23.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 51/25


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tat-13 ta' Diċembru 20007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-528/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/98/KE - Użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu preskritt)

(2008/C 51/40)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: E, Montaguti, aġent)

Konvenuta: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: D. Haven, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/98/KE, tas-17 ta' Novembru 2003, dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, p. 90).

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-terminu preskritt, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/98/KE, tas-17 ta' Novembru 2003, dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


  翻译: