12.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 8/31 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Novembru 2007 — Dittert vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-109/06) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Punti ta' priorità - Inkartament individwali inkomplet - Tneħħija ta' punti ta' priorità mill-inkartament informatiku ta' promozzjoni msejjaħ “Sysper 2’ - Inċident tekniku - Kumitat ta' promozzjoni A* - Attribuzzjoni ta' numru ta' punti iżgħar minn dak propost mis-superjuri)
(2008/C 8/54)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Daniel Dittert (Luxembourg, Il-Lussemburgu) [rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avocats]
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: G. Berscheid u K. Herrmann, aġenti]
Suġġett tal-kawża
Servizz Pubbliku — L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-AIPN li tagħti lir-rikorrent, uffiċjal tal-Kummissjoni li indebitament ma ġiex inkluż fil-lista ta' promozzjoni tad-DĠ tiegħu, numru ta' punti ta' prijorità anqas minn dak mixtieq minn dan ta' l-aħħar u mhux biżżejjed sabiex jippermetti l-promozzjoni tiegħu skond il-proċedura ta' promozzjoni 2005.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li tagħti lil D. Dittert numru ta' punti ta' prijorità li mhuwiex biżżejjed sabiex jippermetti l-promozzjoni tiegħu skond il-proċedura ta' promozzjoni 2005, hija annullata. |
2) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li tistabbilixxi l-lista ta' l-uffiċjali promossi skond il-proċedura ta' promozzjoni 2005, ippubblikata fl-Informazzjonijiet Amministrattivi Nru 85-2005, tat-23 ta' Novembru 2005, hija annullata safejn din ma tinkludix fiha l-isem ta' D. Dittert. |
3) |
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż ta' D. Dittert kif ukoll l-ispejjeż tagħha stess. |
(1) ĠU C 281, 18.11.2006, p. 47.