24.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/2 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/515/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 843/2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
2011/C 245/02
KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni segwenti tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/515/PESK (1), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 843/2011 (2) dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/273/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja. Ir-raġunijiet għan-nominazzjonijiet ta' dawk il-persuni u l-entitajiet jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti tal-internet fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 442/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 6 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz segwenti:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
Koordinazzjoni DG K |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(2) ĠU L 218, 24.8.2011, p. 1.