18.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 90/24 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-4 ta’ Marzu 2009 – Associazione italiana del risparmio gestito et Fineco Asset Management vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-445/05) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’għajnuna stabbilita mill-awtoritajiet Taljani favur ċerti impriżi ta’investiment kollettiv f’titoli trasferibbli speċjalizzati fiż-żamma ta’ ishma ta’ kumpanniji b’kapital żgħir jew medju - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Interess dirett u individwali - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Natura selettiva tal-miżura - Obbligu ta’ rkupru”)
2009/C 90/38
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Associazione italiana del risparmio gestito (Ruma, l-Italja); u Fineco Asset Management SpA (Ruma) (rappreżentanti: G. Escalar, G. Cipolla u V. Giordano, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/638/KE, tas-6 ta’ Settembru 2005, dwar l-iskema ta’ għajnuna li l-Italja għandha l-intenzjoni timplementa favur ċerti impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli speċjalizzati fiż-żamma ta’ ishma ta’ kumpanniji b’kapital żgħir jew medju kkwotati f’swieq regolati (ĠU 2006, L 268, p. 1).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ir-rikorrenti huma kkundannati għall-ispejjeż. |