15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/51


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Lulju 2008 — Ashoka vs UASI (DREAM IT, DO IT!)

(Kawża T-186/07) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali DREAM IT, DO IT! - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

(2008/C 209/89)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ashoka (Arlington, Virginia, L-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Link u A. Jaeger-Lenz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-15 ta' Marzu 2007 (Każ R 635/2006-1) dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali DREAM IT, DO IT! bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ashoka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007.


  翻译: