14.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 230/117 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija (Kodifikazzjoni)”
(COM(2014) 586 final – 2014/0272 (COD))
(2015/C 230/18)
Nhar l-20 ta’ Ottubru 2014 il-Parlament Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija (Kodifikazzjoni)”
COM(2014) 586 final – 2014/0272 (COD).
Billi l-Kumitat japprova bla riżervi l-kontenut tal-proposta u jaħseb li m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul il-503 sessjoni plenarja tiegħu tal-10 u l-11 ta’ Diċembru 2014 (seduta tal-10 ta’ Diċembru 2014), b’144 vot favur, 3 voti kontra u 2 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE