9.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 204/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-52/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nutara - Direttiva 2005/36/KE)
2011/C 204/05
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk u P. Andrade, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Ossowski, aġent u M. K. Smith, barrister)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u F.S. Gaspar Rosa, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent), Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u E. Matulionytė, aġenti), Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: V. Klemenc u Ž. Cilenšek Bončina, aġenti), Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: J. Čorba, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, f’dak li jikkonċerna l-professjoni ta’ nutar, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p. 22) li tħassar id-Direttiva 89/49/KEE (ĠU L 19, p. 16)
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |
(3) |
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |