24.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 436/208 |
P7_TA(2013)0478
Assistenza makrofinanzjarja għar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprevedi assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (COM(2013)0242 – C7-0119/2013 – 2013/0128(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2016/C 436/33)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0242), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0119/2013), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ottubru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Baġits (A7-0335/2013), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P7_TC1-COD(2013)0128
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novemrbu 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċizjoni Nru …/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni 1351/2013/UE.)