9.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 116/30 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-31 ta' Jannar 2008 — Di Bucci vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-98/05) (1)
(Uffiċjali - Servizz Pubbliku - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2004 - Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità - Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti l-ġodda tal-Persunal fiż-żmien)
(2008/C 116/56)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Vittorio Di Bucci (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: M. van der Woude u V. Landes, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u V. Joris, aġenti, assistiti minn D. Slater, avukat)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet li jattribwixxu punti ta' prijorità lir-rikorrent taħt il-proċedura ta' promozzjoni 2004 u, min-naħa l-oħra, l-annullament tal-lista ta' mertu ta' l-uffiċjali tal-grad A*11 promossi għall-grad A*12 taħt il-proċedura 2004
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni li tistabbilixxi n-numru totali ta' punti ta' V. Di Bucci fir-rigward tal-proċedura ta' promozzjoni 2004 u d-deċiżjoni li ma jiġix promoss taħt din il-proċedura huma annullati. |
2) |
Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huma miċħuda. |
3) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż kollha. |
(1) ĠU C 10, 14.1.2006, p. 24 (Kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej bin-numru T-381/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea permezz ta' digriet tal-15.12.2005).