15.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/115


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-iskambju transfruntier ta' informazzjoni fir-rigward ta' reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq”

(COM(2014) 476 final – 2014/0218 (COD))

(2015/C 012/18)

Nhar id-29 ta' Lulju 2014, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 194(2) tat-TFUE, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-iskambju transfruntier ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq

COM(2014) 476 final – 2014/0218 (COD)

Billi l-Kumitat japprova bla riżervi l-kontenut tal-proposta u jaħseb li m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul il-502 sessjoni plenarja tiegħu tal-15 u s-16 ta' Ottubru 2014 (seduta tal-15 ta' Ottubru 2014), b'172 vot favur, vot wieħed kontra u 2 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, 15 ta' Ottubru 2014

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


  翻译: