21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/42


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Diċembru 2008 — General Química vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-85/06) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-prodotti kimiċi għall-ipproċessar tal-lasktu - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Skambju ta' informazzjoni kunfidenzjali u ffissar tal-prezzijiet - Attribuzzjoni lill-kumpannija parent - Responsabbiltà in solidum - Multi - Komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni’)

(2009/C 44/72)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: General Química, SA (Alava, Spanja); Repsol Química, SA (Madrid, Spanja); u Repsol YPF, SA (Madrid) (rappreżentanti: J.M. Jiménez Laiglesia Oñate u J. Jiménez Laiglesia Oñate, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u F. Amato, sussegwentement F. Castillo de la Torre, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/902/KE, tal-21 ta' Diċembru 2005, dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE kontra Flexsys NV, Bayer AG, Crompton Manufacturing Co. Inc. (ex Uniroyal Chemical Co. Inc.), Crompton Europe Ltd, Chemtura Corp. (ex Crompton Corp.), General Química, SA, Repsol Química, SA u Repsol YPF, SA (Każ COMP/F/C.38.443 — Prodotti kimiċi għall-ipproċessar tal-lasktu) (ĠU 2006, L 353, p. 50), kif ukoll, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

General Química, SA, Repsol Química, SA u Repsol YPF, SA għandhom ibgħatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 131, 3.6.2006.


  翻译: