22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/148 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (it-18-il Direttiva individwali fis-sena tal-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE)”
COM(2012) 15 finali — 2012/0003 (COD)
2012/C 143/32
Nhar l-1 ta’ Frar 2012, il-Kunsill u nhar it-2 ta’ Frar 2012 il-Parlament Ewropew, iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (it-18-il Direttiva individwali fis-sena tal-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE)
COM(2012) 15 final – 2012/0003 (COD).
Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu tat-22 u tat-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar), b’138 vot favur, 4 voti kontra u 9 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, 22 ta’ Frar 2012
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON