24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/27


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — Avon Products vs UASI (ANEW ALTERNATIVE)

(Kawża T-184/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ANEW ALTERNATIVE - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 19/50)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Avon Products, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Heitmann-Lichtenstein u U. Stelzenmüller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Laitinen u P. Bullock, wara minn G. Schneider, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-UASI tat-22 ta' Marzu 2007 (Każ R 1471/2006-2) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ANEW ALTERNATIVE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Avon Products Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007.


  翻译: