4.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/32 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-6 ta’ Mejju 2009 — Outokumpu u Luvata vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-122/04) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tat-tubi industrijali tar-ram - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq - Multi - Daqs tas-suq ikkonċernat - Ċirkustanzi aggravanti - Ksur ripetut)
2009/C 153/61
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Outokumpu Oyj (Espoo, il-Finlandja); u Luvata Oy, li qabel kienet Outokumpu Copper Products Oy (Espoo) (rappreżentanti: J. Ratliff, barrister, F. Distefano u J. Luostarinen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: É. Gippini Fournier, aġent)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti skont l-Artikolu 2(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2003) 4820 finali tas-16 ta’ Diċembru 2003 dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.240 — Tubi industrijali) u, min-naħa l-oħra kontrotalba tal-Kummissjoni intiża għaż-żieda tal-ammont tal-imsemmija multa.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Outokumpu Oyj u Luvata Oy huma kkundannati għall-ispejjeż. |