4.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 153/36


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-7 ta’ Mejju 2009 — Klein Trademark Trust vs UASI — Zafra Marroquineros (CK CREACIONES KENNYA)

(Kawża T-185/07) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CK CREACIONES KENNYA - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti CK Calvin Klein u trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti CK - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

2009/C 153/69

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Calvin Klein Trademark Trust (Wilmington, Delaware, États-Unis) (rappreżentanti: T. Andrade Boué, I. Lehmann Novo u A. Hernández Lehmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Zafra Marroquineros, SL (Caravaca de la Cruz, Spanja) (rappreżentant: J. Martín Álvarez, avukat)

Suġġett

Appell mid-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tad-29 ta’ Marzu 2007 (Każ R 314/2006-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Calvin Klein Trademark Trust u Zafra Marroquineros, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Calvin Klein Trademark Trust hija kkundannata tbati l-ispejjeż


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007


  翻译: