14.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 230/127 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Unjoni wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (Kodifikazzjoni)”
(COM(2014) 317 final – 2014/0163 (COD))
(2015/C 230/28)
Nhar l-20 ta’ Ottubru 2014, il-Parlament Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Unjoni wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (Kodifikazzjoni)”
COM(2014) 317 final – 2014/0163 (COD).
Billi l-Kumitat iqis li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u m’hemm bżonn tal-ebda kummenti min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul il-503 sessjoni plenarja tiegħu tad-10 u l-11 ta’ Diċembru 2014 (seduta tal-10 ta’ Diċembru), b’148 voti favur, 3 voti kontra u 6 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, l-10 ta' Diċembru 2014.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE