29.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 79/22


Rikors ippreżentat fil-25 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-30/08)

(2008/C 79/38)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: C. Zadra, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Tikkonstata li, billi m'adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/78/KE (1) ta' l-14 ta' Novembru 2005 li timplementa d-Direttiva 2005/55/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta' gassijiet u partikuli li jniġġsu minn magni li jaqbdu bil-kompressjoni li jintużaw fil-vetturi, u l-emissjoni ta' gassijiet li jniġġsu minn magni positive combustion li jaħdmu b'gass naturali jew b'gass tal-petroljum mibdul f'likwidu għall-użu fil-vetturi u li jemenda Annessi I, II, III, IV u VI tiegħu jew, f'kull każ, billi ma kkomunikatx tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Taljana naqset li twettaq l-obbligi imposti fuqha skond l-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva.

Tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għall-implementazzjoni tad-Direttiva 2005/78/KE skada fit-8 ta' Novembru 2006.


(1)  ĠU L 313, p. 1.

(2)  ĠU L 275, p. 1.


  翻译: