.216 |

Ħlasijiet | =5+ 6 | 109.298 | 117.393 | 6.525 | 233.216 |

Jekk aktar minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta / inizjattiva:

( TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali | Impenji | (4) |

Ħlasijiet | (5) |

( TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-allokazzjoni tal-programm speċifiku | (6) |

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (Ammont ta’ referenza) | Impenji | =4+ 6 |

Ħlasijiet | =5+ 6 |

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: | 5 | " Nefqa amministrattiva " |

Miljun EUR (sa 3 postijiet deċimali)

DĠ: JRC | Sena 2012 | Sena 2013 | TOTAL |

( Riżorsi umani |

( Nefqa amministrattiva oħra |

TOTAL DĠ JRC | Approprjazzjonijiet |

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali | (Total tal-impenji = Total tal-ħlasijiet) |

Miljun EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Sena 2012 | Sena 2013 | Sena ≥ 2014 | TOTAL |

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali | Impenji | 114.543 | 118.673 | 233.216 |

Ħlasijiet | 109.298 | 117.393 | 6.525 | 233.216 |

3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

- ( Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

- X Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet tal-impenji f’miljun EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-eżiti ( | Sena 2012 | Sena 2013 | TOTAL |

EŻITI |

Tip ta’ eżitu | Kost medju tal-eżitut | Għadd ta’ eżiti | Kost | Għadd ta’ eżiti | Kost | Għadd ta’ eżiti | Kost totali |

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1[19]… |

KOST TOTALI | 9.895 | 10.252 | 20.147 |

(*) għadd stmat ta’ eżiti

(**) Il-kost ta’ kull eżitu huwa varjabbli ħafna. Pereżempju, eżitu ta’ rutina (pereżempju bulettin perjodiku tat-tbassir tal-għelejjel) mhuwiex komparabbli ma’ rapport finali ta’ studju kbir u potenzjalment għali, li għalih, ammont konsiderevoli ta’ krediti jista’ jkun li wassal għal dokument ta’ studju wieħed. It-tnejn huma rilevanti u utli iżda jservu finijiet differenti ħafna. Il-kost medju indikat huwa biss kalkolu matematiku li taqsam il-baġit bl-għadd stmat ta’ eżiti.

3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1. Sommarju

- ( Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

- X Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

Miljun EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Sena 2012 | Sena 2013 | TOTAL |

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali |

Riżorsi umani |

Nefqa amministrattiva oħra |

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali |

Barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali | Riċerka Diretta | Riċerka Diretta | Riċerka Diretta |

Riżorsi umani | 68.021 | 70.474 | 138.495 |

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva | 36.627 | 37.948 | 74.574 |

Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali | 104.648 | 108.421 | 213.069 |

TOTAL | 104.648 | 108.421 | 213.069 |

3.2.3.2. Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

- ( Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

- X Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tkun imfissra f’ammonti sħaħ (jew sa mhux aktar minn post deċimali wieħed)

Sena 2012 | Sena 2013 |

( Karigi fil-pjan tal-istabiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) |

X 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċini tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) |

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) |

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) |

10 01 05 01 (Riċerka diretta) | 566 | 566 |

( Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time - FTE)[20] |

XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-“allokazzjoni globali”) |

XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) |

XX 01 04 yy [21] | - fil-Kwartieri Ġenerali[22] |

- fid-delegazzjonijiet (F4E) |

XX 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka indiretta) |

10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) | 166 | 166 |

Linji baġitarji oħra (speċifika) |

TOTAL | 732 | 732 |

XX hija l-qasam ta’ politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa sejrin jiġu ssodisfati mill-persunal tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-immaniġjar tal-azzjoni u/jew kienu ġew skjerati mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien jekk meħtieġ ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-immaniġjar taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji | Il-kompiti li jirriżultaw mill-programm speċifiku ta’ riċerka nukleari, b’mod partikolari relatati mal-immaniġjar tal-iskart nukleari, is-sikurezza nukleari u s-salvagwardji nukleari u s-sigurtà. |

Persunal estern |

3.2.4. Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

- X Proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

- ( Proposta/inizjattiva sejra tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

Mhux applikabbli

- ( Proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[23].

Mhux applikabbli

3.2.5. Parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament

- Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

- X Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat ta’ hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljun EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Sena 2012 | Sena 2013 |

Speċifika l-korp tal-kofinanzjament | Pajjiżi terzi assoċjati mal-programm |

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati | Il-kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi sejrin jiżdiedu fi stadju aktar tard |

3.3. Impatt stmat fuq id-dħul

- ( Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul.

- X Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

- ( fuq ir-riżorsi tagħha stess

- X fuq id-dħul mixxellanju

Miljun EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul: | Approprjazzjonijiet disponibbli għall-eżerċizzju baġitarju kontinwu | Impatt tal-proposta/inizjattiva[24] |

Sena 2012 | Sena 2013 |

Partita 6013 Partita 6031* | pm pm | pm pm |

* għaddejjin diskussjonijiet mat-Turkija relatati mar-Riċerka Nukleari.

Għal dħul assenjat mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata.

10 03 02 - Approprjazzjonijiet miżjuda minn kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

Speċifika l-metodu għall-kalkolazzjoni tal-impatt fuq id-dħul.

Ċerti stati assoċjati jistgħu jikkontribwixxu għal finanzjament supplimentari tal-programm kwadru permezz ta’ ftehimiet ta’ assoċjazzjoni.

[1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Kwadru tal-Euratom (2006/970/EURATOM), ĠU L54, tat-22.2.2007, p. 21; id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Speċifiku għal azzjonijiet indiretti (2006/976/Euratom), ĠU L54, 22.2.2007, p. 139; ir-Regolament tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-parteċipazzjoni (1908/2006), ĠU L54, 22.2.2007, p. 4; id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku għal azzjonijiet diretti mwettqa mill-JRC (2006/977/Euratom), ĠU L54, 22.2.2007, p. 149.

[2] Opinjoni mogħtija fil-xxx

[3] ĠU C xxx

[4] ĠU L xxx

[5] ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.

[6] ĠU L 357, 31.12.2002, p.1.

[7] ĠU L 312, 23.12.1995, p.1.

[8] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

[9] ĠU L 136, 31.5.1999, p.1.

[10] ABM: Maniġjar Abbażi tal-Attivitajiet – ABB: Baġitjar Abbażi tal-Attivitajiet.

[11] Kif hemm referenza għaliha fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[12] ĠU L 107, 30.4.1996, p. 12- 96/282/Euratom.

[13] ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

[14] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

[15] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

[16] DA= Approprijazzjonijiet Differenzjati / DNA= Approprijazzjonijiet Mhux Differenzjati

[17] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[18] Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Balkani tal-Punent.

[19] Kif deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/ċi...”

[20] CA= Aġent b’Kuntratt; INT= persunal tal-aġenzija (" Intérimaire") ; JED= " Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ f’Delegazzjonijiet); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat;

[21] Taħt il-limitu massimu għal persunal estern mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (preċedentement il-linji "BA").

[22] Essenzjali għall-Fondi Strutturali, Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[23] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[24] Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji tad-dwana, levies fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti netti wara t-tnaqqis ta’ 25% għall-kostijiet tal-ġbir.

  翻译: