15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/7


Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3, il-Paragrafu 2 tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi

(2014/C 44/09)

Il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku jgħarraf li waslitlu applikazzjoni mingħand Global MED, LLC għal awtorizzazzjoni għall-ipprospettar ta' idrokarburi, bir-referenza “d 85 F.R-.GM”, għal żona li tinsab fiż-Żona F (il-Baħar Jonju), demarkata mill-arki tal-meridjani u l-paralleli, li l-ponot tagħhom huma indikati mill-koordinati ġeografiċi li ġejjin:

Il-Ponot

Koordinati ġeografiċi

Lonġitudini fil-Lvant ta' Greenwich

Latitudni Tramuntana

a

17°44′

39°21′

b

17°50′

39°21′

c

17°50′

39°19′

d

17°52′

39°19′

e

17°52′

39°16′

f

17°54′

39°16′

g

17°54′

39°13′

h

17°56′

39°13′

i

17°56′

39°08′

l

17°58′

39°08′

m

17°58′

39°03′

n

18°01′

39°03′

o

18°01′

38°58′

p

17°44′

38°58′

Il-koordinati ġeografiċi hawn mogħtija ġew stabbiliti skont il-Folja 919 tal-mappa nawtika tal-kosta tal-Italja li ħareġ l-“Istituto Idrografico della Marina Militare” (l-Istitut Idrografiku tal-Flotta Militari) bi skala ta' 1:250 000.

Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-konfini, l-erja tal-wiċċ hija 748,60 km2.

F'konformità mad-Direttiva msemmija hawn fuq; l-Artikolu 4 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996; id-Digriet Ministerjali tal-4 ta' Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta' Marzu 2011, il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku ppubblika avviż li jippermetti lill-awtoritajiet interessati li jressqu applikazzjonijiet għall-permessi ta' riċerka ta' idrokarburi f'kompetizzjoni kummerċjali fl-istess żona demarkata skont il-punti u l-koordinati ġeografiċi msemmija hawn fuq.

L-awtorità responsabbli mill-ħruġ ta' awtorizzazzjoni kkonċernata ta' riċerka huwa l-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku – id-Dipartiment għall-Enerġija – id-Direttorat Ġenerali għar-riżorsi minerali u l-enerġija – it-Taqsima VI.

Ir-regoli għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni minerarja huma specifikati f'dawn id-dispożizzjonijiet:

il-Liġi Nru 613 tal-21 ta' Lulju 1967; il-Liġi Nru 9 tad-9 ta' Jannar 1991; id-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996; id-Digriet Ministerjali tal-4 ta' Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta' Marzu 2011.

L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu sa mhux aktar tard minn 3 xhur minn meta jiġi ppubblikat dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet li jaslu meta jiskadi dan il-perjodu ma jitqisux.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu f'dan l-indirizz:

Ministero dello sviluppo economico

Dipartimento per l’energia

Direzione generale delle risorse minerarie ed energetiche

Divisione VI

Via Molise 2

00187 Roma RM

ITALIA

L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu wkoll b'email iċċertifikat (PEC) f'dan l-indirizz: ene.rme.div6@pec.sviluppoeconomico.gov.it u fih jinhemżu d-dokumenti meħtieġa f'format elettroniku u l-firma diġitali biss tar-rappreżentant legali tal-applikant.

Għall-finijiet tal-Punt 2 tal-Anness A tad-Digriet Nru 22 tal-President tal-Kunsill tal-Ministri tat-22 ta' Diċembru 2010, il-proċedura unika għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' riċerka ma għandhiex ittul aktar minn 180 jum.


  翻译: