26.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 22/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-456/05) (1)
(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 43 KE - Psikoterapewti reġistrati - Sistema ta' kwoti - Regoli tranżitorji derogatorji - Proporzjonalità - Ammissibbiltà’)
(2008/C 22/07)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Støvlbæk u S. Grünheid, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u U. Forsthoff, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikolu 43 tat-Trattat KE — Leġiżlazzjoni tranżitorja dwar awtorizzazzjoni tal-psikoterapewti li tipprevedi, għall-ksib ta' l-awtorizzazzjoni, attività preliminari eżerċitata fil-kuntest ta' skema ta' l-assigurazzjoni nazzjonali tal-mard.
Dispożittiv
1) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha skond l-Artikolu 43 KE meta rriżervat id-dispożizzjonijiet tranżitorji jew id-“drittijiet miksuba”, li jippermettu lill-psikoterapewti li jibbenefikaw minn awtorizzazzjoni jew minn approvazzjoni mogħtija indipendentement mir-regoli dwar ir-reġistrazzjoni li huma fis-seħħ, għall-dawk il-psikoterapewti biss li jkunu wettqu l-attività tagħhom fi reġjun fil-Ġermanja f'kuntest ta' fondi Ġermaniżi ta' assigurazzjoni tal-mard, u meta ma ħaditx in kunsiderazzjoni l-attività professjonali paragunabbli jew simili eżerċitata mill-psikoterapewti fi Stati Membri oħrajn. |
2) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata tbati l-ispejjeż. |