7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/54


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Settembru 2009 — Phildar vs UASI — Comercial Jacinto Parera (FILDOR)

(Kawża T-99/06) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali FILDOR - Trade mark nazzjonali semi-figurattiva preċedenti PHILDAR - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FILDOR - Trade mark nazzjonali verbali u semi-figurattiva preċedenti PHILDAR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b), Artikoli 62 u 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(1)(b), l-Artikoli 64 u 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2009/C 267/91

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Phildar SA (Roubaix, Franza) (rappreżentant: E. Baud, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Comercial Jacinto Parera SA (Barċellona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Jannar 2006 (Każ R 245/2004-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Phildar SA u Comercial Jacinto Parera, SA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Jannar 2006 (Każ R 245/2004-2) hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 121, 20.5.2006.


  翻译: