9.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/41 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva
(2017/C 185/07)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
Emenda 1
Premessa 6
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Id-direttiva ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jieħdu miżuri kontra s-servizzi tal-media awdjoviżiva li joriġinaw minn pajjiżi terzi u li huma mmirata lejn it-territorju tagħhom. Fil-fatt, dawn is-servizzi fil-prinċipju mhumiex mill-pajjiż ta’ oriġini. B’mod partikolari, din id-direttiva ma teskludix l-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ reġistrazzjoni tas-servizzi tal-media awdjoviżiva li ġejjin minn pajjiżi terzi, u lanqas l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet kontrihom. |
Raġuni
Servizzi tal-media awdjoviżiva minn barra l-Unjoni Ewropea jistgħu jikkawżaw xkiel serju għas-servizzi tal-media, u b’mod iżjed preċiż fl-isfera pubblika, f’ċerti Stati Membri. Il-prinċipju tal-pajjiż ta’ oriġini ma japplikax għal dawn is-servizzi. Mhuwiex meħtieġ għal dan it-tip ta’ leġislazzjoni li tinkludi tali speċifikazzjoni, imma huwa utli – sabiex jiżguraw li d-Direttiva tiġi interpretata b’mod uniformi – għall-premessi li jissemma li l-Istati Membri huma liberi li jieħdu miżuri kontra dawn is-servizzi.
Emenda 2
Premessa (9)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Sabiex it-telespettaturi, inklużi l-ġenituri u l-minorenni, jingħataw is-setgħa biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-kontenut li sejjer jiġi segwit, huwa meħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar il-kontenut li jista’ jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni. Dan jista’ jsir, pereżempju, permezz ta’ sistema ta’ deskritturi tal-kontenut li jindikaw in-natura tal-kontenut. Id-deskritturi tal-kontenut għandhom jitwasslu b’mezzi grafiċi, akustiċi jew bil-miktub. |
Sabiex it-telespettaturi, inklużi l-ġenituri u l-minorenni, jingħataw is-setgħa biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-kontenut li sejjer jiġi segwit, huwa meħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar il-kontenut li jista’ jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni. Dan jista’ jsir, pereżempju, permezz ta’ sistema ta’ deskritturi tal-kontenut li jindikaw in-natura tal-kontenut. Id-deskritturi tal-kontenut għandhom jitwasslu b’mezzi grafiċi, akustiċi u/ jew bil-miktub. |
Raġuni
Aktar mas-servizzi tal-media awdjoviżiva jużaw mezzi differenti biex jiddeskrivu l-kontenut, dan il-kontenut aktar ikun viżibbli u aktar huwa probabbli li jiġi nnotat, u b’hekk ikun aktar probabbli li jilħaq l-għan tiegħu.
Emenda 3
Premessa 17
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Ir-regola li prodott ma għandux jingħata prominenza żejda rriżultat diffiċli biex tiġi applikata fil-prattika. Hija tirrestrinġi wkoll l-użu tal-inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali li, minnu nnifsu, jinvolvi ċertu livell ta’ esponiment prominenti sabiex ikun kapaċi jiġġenera valur. Ir-rekwiżiti għall-programmi li fihom l-inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali għalhekk għandhom jiffukaw fuq li jinfurmaw lit-telespettaturi b’mod ċar dwar l-eżistenza tal-inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali u fuq l-iżgurar li l-indipendenza editorjali tal-fornitur ta’ servizz tal-midja awdjoviżiva mhijiex affettwata. |
Ir-regola li prodott ma għandux jingħata prominenza żejda rriżultat diffiċli biex tiġi applikata fil-prattika. Hija tirrestrinġi wkoll l-użu tal-inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali li, minnu nnifsu, jinvolvi ċertu livell ta’ esponiment prominenti sabiex ikun kapaċi jiġġenera valur. Ir-rekwiżiti għall-programmi li fihom l-inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali għalhekk għandhom jiffukaw fuq li jinfurmaw lit-telespettaturi b’mod ċar u b’mod faċilment aċċessibbli dwar l-eżistenza tal-inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali u fuq l-iżgurar li l-indipendenza editorjali tal-fornitur ta’ servizz tal-midja awdjoviżiva mhijiex affettwata. |
Raġuni
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jqis li huwa importanti li mhux biss il-kontenut tal-informazzjoni, iżda wkoll l-aċċessibbiltà tagħha, tagħmilha ċara li l-programm jinkludi t-tqegħid ta’ prodott.
Emenda 4
Premessa 30
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Fir-rigward tal-kontenut onlajn, sa mit-tieni nofs tas-snin disgħin l-Unjoni Ewropea ilha tagħti rwol importanti lill-istrumenti mhux legali (ara, b’mod partikolari, ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 1998, dwar il-ħarsien tal-minorenni u d-dinjità tal-bniedem, kif ukoll ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-minorenni u d-dinjità tal-bniedem u dwar id-dritt ta’ tweġiba b’rabta mal-kompetittività tal-industrija Ewropea tas-servizzi awdjoviżivi u ta’ informazzjoni onlajn). Dawn l-istrumenti, notevolment is-servizzi ta’ linji telefoniċi ta’ emerġenza, is-sistemi tal-kontroll tal-età, il-klassifikazzjoni tal-kontenut kif ukoll is-sistemi ta’ kontroll tal-ġenituri, huma wkoll effikaċi sabiex jiġi regolat il-kontenut pubblikat fuq il-pjattaformi tal-qsim tal-vidjos. Is-servizzi tal-linji telefoniċi ta’ emerġenza huma mezz importanti u essenzjali għall-protezzjoni tal-minorenni, u li l-missjoni tagħhom hija li joffru l-possibbiltà li jitressaq ilment, b’mod sempliċi u faċilment aċċessibbli għall-utent, u biex fil-każ ta’ ksur, jiġu infurmati l-awtoritajiet ikkonċernati. Is-sistemi ta’ kontroll tal-età joffru livell ta’ protezzjoni adegwat b’mod partikolari fejn l-età tal-utent hija verifikata permezz tad-data inkluża fid-dokument tal-identià disponibbli eskużivament għal utent adult, meta mqabbla ma’ dikjarazzjoni mhux b’saħħitha tal-età minn parti terza, jew id-data bijometrika. Il-klassifikazzjoni tal-kontenut mill-utenti stess (il-ġenituri) jew l-entitajiet taċ-ċertifikazzjoni, hija bbażata fuq kriterji differenti – vjolenza, sess, logħob tal-azzard, lingwaġġ vulgari, eċċ. –, u tippermetti li l-kontenut disponibbli fuq il-pjattaformi tal-qsim ta’ vidjos jiġi kklassifikat f’kategoriji differenti, u b’hekk isservi ta’ bażi biex jiġi limitat l-aċċess għal dan il-kontenut. Is-sistemi ta’ kontroll tal-ġenituri jippermettu lill-ġenituri jillimitaw l-aċċess għall-Internet tat-tfal tagħhom minorenni, bis-saħħa ta’ lista ta’ kontenut adatt għall-minorenni jew l-iffiltrar tal-kontenut mhux adatt għat-tfal. |
Raġuni
L-Artikolu 28a ġdid tad-Direttiva jobbliga operaturi ta’ pjattaformi ta’ tqassim ta’ filmati biex jieħdu miżuri xierqa biex iħarsu lill-minorenni u jipprojibixxu kontenut li jinċita l-mibegħda. Linji telefoniċi għall-għajnuna, sistema ta’ verifikazzjoni tal-età, sistemi ta’ kontroll mill-ġenituri u l-klassifikazzjoni tal-kontenut huma kkunsidrati miżuri xierqa. Minħabba l-iżvilupp rapidu tat-teknoloġija, il-kontenut ta’ tali miżuri ma jistax jiġi stipulat f’dispożizzjonijiet legali dettaljati. Madankollu, sabiex jiżguraw li d-Direttiva tiġi interpretata b’mod uniformi mill-fornituri tas-servizzi u mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti, ikun utli wkoll li l-premessi tad-Direttiva jinkludu xi spjegazzjoni tal-miżuri differenti.
Emenda 5
Premessa 38
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-Istati Membri li jimponu obbligi biex jiġu żgurati l-possibbilità tas-sejbien u l-aċċessibilità ta’ kontenut ta’ interess ġenerali definiti rilevanti għal objettivi ta’ interess ġenerali definiti, bħall-pluraliżmu tal-midja, il-libertà tal-kelma u d-diversità kulturali. Dawn l-obbligi għandhom jiġu imposti biss meta jkunu meħtieġa biex jintlaħqu objettivi ta’ interess ġenerali definiti b’mod ċar mill-Istati Membri b’konformità mad-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw b’mod partikolari l-ħtieġa ta’ intervent regolatorju minħabba r-riżultati konsegwenti mill-forzi tas-suq. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimponu regoli dwar il-possibbilità tas-sejbien, dawn għandhom jimponu biss obbligi proporzjonati fuq l-impriżi, fl-interess ta’ kunsiderazzjonijiet leġittimi ta’ politika pubblika. |
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-Istati Membri li jimponu obbligi biex jiġu żgurati l-possibbilità tas-sejbien u l-aċċessibilità ta’ kontenut ta’ interess ġenerali definiti rilevanti għal objettivi ta’ interess ġenerali definiti, bħall-pluraliżmu tal-midja, il-libertà tal-kelma u d-diversità kulturali. Dawn l-obbligi għandhom jiġu imposti biss meta jkunu meħtieġa biex jintlaħqu objettivi ta’ interess ġenerali definiti b’mod ċar mill-Istati Membri b’konformità mad-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw b’mod partikolari l-ħtieġa ta’ intervent regolatorju minħabba r-riżultati konsegwenti mill-forzi tas-suq , in-nuqqas ta’ trasparenza tas-sjieda tal-media, il-konċentrazzjoni tal-media u l-konflitti ta’ interess. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimponu regoli dwar il-possibbilità tas-sejbien, dawn għandhom jimponu biss obbligi proporzjonati fuq l-impriżi, fl-interess ta’ kunsiderazzjonijiet leġittimi ta’ politika pubblika. |
Emenda 6
Artikolu 1(5)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
5. L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej: |
5. L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej: |
||||
(…) |
(…) |
||||
|
|
||||
“7. L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-koregolamentazzjoni u l-awtoregolamentazzjoni permezz ta’ kodiċijiet ta’ kondotta adottati fil-livell nazzjonali fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva sal-limitu permess mis-sistemi legali tagħhom. Dawk il-kodiċijiet għandhom ikunu tali li jkunu aċċettati b’mod wiesa’ mill-partijiet ikkonċernati fl-Istati Membri kkonċernati. Il-kodiċijiet ta’ kondotta għandhom jistabbilixxu l-objettivi tagħhom b’mod ċar u mingħajr ambigwità. Huma għandhom jipprovdu għal monitoraġġ u evalwazzjoni regolari, trasparenti u indipendenti tal-ksib tal-objettivi mmirati. Huma għandhom jipprovdu għal infurzar effettiv, li jinkludi fejn xieraq sanzjonijiet proporzjonati effettivi. |
“7. L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-koregolamentazzjoni u l-awtoregolamentazzjoni permezz ta’ kodiċijiet ta’ kondotta adottati fil-livell nazzjonali fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva sal-limitu permess mis-sistemi legali tagħhom. Dawk il-kodiċijiet għandhom ikunu tali li jkunu aċċettati b’mod wiesa’ mill-partijiet ikkonċernati fl-Istati Membri kkonċernati. Il-kodiċijiet ta’ kondotta għandhom jistabbilixxu l-objettivi tagħhom b’mod ċar u mingħajr ambigwità. Huma għandhom jipprovdu għal monitoraġġ u evalwazzjoni regolari, trasparenti u indipendenti tal-ksib tal-objettivi mmirati. Huma għandhom jipprovdu għal infurzar effettiv, li jinkludi fejn xieraq sanzjonijiet proporzjonati effettivi. |
||||
Abbozzi ta’ kodiċijiet ta’ kondotta tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 6a (3), 9(2) u 9(4) u emendi jew estensjonijiet għal kodiċijiet ta’ kondotta tal-Unjoni eżistenti għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni mill-firmatarji ta’ dawn il-kodiċijiet. |
Abbozzi ta’ kodiċijiet ta’ kondotta tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 6a (3), 9(2) u 9(4) u emendi jew estensjonijiet għal kodiċijiet ta’ kondotta tal-Unjoni eżistenti għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni mill-firmatarji ta’ dawn il-kodiċijiet. |
||||
Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-ERGA biex jagħti opinjoni dwar l-abbozzi, l-emendi jew l-estensjonijiet ta’ dawk il-kodiċijiet. Il-Kummissjoni tista’ tippubblika dawk il-kodiċijiet kif meħtieġ.”; |
Il-Kummissjoni titlob lill-ERGA biex jagħti opinjoni dwar l-abbozzi, l-emendi jew l-estensjonijiet ta’ dawk il-kodiċijiet. Il-Kummissjoni tippubblika dawk il-kodiċijiet kif meħtieġ.”; |
Raġuni
Evidenti.
Emenda 7
Artikolu 1(7)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||
|
jiżdied il-punt e) tal-Artikolu 5 kif ġej:
|
Raġuni
Mill-lat ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva, huwa ta’ importanza kruċjali li tinkiseb informazzjoni dwar il-persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridiċi li jkollhom influwenza deċiżiva fuq il-funzjonament tal-forniment tas-servizzi u fuq id-deċiżjonijiet tal-fornituri ta’ servizzi tal-midja awdjoviżivi, jew minħabba s-sjieda jew id-drittijiet tal-vot tagħhom, jew minħabba drittijiet oħra li huma jkollhom taħt ftehim. Din l-emenda, li għandha l-għan li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ tali persuni u entitajiet, tirreferi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu. It-trasparenza fir-rigward tas-sjieda tal-fornituri tal-midja hija wkoll prerekwiżit essenzjali għal-libertà tal-midja.
Emenda 8
Artikolu 1(10)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
10. L-Artikolu 7 jitħassar; |
|
Raġuni
L-Artikolu 7 ġie mħassar mid-Direttiva minħabba li l-proposta għal Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità, diġà stipulat rekwiżiti komuni aktar stretti f’dan il-qasam għal fornituri ta’ servizzi tal-media. Madankollu, l-imsemmi Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà għadu ma ġiex adottat, u mhuwiex mixtieq li nkunu f’sitwazzjoni fejn id-Direttiva ma tibqax tinkludi referenzi għall-aċċessibbiltà filwaqt li l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà l-ġdid għadu ma ġiex adottat (jew jiġi traspost fil-livell ta’ Stat Membru). Sakemm l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità ma ġiex traspost fil-leġislazzjoni ta’ kull Stat Membru, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ma japprovax it-tħassir tal-Artikolu 7.
Emenda 9
Artikolu 1(11)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
(11) L-Artikolu 9 hu emendat kif ġej: |
(11) L-Artikolu 9 hu emendat kif ġej: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni ta’ minorenni.
Emenda 10
Artikolu 1(15)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
15. L-Artikolu 13 jinbidel b’dan li ġej: |
15. L-Artikolu 13 jinbidel b’dan li ġej: |
“Artikolu 13 |
“Artikolu 13 |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ikollhom mill-inqas sehem ta’ 20 % ta’ xogħlijiet Ewropej fil-katalgu tagħhom u jiżguraw prominenza ta’ dawn ix-xogħlijiet. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ikollhom fil-katalgu tagħhom xogħlijiet Ewropej b’mill-inqas sehem ta’ 20 % tat-tul totali tal-programmi li huma jfornu, u jiżguraw prominenza ta’ dawn ix-xogħlijiet billi jassiguraw li jkollhom post tajjeb u faċli li jinstabu fil-katalgu tagħhom . |
(…) |
(…) |
5. L-Istati Membri għandhom jirrinunzjaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 u 2 għall-fornituri b’fatturat baxx jew b’udjenza baxxa jew jekk ikunu intrapriżi żgħar u mikrointrapriżi. L-Istati Membri jistgħu wkoll jirrinunzjaw għal dawn ir-rekwiżiti f’każijiet fejn ikunu imprattikabbli jew mhux ġustifikati minħabba n-natura jew is-suġġett tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand.”; |
5. L-Istati Membri għandhom jirrinunzjaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 u 2 għall-fornituri , inklużi gvernijiet lokali sidien ta’ midja awdjoviżiva, b’fatturat baxx jew b’udjenza baxxa , sew jekk fornituri lokali jew reġjonali, jew jekk ikunu intrapriżi żgħar u mikrointrapriżi. L-Istati Membri jistgħu wkoll jirrinunzjaw għal dawn ir-rekwiżiti f’każijiet fejn ikunu imprattikabbli jew mhux ġustifikati minħabba n-natura jew is-suġġett tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand.”; |
Raġuni
Iż-żieda fil-paragrafu 1 hija maħsuba biex tikkjarifika din id-dispożizzjoni.
Rigward iż-żieda fil-paragrafu 5, f’xi Stati Membri, pereżempju, l-istazzjonijiet televiżivi lokali ma jitqisux intrapriżi ż-żgħar jew mikrointrapriżi għax ikunu proprjetà tal-gvern lokali. Dawn jistgħu jitqiesu bħala impriżi ta’ daqs medju jew impriżi kbar, u għalhekk għandhom jissemmew separatament fil-lista.
Emenda 11
Artikolu 1(16)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
16. Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: |
Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: |
“It-trażmissjoni ta’ films magħmula għat-televiżjoni (esklużi sensiliet, serje u dokumentarji), xogħlijiet ċinematografiċi u programmi tal-aħbarijiet jistgħu jiġu interrotti minn reklamar televiżiv u/jew telebejgħ darba waqt kull perjodu skedat ta’ mill-inqas 20 minuta.”; |
“It-trażmissjoni ta’ films magħmula għat-televiżjoni (esklużi sensiliet, serje u dokumentarji), xogħlijiet ċinematografiċi u programmi tal-aħbarijiet jistgħu jiġu interrotti minn reklamar televiżiv u/jew telebejgħ darba waqt kull perjodu skedat ta’ mill-inqas 30 minuta.”; |
Raġuni
Fir-rigward tat-trażmissjoni ta’ films magħmula għat-televiżjoni (esklużi sensiliet, serje u dokumentarji), xogħlijiet ċinematografiċi u programmi tal-aħbarijiet, id-Direttiva attwali tipprovdi għall-possibilità ta’ interruzzjonijiet fix-xandir għal reklamar televiżiv u/jew telebejgħ darba waqt kull perjodu skedat ta’ mill-inqas 30 minuta. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jipproponi madankollu li l-limitu ta’ qabel ta’ 30 minuta ma jitnaqqasx, peress li din l-interruzzjoni fil-biċċa l-kbira timpedixxi t-tgawdija sħiħa tax-xogħlijiet ċinematografiċi u b’hekk imur kontra esperjenza pożittiva tat-telespettatur.
Emenda 12
Artikolu 1(17)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||||
|
17) L-Artikolu 22 huwa sostitwit b’dan li ġej: |
||||||||||||||
|
Artikolu 22 Ir-reklamar u t-teleshopping fuq it-televiżjoni għal xorb alkoħoliku għandu jkun konformi mal-kriterji li ġejjin:
|
Raġuni
L-evidenza xjentifika turi rabta bejn l-espożizzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-alkoħol u żieda fil-konsum tal-alkoħol fost iż-żgħażagħ. L-avvenimenti sportivi għandhom jiġu kkunsidrati bħala programmi mmirati għat-tfal. Għalhekk, ir-reklamar tal-alkoħol għandu jkun projbit, filwaqt li madankollu jittieħdu f’kunsiderazzjoni kuntratti ta’ sponsorizzazzjoni li għaddejjin bħalissa għal perjodu ta’ żmien qasir u medju.
Emenda 13
Artikolu 1(19)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
jiddaħħal il-Kapitolu IXa li ġej: |
jiddaħħal il-Kapitolu IXa li ġej: |
“IL-KAPITOLU IXa – DISPOŻIZZJONI APPLIKABBLI GĦAS-SERVIZZI TA’ PJATTAFORMA TA’ VIDEO-SHARING |
IL-KAPITOLU IXa “IL-KAPITOLU IXa – DISPOŻIZZJONI APPLIKABBLI GĦAS-SERVIZZI TA’ PJATTAFORMA TA’ VIDEO-SHARING |
Artikolu 28a |
Artikolu 28a |
(1) […] |
(1) […] |
7. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu lill-fornituri ta’ pjattaforma ta’ video-sharing biex jikkondividu l-aħjar prattiċi dwar sistemi koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta’ kodiċijiet ta’ kondotta tal-Unjoni. |
7. Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu lill-fornituri ta’ pjattaforma ta’ video-sharing biex jikkondividu l-aħjar prattiċi dwar sistemi koregolatorji madwar l-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta’ kodiċijiet ta’ kondotta tal-Unjoni , notevolment bit-tfassil u l-pubblikazzjoni tal-mudelli tal-kodiċijiet . |
(…) |
(…) |
Raġuni
Evidenti.
Emenda 14
Artikolu 1(21)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
21. L-Artikolu 30 huwa sostitwit b’dan li ġej: |
21. L-Artikolu 30 huwa sostitwit b’dan li ġej: |
“Artikolu 30 |
“Artikolu 30 |
(1) […] |
(1) […] |
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet regolatorji nazzjonali indipendenti jkollhom baġits annwali separati. Il-baġits għandhom ikunu pubbliċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompitu assenjat lilhom u biex jipparteċipaw b’mod attiv fi u jikkontribwixxu għall-ERGA. |
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet regolatorji nazzjonali indipendenti jkollhom baġits annwali separati. Il-baġits għandhom ikunu dettaljati biżżejjed u pubbliċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompitu assenjat lilhom u biex jipparteċipaw b’mod attiv fi u jikkontribwixxu għall-ERGA. |
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu mekkaniżmi effettivi fil-livell nazzjonali taħt liema kwalunkwe utent jew fornitur ta’ servizzi tal-midja jew fornitur ta’ pjattaforma ta’ video-sharing li huma affettwati minn deċiżjoni ta’ awtorità regolatorja nazzjonali jkollhom id-dritt ta’ appell kontra d-deċiżjoni quddiem korp ta’ appell. Il-korp ta’ appell għandu jkun indipendenti mill-partijiet involuti fl-appell. |
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu mekkaniżmi effettivi fil-livell nazzjonali taħt liema kwalunkwe utent jew fornitur ta’ servizzi tal-midja jew fornitur ta’ pjattaforma ta’ video-sharing li huma affettwati minn deċiżjoni ta’ awtorità regolatorja nazzjonali jkollhom id-dritt ta’ appell kontra d-deċiżjoni quddiem korp ta’ appell. Il-korp ta’ appell għandu jkun indipendenti mill-partijiet involuti fl-appell. |
Dak il-korp ta’ appell, li għandu jkun qorti, għandu jkollu l-ħila esperta adatta biex ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħed kont debitu tal-merti tal-każ u li jkun hemm mekkaniżmu ta’ appell effettiv. |
Dak il-korp ta’ appell, li għandu jkun qorti, għandu jkollu l-ħila esperta adatta biex ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħed kont debitu tal-merti tal-każ u li jkun hemm mekkaniżmu ta’ appell effettiv. |
Sakemm ikun magħruf l-eżitu tal-appell, id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tibqa’ valida, diment li l-miżuri interim jingħataw skont il-liġi nazzjonali.”; |
Sakemm ikun magħruf l-eżitu tal-appell, id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tibqa’ valida, diment li l-miżuri interim jingħataw skont il-liġi nazzjonali.” |
|
8. L-implimentazzjoni tal-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-ewwel sentenza tal-paragrafu 2, hija sorveljata u evalwata, konformi mal-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2007, mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, fuq talba tal-Kummissjoni. Fil-qafas ta’ din l-analiżi, li ssir kull sentejn, il-funzjonament u l-attivitajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jiġu eżaminati bil-parteċipazzjoni ta’ firxa kemm jista’ jkun wiesgħa ta’ partijiet interessati. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, tiddefinixxi l-kriterji li huma l-baż tal-analiżi tagħha wara konsultazzjoni pubblika. Ir-riżultati tal-analiżi jiġu ppubblikati. |
Raġuni
Paragrafu 6: il-baġits disponibbli għall-pubbliku għandhom jinkludu data komprensiva u dettaljata biżżejjed biex b’mod korrett jirriflettu l-kompożizzjoni tad-dħul u n-nefqa tal-awtorità nazzjonali indipendenti. Baġit iddettaljat biżżejjed jista’ jiggarantixxi li l-awtorità regolatorja nazzjonali indipendenti tkun konformi mar-rekwiżiti tat-trasparenza.
Paragrafu 8 ġdid: id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 dwar l-organizzazzjoni u l-finanzjament tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali joffru garanziji importanti tal-indipendenza tagħhom. Madankollu, is-sodisfar tal-kriterji stabbiliti fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 30(2) huwa esklużivament marbut ma’ attivitajiet, deċiżjonijiet u t-trasparenza attwali tal-funzjonament tal-awtoritajiet regolatorji. F’dan il-kuntest, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita sistema ta’ monitoraġġ fil-livell tal-UE li tevalwa mhux biss il-metodi ta’ ħidma tal-awtoritajiet regolatorji u l-qafas leġislattiv applikabbli għalihom, iżda wkoll l-attivitajiet tagħhom, u dawn il-valutazzjonijiet għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku. Dawn il-valutazzjonijiet għandhom jipprovdu data oġġettiva u komparabbli dwar sa liema punt il-liġijiet differenti fl-Istati Membri jiggarantixxu l-livell ta’ indipendenza meħtieġ biex jiġi żgurat il-pluraliżmu tal-midja, id-diversità kulturali, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-suq intern u l-promozzjoni ta’ kompetizzjoni ġusta, kif imsemmi fil-paragrafu 2.
In-natura u l-firxa ta’ valutazzjonijiet jeħtieġu li jiġu kkunsidrati, waqt li jkunu qed jiġu mfassla, l-għarfien, l-esperjenzi u l-fehmiet ta’ firxa kemm jista’ jkun wiesgħa ta’ atturi mill-gvern, il-midja, is-soċjetà ċivili u l-qasam akkademiku.
Ir-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ mhux se jkollhom konsegwenzi ġuridiċi diretti. Madankollu, ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli jistgħu jagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni li tista’ tiżvela kwalunkwe nuqqasijiet fit-traspożizzjoni tal-Artikolu 30, u jistgħu jservu bħala bażi għal proċeduri ta’ ksur.
Emenda 15
Artikolu 1(22)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
(22) jiddaħħal l-Artikolu 30a li ġej: |
(22) jiddaħħal l-Artikolu 30a li ġej: |
||||
“Artikolu 30a |
“Artikolu 30a |
||||
1. Il-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) huwa b’dan stabbilit. |
1. Il-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) huwa b’dan stabbilit. |
||||
2. Huwa għandu jkun magħmul minn awtoritajiet regolatorji indipendenti nazzjonali fil-qasam tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva. Għandhom ikunu rappreżentati mill-kapijiet jew minn rappreżentanti ta’ livell ogħli nominati tal-awtorità regolatorja nazzjonali bir-responsabbiltà primarja għas-sorveljanza tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, jew f’każijiet fejn mhemmx awtorità regolatorja nazzjonali, minn rappreżentanti oħrajn kif magħżul permezz tal-proċeduri tagħhom. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-grupp. |
2. Huwa għandu jkun magħmul minn awtoritajiet regolatorji indipendenti nazzjonali fil-qasam tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva. Għandhom ikunu rappreżentati mill-kapijiet jew minn rappreżentanti ta’ livell ogħli nominati tal-awtorità regolatorja nazzjonali bir-responsabbiltà primarja għas-sorveljanza tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, jew f’każijiet fejn mhemmx awtorità regolatorja nazzjonali, minn rappreżentanti oħrajn kif magħżul permezz tal-proċeduri tagħhom. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-grupp. |
||||
3. L-ERGA għandu jkollu l-kompiti li ġejjin: |
3. L-ERGA għandu jkollu l-kompiti li ġejjin: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, ir-regoli ta’ proċedura għall-ERGA.”; |
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, ir-regoli ta’ proċedura għall-ERGA.”; |
Raġuni
L-iffissar ta’ mira għall-iżvilupp tal-litteriżmu medjatiku huwa essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi regolatorji tad-Direttiva, jiġifieri li tistabbilixxi regolament li kapaċi jindirizza l-isfidi tas-sistema tal-midja diġitali. Diversi Stati Membri għamlu progress sinifikanti fl-iżvilupp tal-litteriżmu medjatiku. Il-qsim tar-riżultati jippromovi b’mod effettiv l-iżvilupp ta’ għodod u metodi użati, kif ukoll l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet fil-livell Ewropew.
F’bosta Stati Membri, l-awtoritajiet regolatorji dwar il-midja għandhom rwol importanti fl-iżvilupp tal-litteriżmu medjatiku. Fost affarijiet oħra, huma jieħdu sehem fir-riċerka li tifforma l-bażi ta’ dan l-iżvilupp, jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-programmi mmirati biex itejbu l-litteriżmu medjatiku u jikkontribwixxu, permezz ta’ kampanji ta’ informazzjoni, biex jiżdied il-livell ta’ litteriżmu medjatiku. Huma jistgħu anke jkollhom rwol essenzjali fil-koordinazzjoni tal-atturi u s-setturi involuti, kif ukoll biex ikejlu u jivvalutaw ir-riżultati miksuba. L-iskambju tal-aħjar prattiki jista’ jżid il-maturità u l-effettività tal-azzjoni tal-awtoritajiet regolatorji tal-midja fil-qasam tal-iżvilupp tal-litteriżmu medjatiku.
L-iżvilupp tal-litteriżmu medjatiku huwa responsabbiltà kondiviża bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali indipendenti, il-fornituri tas-servizzi tal-media u l-istabbilimenti edukattivi. Din id-Direttiva għandha tippromwovi din il-kooperazzjoni mingħajr ma taqbeż is-setgħat regolatorji tiegħu.
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,
Kummenti ġenerali
1. |
jilqa’ bi pjaċir ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva kif ukoll dwar il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea laqgħet b’interess diversi proposti tal-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar is-suġġett adottata fl-2015; |
2. |
jilqa’ b’sodisfazzjon l-emenda dwar id-derogi fir-rigward tal-prinċipju tal-pajjiż ta’ oriġini, li jippermettu, fil-qafas ta’ proċeduri iżjed ċari u sempliċi, li jitqiesu l-interessi tal-pajjiż destinatarju; |
3. |
madankollu, jiddispjaċih li d-direttiva l-ġdida ma tikkunsidrax id-dimensjoni reġjonali kif ġie rakkomandat qabel mill-Kumitat tar-Reġjuni, li kien jikkontribwixxi għall-valorizzazzjoni tal-identitajiet kulturali Ewropej, il-koproduzzjonijiet transkonfinali tagħhom fi ħdan l-Unjoni Ewropa u l-innovazzjonijiet kreattivi lokali; |
4. |
barra minn hekk, jinsisti dwar il-ħtieġa li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tad-direttiva, għaliex dawn għandhom rwol importanti ħafna fil-qasam tas-servizzi tal-media awdjoviżiva. F’diversi Stati Membri wħud minnhom huma sidien ta’ kumpaniji ta’ servizzi tal-media, li jistgħu anke ma jaqgħux taħt il-kategorija ta’ intrapriżi mikro u żgħar; |
5. |
itenni li l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fir-rigward tal-poteri pubbliċi kif ukoll tal-atturi awdjoviżivi u l-partijiet politiċi, tikkostitwixxi pedament tar-regolamentazzjoni tal-media awdjoviża Ewropea, li hija r-responsabbiltà ta’ kull Stat Membru li jassiguraha akkost ta’ kollox, u li hija l-ewwel garanzija tad-diversità tal-informazzjoni u ta’ suq tal-media pluralist fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali; |
6. |
jilqa’ b’sodisfazzjon li d-Direttiva riveduta testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għas-servizzi tal-pjattaformi tal-qsim tal-vidjos, li jaqdu rwol dejjem iżjed importanti fost il-fornituri ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva; |
7. |
jinsab imħasseb dwar il-fatt li r-regolamentazzjoni proposta fir-rigward tal-leġislazzjoni applikabbli għall-pjattaformi tal-qsim tal-vidjos ma tiċċarax is-sitwazzjonijiet fejn il-fornitur m’għandu l-ebda interess li jistabbilixxi ruħu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, iżda fejn is-servizz ikun disponibbli għaċ-ċittadini Ewropej; |
8. |
josserva li attwalment il-bejgħ mill-ġdid tal-kontenut barra mill-infrastruttura (servizzi “over-the-top”), li jirrappreżenta sehem qed jikber tas-suq tas-servizzi tal-media awdjoviżiva, jopera f’qafas leġislattiv xejn ċar u jistieden lill-Kummissjoni biex fir-regolamentazzjoni futura dwar il-media u l-komunikazzjonijiet, u speċjalment matul ir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi, tagħti attenzjoni partikolari għall-kjarifika tas-sitwazzjoni leġislattiva ta’ din il-prattika; |
9. |
jixtieq jerġa’ jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-minoritajiet lingwistiċi u kulturali li jiffaċċjaw ostakoli meta jfittxu aċċess għal servizzi tal-media awdjoviżiva fil-lingwa tagħhom; |
10. |
jaħseb li jkun tajjeb li fil-proċeduri differenti tal-ERGA, jittieħed kont tad-dimensjoni reġjonali ta’ ċerti kwistjonijiet regolatorji u li jiġu riflessi l-prinċipji territorjali; |
Protezzjoni tal-minorenni
11. |
jilqa’ bi pjaċir il-fatt li d-direttiva riveduta ssaħħaħ u tarmonizza l-protezzjoni tal-minorenni, kif kien intalab f’rakkomandazzjoni preċedenti. Jitlob għall-istabbiliment ta’ miżuri inċiżivi favur il-kontenut maħsub speċifikament għat-tfal, kif ukoll l-istimolu ta’ sħubijiet bejn operaturi awdjoviżivi u l-komunità edukattiva fl-ambjent diġitali; |
Litteriżmu medjatiku
12. |
ifakkar fl-importanza li jagħti lill-promozzjoni msaħħa tal-kontenut edukattiv fil-media, speċjalment il-media l-ġdida; |
13. |
jenfasizza li għandhom jiġu allokati riżorsi għall-iżvilupp tal-edukazzjoni dwar il-media sabiex is-servizzi tal-media awdjoviżiva ma joffrux biss offerta omoġenja, iżda jirriflettu b’mod ugwali l-istrutturi u l-partikolaritajiet tar-reġjuni fil-livell ekonomiku, kummerċjali u kulturali; |
Il-libertà u l-pluraliżmu tal-media
14. |
jinsab imħasseb dwar il-fatt li r-Regolament propost ma jindirizzax it-trasparenza fis-sjieda tal-media, il-konċentrazzjoni tal-media u l-konflitti ta’ interess, li kollha kemm huma għandhom impatt kbir fuq il-pluraliżmu tal-media u l-libertà tal-media; |
Protezzjoni tal-konsumatur
15. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-emenda tad-Direttiva tinkludi t-tnaqqis tar-regoli dwar il-ħin tar-reklami, u b’mod iktar preċiż, li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolamentazzjoni tas-servizzi tal-media awdjoviżiva mhux lineari; |
Promozzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej
16. |
japprova li l-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar mhumiex obbligati li jikkontribwixxu finanzjarjament għall-produzzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej; jirrimarka madankollu lill-Kummissjoni li ħafna stazzjonijiet televiżivi lokali u reġjonali li jxandru l-programmi tagħhom fuq is-sit tal-Internet tagħhom fil-għamla ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand ma jaqgħux f’din il-kategorija; |
17. |
jilqa’ bi pjaċir li fil-każ ta’ servizzi on-demand, id-Direttiva riveduta tiggarantixxi kundizzjonijiet ugwali għal xogħlijiet Ewropej, li jrid ikunu sehem ta’ mill-inqas 20 % tal-katalgu tal-fornituri ta’ dawn is-servizzi; |
18. |
jenfasizza li fir-rigward tas-servizzi on-demand, mhijiex biżżejjed l-esiġenża ta’ mill-inqas 20 % mitluba mill-fornituri tas-servizzi; huwa meħtieġ bl-istess mod li dawn ix-xogħlijiet ikunu faċli biex jinstabu u aċċessibbli għall-utenti; |
Sussidjarjetà u proporzjonalità
19. |
jenfasizza li, filwaqt li jidher li l-proposta tikkonforma mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, l-approċċ ta’ armonizzazzjoni minima u l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni għandhom jiġu ppreservati u għalhekk, ir-regoli proposti dwar l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iħallu biżżejjed lok għall-manuvra fir-rigward tat-teħid ta’ deċiżjonijiet nazzjonali u sottonazzjonali; |
Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2016.
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Markku MARKKULA